Official Journal L 265 , 03/10/2002 P. 0013 - 0015
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1762/2002 tat-2 ta’ Ottubru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3223/93 dwar informazzjoni statistika dwar il-ħlas ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni dwar xi prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ prodotti koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3035/80 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali li jgħoddu għall-merkanzija li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2580/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 20 tiegħu, Billi: (1) Fid-dawl ta’ l-evoluzzjoni ta’ sistemi ta’ teknoloġija informatika u l-ħtieġa kostanti tal-Kummissjoni li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha informazzjoni statistika aħjar, huwa xieraq li jiġu adattati l-forma u l-iskop ta’ l-informazzjoni statistika komunikata lill-Kummissjoni skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/93 tal-25 ta’ Novembru 1995 dwar informazzjoni statistika fuq il-ħlas ta’ rifużjoni għall-esportazzjoni fuq xi prodotti agrikoli fil-forma ta’ merkanzija koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3035/80 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1432/96 [4]. (2) Fid-dawl tat-titjib fit-teknoloġija informatika m’għadux utli li l-informazzjoni statistika tiġi manipolata fi gruppi ta’ prodotti. Il-komunikazzjoni ta’ dik l-informazzjoni fi gruppi ta’ prodotti għalhekk m’għandhiex tibqa’ tinħtieġ. (3) L-Artikolu 17(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2000 tat-13 ta’ Lulju 2000 li jwaqqaf regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ l-għotja ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq xi prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ prodotti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji għall-iffissar ta’ l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijet [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1052/2002 [6], espanda l-varjeta’ ta’ merkanzija u baxxa l-limitu għad-dikjarazzjoni ta’ jekk merkanzija ta’ dan it-tip ikunx fiha perċentwal għoli ta’ ċerti prodotti tal-ħalib. Ir- Regolament (KE) Nru 3223/93 għandu jiġi adattat biex jirrifletti din il-bidla. (4) Ir-Regolament (KE) Nru 3223/93 għandu għalhekk jiġi emendat f’dan is-sens. (5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Amministrazzjoni dwar il-Kwistjonijiet Orizzontali li għandhom x’jaqsmu mal-Kummerċ fil-Prodotti Agrikoli pproċessati li mhumiex elenkati fl-Anness I tat-Trattat, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 3223/93 huwa emendat kif ġej: 1. Fl-Artikolu 2 jitħassar l-ewwel inċiż. 2. L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: "L-Artikolu 3 1. L-informazzjoni statistika meħtieġa mill-Artikolu 1 għandha tingħata lill-Kummissjoni fil-forma ta’ fajl elettroniku skond il-format stabbilit fl-Anness Ċ. 2. L-informazzjoni statistika koperta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2000 [7] li għaliha ngħataw rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fix-xahar ta’ qabel għandha titqassam bil-kodiċi NM bi tmien ċifri, u jkun fiha: (a) il-kwantitajiet ta’ dawn l-oġġetti, f’tunnellati metriċi jew kejl ieħor imsemmi; (b) l-ammont, f’munita nazzjonali, ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni li ngħataw fix-xahar ta’ qabel; għal kull wieħed mill-prodotti agrikoli bażiċi kkonċernati; (ċ) il-kwantitajiet, f’tunnellati metriċi jew kejl ieħor imsemmi, ta’ kull wieħed mill-prodotti agrikoli li għalih ingħataw ir-rifużjonijiet. 3. Għall-merkanzija taħt l-intestaturi NM 04052010, 04052030, 18069060 sa 18069090, 19011000 sa 19019099 u 21069098 li jkun fihom, f’kull 100 kg ta’ merkanzija esportata, għall-inqas 51 kg fi prodotti tal-ħalib ta’ l-intestaturi NM 04021019, 04022119, 04051011 sa 04059090 u 04061020 sa 04069099 importati minn pajjiżi terzi taħt ftehim ta’ tariffi preferenzjali, l-informazzjoni statistika għandu jkun fiha: (a) il-kwantitajiet ta’ din il-merkanzija, f’tunnellati metriċi, li għalihom ikunu tħallsu rifużjonjiet fuq l-esportazzjoni fix-xahar ta’ qabel; (b) l-ammont ta’ rifużjonjiet fuq l-esportazzjoni, fil-munita nazzjonali, mogħtija għal din il-merkanzija fix-xahar ta’ qabel; (ċ) il-kwantitajiet ta’ prodotti taħt l-intestaturi "CN 04021019, 04022119, 04051011 sa 04059090 u 04061020 sa 04069099 inkorporati fil-merkanzija esportata li tkun ġiet importata minn pajjiżi terzi taħt arranġamenti ta’ tariffi preferenzjali"." 3. L-Anness A huwa mħassar 4. Jiżdied l-Anness Ċ li t-test tiegħu huwa inkluż fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Jgħodd għar-rifużjonijiet mħallsa mill-1 ta’ Ottubru 2002. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-2 ta’ Ottubru 2002. Għall-Kummissjoni Loyola De Palacio Viċi-President [1] ĠU L 318, ta’ l-20.12.1993, p. 18. [2] ĠU L 298, tal-25.11.2000, p. 5. [3] ĠU L 292, tas-26.11.1993, p. 10. [4] ĠU L 184, ta’ l-24.7.1996, p. 17. [5] ĠU L 177, tal-15.7.2000, p. 1. [6] ĠU L 160, tat-18.6.2002, p. 16. [7] ĠU L 177, tal-15.7.2000, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS “L-ANNESS Ċ (L-Artikolu 3(1)) Għal trażmissjoni permezz ta’ fajl elettroniku, l-informazzjoni għandha tingħata lill-Kummissjoni fil-forma ta’ tabella "ASCII" bil-kolonni differenti separati b’tabulazzjonijiet (format delimitat bit-tabs) u l-ewwel linja għandu jkun fiha l-intestatura tal-kolonna jew f’kull forma oħra approvata minn qabel mill-Kummissjoni. +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------