<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-262/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0262</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:756">EU:C:2017:756</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20171012">12.10.2017</DATE> – Kawża C‑262/16</P><P>Shields &amp; Sons Partnership</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20171012">12 ta’ Ottubru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 296(2)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 299</KEYWORD><KEYWORD>Skema komuni b’rata fissa għall-bdiewa</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni tal-iskema komuni</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>kategorija ta’ bdiewa<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑262/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) [qorti superjuri (awla tat-tassazzjoni u taċ-Chancery), ir-Renju Unit], permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160510">10 ta’ Mejju 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20160512">12 ta’ Mejju 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Shields &amp; Sons Partnership</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, J. Malenovský, M. Safjan, D. Šváby u M. Vilaras (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20170315">15 ta’ Marzu 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Shields &amp; Sons Partnership, minn G. Edwards, assistit minn M. C. P. Thomas, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn G. Brown u J. Kraehling, bħala aġenti, assistiti minn R. Chapman, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas u S. Ghiandoni, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Owsiany‑Hornung kif ukoll minn R. Lyal u M. Wilderspin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20170628">28 ta’ Ġunju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 296(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Shields &amp; Sons Partnership u l-Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs (awtoritajiet tat-taxxa u tad-dwana, ir-Renju Unit) (iktar ’il quddiem, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>amministrazzjoni fiskali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), rigward l-annullament minn dawn tal-aħħar taċ-ċertifikat ta’ sħubija fl-iskema komuni b’rata fissa għall-bdiewa (iktar ’il quddiem, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>iskema b’rata fissa<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) li kien inħareġ għar-rikorrenti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>It-Titolu XII tad-Direttiva dwar il-VAT jiddefinixxi l-iskemi speċjali ta’ impożizzjoni għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT). Il-Kapitolu 2 ta’ dan it-titolu, li jinkludi l-Artikoli 295 sa 305 ta’ din id-direttiva, jirrigwarda l-iskema b’rata fissa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 296 tad-Direttiva dwar il-VAT jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="296.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-applikazzjoni għall-bdiewa ta’ l–arranġamenti normali tal-VAT, jew l-iskema speċjali pprovduta fil-Kapitolu 1, x’aktarx li twassal għal diffikultajiet, l-Istati Membri jistgħu japplikaw għall-bdiewa, skont dan il-Kapitolu, skema b’rata fissa mfassla b’mod li tpatti għall-VAT imposta fuq xiri ta’ merkanzija u servizzi magħmula mill-bdiewa b’rata fissa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="296.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru jista’ jeskludi mill-iskema b’rata fissa ċertu kategoriji ta’ bdiewa, kif ukoll bdiewa li għalihom applikazzjoni ta’ l-arranġamenti normali tal-VAT, jew tal-proċeduri simplifikati previsti fl-Artikolu 281, x’aktarx li ma tirriżultax f’diffikulatjiet amministrattivi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="296.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull bidwi b’rata fissa jista’ jagħżel, soġġett għar-regoli u l-kondizzjonjiet stabbiliti minn kull Stat Membru, għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti normali tal-VAT jew, kif ikun il-każ, il-proċeduri simplifikati previsti fl-Artikolu 281.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 297 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-Istati Membri għandhom, fejn hu meħtieġ, jiffissaw il-persentaġġi kompensatorji b’rata fissa. Huma jistgħu jiffissaw persentaġġi li jvarjaw għall-foresterija, għas-sotto-diviżjonijiet differenti ta’ l-agrikoltura u għas-sajd.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-persentaġġi ta’ kumpens b’rata fissa ffissati skont l-ewwel paragrafu qabel japplikawhom.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 298 tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Il-persentaġġi ta’ kumpens b’rata fissa għandhom ikunu kkalkulati abbażi ta’ l-istatistika makro-ekonomika għall-bdiewa b’rata fissa waħedhom għat-tliet snin preċedenti.</ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>Il-persentaġġi jistgħu jitnaqqsu jew jiżdiedu sa l-eqreb nofs-punt. L-Istati Membri jistgħu wkoll inaqqsu tali persentaġġi għal rata żero.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 299 tal-istess direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-persentaġġi ta’ kumpens b’rata fissa jistgħu ma jkollhomx l-effett li jiksbu għall-bdiewa b’rata fissa rifużjonijiet akbar mill-VAT fuq ix-xiri imposta.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt tar-Renju Unit</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Bdiewa, eċċ<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, l-Artikolu 54 tal-Value Added Tax Act 1994 (liġi tal-1994 dwar it-taxxa fuq il valur miżjud, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>liġi tal-1994<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1)</NO.P><TXT>L-[amministrazzjoni fiskali] tista’, konformement mad-dispożizzjonijiet li hija tista’ tadotta fir-regolamenti tagħha, toħroġ ċertifikat għall-finijiet ta’ dan l-artikolu lil kull persuna li turi:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li hija teżerċita attività jew attivitajiet speċifikati,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li d-deskrizzjoni tagħha tikkorrispondi ma’ dik stabbilita u li hija tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti, […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-[amministrazzjoni fiskali] tista’ tiffissa permezz ta’ regolamenti ammont inkluż fil-korrispettiv imħallas għal kull kunsinna jew provvista taxxabbli li ssir:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fil-kuntest jew għall-finijiet tal-attivitajiet tagħha minn persuna li għall-perijodu rilevanti jkollha ċertifikat maħruġ taħt dan l-artikolu,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>matul perijodu li fih il-persuna inkwistjoni ma kinitx persuna taxxabbli, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>lil persuna taxxabbli,</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>li jiġi ttrattat, għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dritt tal-benefiċjarju tal-kunsinna jew tal-provvista għall-kreditu previst fl-Artikoli 25 u 26, bħala l-VAT fuq il-kunsinni jew il-provvisti magħmula lil din il-persuna.</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-ammont li, għall-finijiet ta’ kwalunkwe dispożizzjoni adottata taħt il-paragrafu 3 hawn fuq, jista’ jiġi inkluż fil-korrispettiv imħallas għal kwalunkwe kunsinna jew provvista huwa ugwali għal perċentwali, kif iffissat, jekk ikun il-każ, mit-Treasury permezz ta’ digriet, tas-somma li, biż-żieda ta’ dan l-ammont, tkun ugwali għall-korrispettiv imħallas għall-operazzjoni inkwistjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Is-setgħa mogħtija lill-[amministrazzjoni fiskali] permezz tar-regolamenti adottati taħt l-Artikolu 39 li tipproċedi għar-rimbors lill-persuni li jaqgħu taħt dan l-artikolu tal-VAT li tkun tikkostitwixxi għalihom taxxa tal-input li kieku kienu persuni taxxabbli fir-Renju Unit tinkludi s-setgħa li tipproċedi għall-pagament lill-persuni li jaqgħu taħt dan l-artikolu tas-somom ekwivalenti għall-ammonti li jkunu jikkostitwixxu għalihom taxxa tal-input skont ir-regolamenti adottati taħt dan l-artikolu li kieku kienu persuni taxxabbli fir-Renju Unit, u r-riferimenti magħmula għar-rimbors tal-VAT fl-Artikolu [39] jew fi kwalunkwe dispożizzjoni oħra għandhom jiġu interpretati fid-dawl ta’ dan.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Ir-regolamenti adottati taħt dan l-artikolu jistgħu jistabbilixxu:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-każijiet li fihom [l-amministrazzjoni fiskali] tista’ tannulla ċ-ċertifikat maħruġ lil persuna u l-mod li bih hija għandha tipproċedi,</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>8)</NO.P><TXT>Skont dan l-artikolu, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>attività speċifikata<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> tfisser kull attività speċifikata permezz ta’ digriet tat-Treasury u eżerċitata minn persuna li għandha titqies bħala bidwi fis-sens tal-Artikolu 25 tas-[Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23),] (skema komuni ta’ rata fissa għall-bdiewa) minħabba l-eżerċizzju ta’ din l-attività.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Parti II tal-anness tal-Value Added Tax (Flat-rate Scheme for Farmers) (Designated Activities) Order 1992 [digriet tal-1992 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (skema komuni b’rata fissa għall-bdiewa) (attivitajiet speċifikati)] jindika t-trobbija tal-annimali fost l-attivitajiet li jippermettu lil persuna tissieħeb mal-iskema b’rata fissa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Value Added Tax (Flat-rate Scheme for Farmers) (Percentage Addition) Order 1992 [digriet tal-1992 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (skema komuni b’rata fissa għall-bdiewa) (perċentwali addizzjonali)] jistabbilixxi għal 4 % r-rata ta’ kumpens b’rata fissa, li tapplika għall-bdiewa kollha msieħba fl-imsemmija skema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Value Added Tax Regulations 1995 (regolamenti tal-1995 dwar it-taxxa fuq il valur miżjud) jinkludu t-Taqsima XXIV, adottata skont l-Artikolu 54 tal-liġi tal-1994 u li fiha jinsabu l-Artikoli 202 sa 211.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Skema b’rata fissa<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, l-Artikolu 203 tar-regolamenti tal-1995 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1)</NO.P><TXT>[L-amministrazzjoni fiskali] għandha, jekk jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 204, toħroġ iċ-ċertifikat ta’ bidwi b’rata fissa għall-finijiet ta’ din l-iskema b’rata fissa […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Meta persuna jkollha, għall-perijodu rilevanti, ċertifikat maħruġ taħt dan l-artikolu (indipendentement minn jekk tkunx persuna taxxabbli jew le), kull kunsinna ta’ prodotti jew provvista ta’ servizzi li hija tagħmel fil-kuntest jew għall-finijiet tal-parti kkonċernata tal-attività tagħha għandha tiġi injorata għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk hijiex, jew saritx jew ma għadhiex tista’ tiġi rreġistrata konformement mal-imsemmi Anness 1 tal-[liġi tal-1994], jew jekk hija għandhiex, jew kisbitx jew jekk ma baqgħalhiex id-dritt li tiġi rreġistrata.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 204 ta’ dawn ir-regolamenti, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Eliġibbiltà għall-iskema<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 203 huma dawk li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-persuna turi lil[l-amministrazzjoni fiskali] li hija teżerċita attività speċifikata jew diversi attivitajiet speċifikati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li matul it-tliet snin li jippreċedu l-applikazzjoni tagħha għal sħubija, il-persuna:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>ma ġietx ikkundannata minħabba ksur li huwa marbut mal-VAT;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>ma wettqet l-ebda pagament fir-rigward tal-VAT sabiex tevita prosekuzzjoni taħt l-Artikolu 152 tal-Customs and Excise Management Act 1979 [liġi dwar id-dwana u d-dazji tas-sisa tal-1979], kif applikat mill-Artikolu 72(12) tal-[liġi tal-1994];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>ma kinitx is-suġġett ta’ sanzjoni taħt l-Artikolu 60 tal-[liġi tal-1994];</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-persuna tippreżenta l-applikazzjoni tagħha għal sħubija permezz tal-formola nru 14 prevista fl-Anness 1 ta’ dawn ir-regolamenti, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-persuna turi lil[l-amministrazzjoni fiskali] li l-ammonti totali msemmija fl-Artikolu 209 rigward il-kunsinni u l-provvisti li hija ser tagħmel matul is-sena li ssegwi d-data tas-sħubija tagħha ma humiex ser jaqbżu b’3 000 [lira sterlina (GBP) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">3410</FT>)] jew iktar l-ammont tat-taxxa tal-input li għalih hija kienet tkun intitolata tikkredita f’din is-sena.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 206(1)(i) tar-regolamenti tal-1995 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, l-amministrazzjoni fiskali tista’ tannulla ċ-ċertifikat ta’ sħubija ta’ persuna fl-iskema b’rata fissa meta hija tqis li dan huwa meħtieġ sabiex jiġi ppreżervat id-dħul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-punt 7.2 tal-VAT Notice 700/46/12 (komunikazzjoni tal-VAT 700/46/12), dokument li, skont ma tippreċiża l-qorti tar-rinviju, ma għandux il-forza tal-liġi, iżda huwa meqjus mill-amministrazzjoni fiskali li jiddefinixxi kategorija ta’ bdiewa li għandhom jiġu esklużi mill-iskema b’rata fissa, jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Inti għandek titlaq mill-iskema […] jekk jiġi kkonstatat li inti tirkupra inkwantu bidwi b’rata fissa ammont sostanzjalment ogħla mill-ammont li kont tirkupra kieku inti suġġett għall-iskema normali tal-VAT.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali hija soċjetà kkostitwita minn membri tal-istess familja u hija teżerċita attività agrikola fl-Irlanda ta’ Fuq (ir-Renju Unit). Hija trabbi bhejjem bovini mixtrija mingħand kumpannija assoċjata, Shield Livestock Limited, li hija ssemmen qabel ma tbigħhom mill-ġdid lil Anglo Beef Processors, kumpannija li topera biċċerija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fuq il-parir ta’ din tal-aħħar, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali talbet li tissieħeb fl-iskema b’rata fissa, u dan ġiet aċċettat fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>. B’dan il-mod hija kellha d-dritt li żżid il-prezz tal-bejgħ tal-bhejjem bovini b’rata fissa ta’ 4 %, żieda li tagħti d-dritt, għall-klijenti tagħha, għal tnaqqis. Fl-applikazzjoni tagħha għal sħubija, hija stmat li d-dħul mill-bejgħ tagħha kien ser jammonta għal GBP <FT TYPE="NUMBER">700000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">795760</FT>) matul l-ewwel sena wara s-sħubija tagħha. Is-sena finanzjarja magħluqa fit-<DATE ISO="20030630">30 ta’ Ġunju 2003</DATE> kienet indikat ammont ta’ bejgħ ta’ GBP <FT TYPE="NUMBER">633718</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">720410</FT>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20120627">27 ta’ Ġunju 2012</DATE>, uffiċjali tal-amministrazzjoni fiskali ltaqgħu mal-espert kontabbli tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, sabiex jistabbilixxu jekk hija setgħetx tkompli tibbenefika mill-iskema b’rata fissa. Matul din il-laqgħa, ġew eżaminati diversi dikjarazzjonijiet finanzjarji, fosthom il-kontijiet tal-qligħ u t-telf u l-karti tal-bilanċ tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, kif ukoll tabella li tqabbel l-ammonti li din kienet irċeviet b’applikazzjoni tar-rata fissa ta’ 4 % u l-ammonti li hija setgħet tnaqqas inkwantu taxxa tal-input kieku hija kienet suġġetta għall-iskema normali tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>B’dan il-mod l-uffiċjali tal-amministrazzjoni fiskali kkonstataw li, għas-snin finanzjarji 2004/2005 sa 2011/2012, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kienet ħadet, mis-sħubija tagħha fl-iskema b’rata fissa, vantaġġ finanzjarju li jammonta għal GBP 374 884.23 GBP (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">426170</FT>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20121015">15 ta’ Ottubru 2012</DATE>, l-amministrazzjoni fiskali annullat iċ-ċertifikat ta’ sħubija tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali fl-iskema b’rata fissa, minħabba li l-qligħ magħmul mill-applikazzjoni tar-rata ta’ kumpens b’rata fissa kien jeċċedi b’mod sinjifikattiv it-taxxa tal-input li hija setgħet tnaqqas kieku hija kienet suġġetta għall-iskema normali tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Wara lment tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, l-amministrazzjoni fiskali kkonfermat din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>B’sentenza tat-<DATE ISO="20141008">8 ta’ Ottubru 2014</DATE>, il-First-tier Tribunal (Tax chamber) [qorti tal-prim’istanza (qorti tat-tassazzjoni), ir-Renju Unit] ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, u din tal-aħħar appellat quddiem l-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) [qorti superjuri (qorti tat-tassazzjoni u taċ Chancery), ir-Renju Unit].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti msemmija l-aħħar ikkonstatat li l-partijiet fil-kawża prinċipali ma jaqblux, fil-kuntest tal-kawża prinċipali, fuq żewġ punti marbuta mal-interpretazzjoni tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-ewwel punt huwa dak dwar jekk l-uniċi każijiet li fihom bidwi jista’ jiġi eskluż mill-iskema b’rata fissa huma dawk previsti fl-Artikolu 296(2) tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tosserva li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali ssostni li dan l-artikolu jistabbilixxi l-lista eżawrjenti tal-kundizzjonijiet li fihom Stat Membru jista’ jeskludi l-bdiewa mill-iskema b’rata fissa, peress li d-Direttiva dwar il-VAT ma tagħti lill-Istati Membri l-ebda setgħa diskrezzjonali sabiex jeskludu persuna speċifika. Skont ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, l-iskema b’rata fissa għandha tiġi ġestita b’mod li tinkiseb newtralità fiskali tal-VAT b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva dwar il-VAT. Fost dawn id-dispożizzjonijiet, hija tindika li l-Artikolu 296(2) ta’ din id-direttiva jipprevedi l-possibbiltà li jiġu esklużi mhux bdiewa speċifiċi, iżda kategoriji ta’ bdiewa kif ukoll il-bdiewa li għalihom l-applikazzjoni tal-iskema normali tal-VAT ma tippreżentax diffikultajiet amministrattivi. Fl-aħħar nett, hija tispeċifika li l-Artikolu 299 tad-Direttiva dwar il-VAT jirrigwarda biss l-iffissar tal-perċentwali ta’ kumpens b’rata fissa sabiex jiġi ggarantit li l-iskema b’rata fissa tkun, globalment, fiskalment newtrali u li dan l-artikolu ma jippermettix li jiġi eskluż produttur speċifiku minn din l-iskema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-amministrazzjoni fiskali hija tal-fehma li, sabiex tiġi ggarantita n-newtralità fiskali tal-VAT, l-Istati Membri jistgħu jissuġġettaw is-sħubija fl-iskema b’rata fissa għal kundizzjonijiet oħrajn minbarra dawk imsemmija mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, sakemm ma tiġi miksura l-ebda dispożizzjoni tad-Direttiva dwar il-VAT. Fl-opinjoni tagħha, l-għan tal-iskema b’rata fissa huwa li toqrob kemm jista’ jkun għan-newtralità fiskali tal-VAT fuq il-livell individwali u globali. Hija tqis li jekk produtturi speċifiċi jitħallew ikomplu bis-sħubija tagħhom f’din l-iskema meta l-vantaġġ li huma jiksbu minnha huwa kbir wisq tiġi ppreġudikata, għall-bdiewa meħuda fit-totalità tagħhom, in-newtralità fiskali tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>It-tieni punt, identifikat mill-qorti tar-rinviju, li dwaru l-partijiet fil-kawża prinċipali ma jaqblux bejniethom, huwa dak tal-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>kategoriji ta’ bdiewa<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fis-sens tal-Artikolu 296(2) tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, l-amministrazzjoni fiskali eskludietha mill-iskema b’rata fissa fid-dawl tas-sitwazzjoni individwali tagħha u mhux minħabba li hija tagħmel parti minn kategorija ta’ bdiewa ddefinita skont l-Artikolu 296(2) tad-Direttiva dwar il-VAT. It-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>kategorija<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> jindika grupp li jista’ jiġi identifikat abbażi ta’ karatteristiċi oġġettivi, u dan jippermetti lil kull bidwi li jiddetermina b’livell ta’ ċertezza raġonevoli jekk huwa jaqax jew le taħt dan il-grupp. F’dan il-każ, l-amministrazzjoni fiskali ma identifikat l-ebda grupp ta’ bdiewa b’mod suffiċjentement ċert. Jekk tiġi aċċettata bħala kategorija ta’ bdiewa, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 296(2), dik prevista mill-amministrazzjoni fiskali, dan jagħti lil din tal-aħħar setgħa diskrezzjonali ladarba tali kategorija tirriżulta minn termini impreċiżi jew li jħallu libertà kompleta lill-imsemmija amministrazzjoni sabiex tieħu d-deċiżjoni tagħha abbażi ta’ fatturi suġġettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-amministrazzjoni fiskali tqis li l-kategorija prevista hija suffiċjentement preċiża sabiex tikkostitwixxi kategorija ta’ bdiewa fis-sens tal-Artikolu 296(2) tad-Direttiva dwar il-VAT u li hija ddefinita fil-punt 7.2 tal-komunikazzjoni tal-VAT 700/46/12, li jgħid li jistgħu jiġu esklużi mill-benefiċċju tal-iskema b’rata fissa l-bdiewa li fir-rigward tagħhom ġie kkonstatat li l-ammont li huma jirkupraw inkwantu bdiewa suġġetti għall-iskema b’rata fissa huwa sostanzjalment ogħla mill-ammont li jirkupraw kieku jkunu suġġetti għall-iskema normali tal-VAT. L-Artikolu 206(1)(i) tar-regolamenti tal-1995 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud huwa fl-istess sens.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) [qorti superjuri (qorti tat-tassazzjoni u taċ Chancery)] iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1)</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-iskema komuni b’rata fissa għall-bdiewa li hija stabbilita mill-Kapitolu 2 tat-Titolu XII tad-Direttiva [2006/11], l‑Artikolu 296(2) [ta’ din id-direttiva] għandu jiġi interpretat bħala li jipprovdi sistema eżawrjenti għal meta Stat Membru jkun jista’ jeskludi bidwi mill-iskema komuni b’rata fissa għall-bdiewa. B’mod partikolari:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Stat Membru jkun jista’ jeskludi bdiewa mill-iskema komuni b’rata fissa għall-bdiewa unikament abbażi tal-[imsemmi] Artikolu 296(2)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Stat Membru jkun jista’ wkoll jeskludi bidwi mill-iskema komuni b’rata fissa għall-bdiewa billi juża l-Artikolu 299 [tad-Direttiva dwar il-VAT]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ newtralità fiskali jagħti lil Stat Membru d-dritt li jeskludi bidwi mill-iskema komuni b’rata fissa għall‑bdiewa?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>Stati Membri għandhom dritt li jeskludu bdiewa mill-iskema komuni b’rata fissa għall-bdiewa abbażi ta’ motivi oħrajn?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Kif għandu jiġi interpretat it-terminu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>kategoriji ta’ bdiewa<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> fl‑Artikolu 296(2) tad-[Direttiva dwar il-VAT]? B’mod partikolari:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Kategorija rilevanti ta’ bdiewa għandha tkun tista’ tiġi identifikata b’riferiment għal karatteristiċi oġġettivi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Kategorija rilevanti ta’ bdiewa tista’ tiġi identifikata b’riferiment għal kunsiderazzjonijiet ekonomiċi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Liema livell ta’ preċiżjoni huwa meħtieġ meta tiġi identifikata kategorija ta’ bdiewa li Stat Membru kellu l-intenzjoni li jeskludi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>Dan jagħti dritt lil Stat Membru li jitratta bħala kategorija rilevanti <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>bdiewa li jiġi stabbilit li jkunu qed jirkupraw sostanzjalment iktar bħala membri tal-iskema b’rata fissa milli kieku kienu rreġistrati għall-VAT<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/>?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Bl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 296(2) tad-Direttiva dwar il-VAT għandux jiġi interpretat fis-sens li huwa jiddefinixxi b’mod eżawrjenti l-każijiet kollha li fihom Stat Membru jista’ jeskludi bidwi mill-iskema b’rata fissa jew jekk l-Artikolu 299 ta’ din id-direttiva, il-prinċipju ta’ newtralità fiskali jew motivi oħrajn jistgħux ikunu l-bażi għal tali esklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jiġi osservat li, fil-kawża prinċipali, l-amministrazzjoni fiskali pproċediet bl-annullament, fuq bażi individwali, taċ-ċertifikat ta’ sħubija tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali fl-iskema b’rata fissa minħabba li l-qligħ magħmul mill-applikazzjoni tar-rata ta’ kumpens b’rata fissa kien jeċċedi b’mod sinjifikattiv it-taxxa tal-input li hija setgħet tnaqqas kieku hija kienet suġġetta għall-iskema normali tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-iskema b’rata fissa hija skema derogatorja li tikkostitwixxi eċċezzjoni mill-iskema ġenerali tad-Direttiva dwar il-VAT u li, għaldaqstant, għandha tiġi applikata biss sa fejn huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan tagħha (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040715">15 ta’ Lulju 2004</DATE>, <NAME.CASE>Harbs</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑321/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:447">EU:C:2004:447</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120308">8 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Portugall</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑524/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:129">EU:C:2012:129</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161012">12 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Nigl <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑340/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:764">EU:C:2016:764</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fost iż-żewġ għanijiet assenjati lil din l-iskema, jinsab dak li jirrigwarda imperattiv ta’ semplifikazzjoni amministrattiva għall-bdiewa kkonċernati, li għandu jiġi kkonċiljat ma’ dak tal-kumpens tal-VAT tal-input sostnuta minn dawn il-bdiewa waqt l-akkwist ta’ oġġetti użati għall-bżonnijiet tal-attivitajiet tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120308">8 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Portugall</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑524/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:129">EU:C:2012:129</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161012">12 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Nigl <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑340/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:764">EU:C:2016:764</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn l-elementi li għandha tingħata risposta għall-ewwel domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 296(2) tad-Direttiva dwar il-VAT isemmi biss il-possibbiltà li jiġu esklużi mill-benefiċċju tal-iskema b’rata fissa ċerti kategoriji ta’ bdiewa kif ukoll il-bdiewa li għalihom l-applikazzjoni tal-iskema normali tal-VAT jew tal-modalitajiet issemplifikati previsti fl-Artikolu 281 ta’ din id-direttiva ma tippreżentax diffikultajiet amministrattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, la l-għanijiet tal-imsemmija skema b’rata fissa u lanqas il-kuntest li fih jinsab l-Artikolu 296(2) tad-Direttiva dwar il-VAT ma jimplikaw il-kunsiderazzjoni li l-leġiżlatur kellu l-intenzjoni li jammetti motivi oħrajn għal esklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Huwa minnu li wieħed mill-għanijiet segwiti permezz tal-iskema b’rata fissa huwa dak li l-bdiewa li huma suġġetti għaliha jingħataw il-possibbiltà li jikkumpensaw l-ispejjeż tal-VAT li dawn tal-aħħar sostnew minħabba l-attività tagħhom. Madankollu, ir-riskju ta’ kumpens żejjed tal-VAT jittieħed inkunsiderazzjoni mill-Artikolu 299 ta’ din id-direttiva fir-rigward tat-totalità tal-bdiewa b’rata fissa. Għal dan il-għan, dan l-artikolu jipprojbixxi lill-Istati Membri milli jistabbilixxu l-perċentwali ta’ kumpens b’rata fissa għal livelli li jkollhom l-effett li jiksbu għat-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>totalità tal-bdiewa b’rata fissa<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> rimborsi ogħla mill-VAT tal-input imposta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikoli 297 sa 299 tal-imsemmija direttiva jipprevedu li l-iffissar ta’ dawn il-perċentwali jsir globalment minn kull Stat Membru abbażi tad-data makroekonomika li tirrigwarda biss il-bdiewa b’rata fissa tat-tliet snin preċedenti. Għaldaqstant, l-Artikolu 299 tal-istess direttiva ma jistax jiġġustifika l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li jiġi eskluż, fuq bażi individwali, bidwi mill-iskema b’rata fissa fid-dawl tar-rimborsi miksuba permezz tal-applikazzjoni tal-imsemmija perċentwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, minkejja li l-qorti tar-rinviju ssemmi l-possibbiltà li jiġi annullat iċ-ċertifikat ta’ sħubija fl-iskema b’rata fissa minħabba li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-benefiċċju ta’ din l-iskema jippreġudika l-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT, għandu jiġi osservat, kif għamel l-Avukat Ġenerali fil-punt 26 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-leġiżlatur tal-Unjoni deliberament ibbaża din l-iskema fuq ċerta ġeneralizzazzjoni, u dderoga minn dan il-prinċipju kif seta’ jagħmel validament, sa fejn in-newtralità fiskali, fis-sens li dan il-kunċett għandu fil-kawża prinċipali, tikkostitwixxi mhux prinċipju ġuridiku awtonomu, iżda wieħed mill-għanijiet segwiti permezz tad-Direttiva dwar il-VAT, li huwa kkonkretizzat permezz tal-Artikoli 167 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> ta’ din id-direttiva, li jistabbilixxu l-prinċipju ta’ dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input sostnuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, bħala prinċipju, l-iskema b’rata fissa ma tistax tiżgura newtralità perfetta tal-VAT, u dan sa fejn din l-iskema hija intiża ġustament sabiex tikkonċilja dan l-għan ma’ dak ta’ semplifikazzjoni tar-regoli li għalihom huma suġġetti l-bdiewa b’rata fissa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120308">8 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Portugall</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑524/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:129">EU:C:2012:129</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jitqies kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni jekk bidwi li jibbenefika minn din l-iskema jikseb, bħal f’dan il-każ, kumpensi tal-VAT li huma ogħla mill-ammont tal-VAT tal-input li huwa seta’ jnaqqas kieku kien suġġett għal din it-taxxa skont l-iskema normali jew l-iskema ssemplifikata ta’ tassazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-prinċipju ta’ newtralità fiskali ma jistax jiġġustifika miżura ta’ esklużjoni mill-iskema b’rata fissa, bħalma huwa l-annullament ta’ ċertifikat ta’ sħubija f’din l-iskema.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal hawn fuq jirriżulta li r-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 296(2) tad-Direttiva dwar il-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprevedi b’mod eżawrjenti l-każijiet kollha li fihom Stat Membru jista’ jeskludi bidwi mill-iskema b’rata fissa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Bit-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 296(2) tad-Direttiva dwar il-VAT għandux jiġi interpretat fis-sens li l-bdiewa li fir-rigward tagħhom ġie kkonstatat li l-ammont li huma jirkupraw inkwantu msieħba fl-iskema b’rata fissa huwa sostanzjalment ogħla mill-ammont li jirkupraw kieku jkunu suġġetti għall-iskema normali tal-VAT jew għall-iskema ssemplifikata tal-VAT jistgħu jikkostitwixxu kategorija ta’ bdiewa fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 296(2) tad-Direttiva dwar il-VAT isemmi l-possibbiltajiet ta’ esklużjoni tal-bdiewa mill-iskema b’rata fissa, filwaqt li jispeċifika li tali esklużjoni tista’, b’mod partikolari, tikkonċerna kategoriji ta’ bdiewa, mingħajr madankollu ma jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>kategoriji ta’ bdiewa<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Huwa minnu li tali kunċett jirreferi għall-attività eżerċitata mill-bdiewa kkonċernati, li, sabiex jifformaw kategorija, għandu jkollhom karatteristika jew diversi karatteristiċi komuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Jibqa’ l-fatt li, fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, il-kategoriji ta’ bdiewa, li hemm riferiment għalihom f’dan l-Artikolu 296(2) għandhom jissemmew abbażi ta’ kriterji oġġettivi, ċari u preċiżi, mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew, jekk ikun il-każ, mill-awtorità eżekuttiva, awtorizzata f’dan ir-rigward mil-leġiżlatur nazzjonali. Minbarra dan, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 36 tal-konklużjonijiet tiegħu, dawn il-kriterji għandhom jiġu ffissati bil-quddiem, fis-sens li l-kategorija li taqa’ taħt l-esklużjoni għandha tiġi ddefinita <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> u <HT TYPE="ITALIC">in abstracto</HT>, sabiex kull bidwi, waqt l-eventwali deċiżjoni li jissieħeb fl-iskema, ikun f’pożizzjoni li jevalwa jekk huwiex parti mill-kategorija li taqa’ taħt l-esklużjoni u jekk huwiex ser ikompli, sussegwentement, jagħmel parti minn din il-kategorija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>B’dan il-mod, bidwi għandu jkun jista’ jwettaq <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> analiżi individwali tas-sitwazzjoni tiegħu sabiex jiddetermina jekk jagħmilx parti, fid-dawl tal-kriterji oġġettivi stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni, minn kategorija ta’ bdiewa eskluża mill-iskema b’rata fissa. Min-naħa l-oħra, kategorija ta’ bdiewa, fis-sens tal-Artikolu 296(2) tad-Direttiva dwar il-VAT, ma tistax tiġi ddefinita b’riferiment għal kriterju li ma jippermettix lill-persuni kkonċernati jipproċedu b’tali analiżi individwali, mingħajr ma jiġu miksura r-rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ ċertezza tas-sitwazzjonijiet legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan il-każ, dan huwa preċiżament il-każ ta’ kriterju ta’ esklużjoni mill-iskema b’rata fissa bbażat fuq il-kunċett ta’ ammont <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>sostanzjalment ogħla<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal hawn fuq jirriżulta li l-Artikolu 296(2) tad-Direttiva dwar il-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li l-bdiewa li fir-rigward tagħhom ġie kkonstatat li l-ammont li huma jirkupraw inkwantu msieħba fl-iskema b’rata fissa huwa sostanzjalment ogħla mill-ammont li jirkupraw kieku jkunu suġġetti għall-iskema normali jew għall-iskema ssemplifikata tal-VAT ma jistgħux jikkostitwixxu kategorija ta’ bdiewa fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 296(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprevedi b’mod eżawrjenti l-każijiet kollha li fihom Stat Membru jista’ jeskludi bidwi mill-iskema komuni b’rata fissa tal-bdiewa.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 296(2) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-bdiewa li fir-rigward tagħhom ġie kkonstatat li l-ammont li huma jirkupraw inkwantu msieħba fl-iskema komuni b’rata fissa tal-bdiewa huwa sostanzjalment ogħla mill-ammont li jirkupraw kieku jkunu suġġetti għall-iskema normali jew għall-iskema ssemplifikata tat-taxxa fuq il-valur miżjud ma jistgħux jikkostitwixxu kategorija ta’ bdiewa fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>