European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3092

3.5.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11213 – BP / EQUINOR / NET ZERO NORTH SEA STORAGE JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/3092)

1.   

Fis-16 ta’ April 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

BP CCUS UK NEP Limited (“BP CCUS”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn BP p.l.c (“bp”, ir-Renju Unit), u

—

Equinor Low Carbon UK Limited (“Equinor Low Carbon”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Equinor ASA (“Equinor”, in-Norveġja).

BP CCUS u Equinor Low Carbon se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Net Zero North Sea Storage Limited (“NZNSS”, ir-Renju Unit), li bħalissa hija kompletament proprjetà ta’ BP CCUS.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’Net Zero North Sea Storage Holdings Limited (“Holdco”), kumpanija li għadha kif inħolqot bl-għan li takkwista 100 % tal-interess ta’ ekwità f’NZNSS.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

BP CCUS hija sussidjarja ta’ bp, li hija grupp globali attiv fil-forniment ta’ żejt, gass naturali, żejt mhux maħdum u prodotti petrokimiċi, u enerġija alternattiva,

—

Equinor Low Carbon hija sussidjarja tal-Equinor, li hija kumpanija internazzjonali attiva tul il-katina tal-valur tal-idrokarburi, kif ukoll f’forom oħra ta’ enerġija, inklużi l-enerġija rinnovabbli u s-soluzzjonijiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-NZNSS se jkunu l-iżvilupp, il-kostruzzjoni, il-finanzjament u t-tħaddim ta’ sistema ta’ trasport u ħżin għat-trasport u l-ħżin permanenti tas-CO2 iġġenerat minn emittenti tal-karbonju fir-reġjuni industrijali ta’ Teesside u Humber fil-Grigal tar-Renju Unit.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11213 – BP / EQUINOR / NET ZERO NORTH SEA STORAGE JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-‘“Regolament dwar l-Għaqdiet’”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3092/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)