|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6753 |
26.11.2024 |
P9_TA(2024)0084
L-istabbiliment tal-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (“STEP”)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2024 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (“STEP”) u li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolamenti (UE) 2021/1058, (UE) 2021/1056, (UE) 2021/1057, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697 u (UE) 2021/241 (COM(2023)0335 – C9-0209/2023 – 2023/0199(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2024/6753)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0335), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 164, 173(3), 175(3), 177(1), 178(1), 182(1) u 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0209/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta' Settembru 2023 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta' Ottubru 2023 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim provviżorju approvat mill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-14 ta' Frar 2024 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tal- it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta’ Proċedura; |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittri tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0290/2023), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3); |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C, C/2023/866, 8.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/866/oj.
(2) ĠU C, C/2023/1331, 22.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1331/oj.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fis-17 ta’ Ottubru 2023 (Testi adottati, P9_TA(2023)0364).
P9_TC1-COD(2023)0199
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-27 ta' Frar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (“STEP”) u li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE u r-Regolamenti (UE) 2021/1058, (UE) 2021/1056, (UE) 2021/1057, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697 u (UE) 2021/241
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/795.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6753/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)