|
17.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/65 |
DEĊIŻJONI (UE) 2023/367 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tad-19 ta’ Jannar 2023
dwar il-prorogazzjoni tat-tul tal-mandat tal-Kumitat ta’ Inkjesta biex jinvestiga l-użu tal-Pegasus u ta’ software ta’ spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 226 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 95/167/KE, Euratom, KEFA tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tad-19 ta’ April 1995 dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta’ inkjesta tal-Parlament Ewropew (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2022/480 tiegħu tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2022 dwar it-twaqqif ta’ kumitat ta’ inkjesta biex jinvestiga l-użu tal-Pegasus u ta’ software ta’ spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti, u d-definizzjoni tas-suġġett tal-inkjesta, kif ukoll ir-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tal-Kumitat (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 208(11) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Kumitat ta’ Inkjesta talab li jiġi prorogat it-tul tal-mandat tiegħu sabiex ikun jista’ jwettaq b’mod sħiħ u korrett il-mandat tiegħu; |
1.
Jiddeċiedi li jipproroga b’perjodu ta’ tliet xhur it-tul tal-mandat tal-Kumitat ta’ Inkjesta.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA