European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2809

19.5.2025

Avviż għall-attenzjoni ta' persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lill-gruppi armati u l-entitajiet fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun tal-Baħar l-Aħmar

(C/2025/2809)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' Mohammad-Reza Gharaei ASHTIANI (Nru 7), persuna li tidher fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 (1) u fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lill-gruppi armati u l-entitajiet fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun tal-Baħar l-Aħmar.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuna msemmija hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati.

Il-persuna kkonċernata hija b'dan infurmata li tista' tippreżenta talba lill-Kunsill biex tikseb id-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet previsti, qabel is-26 ta' Mejju 2025 , fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1 Global and Horizontal Affairs

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni li tasal qabel id-9 ta' Ġunju 2025 għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2023/1532/PESK u l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2023/1529.


(1)   ĠU L 186, 25.7.2023, p. 20.

(2)   ĠU L 186, 25.7.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2809/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)