|
1.5.2004 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 168/35 |
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2004/66/KE,
tal-26. April 2004,
li tadatta d-Direttivi 1999/45/KE, 2002/83/KE, 2003/37/KE u 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kunsill 77/388/KEE, 91/414/KEE, 96/26/KE, 2003/48/KE u 2003/49/KE, fl-oqsma tal-moviment liberu ta' merkanzija, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, l-agrikoltura, il-politika dwar it-trasport u t-tassazzjoni, għar-raġuni ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Waqt li jikkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Waqt li jikkunsidra t-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea (1) (minn issa 'l quddiem imsejjaħ it-“Trattat ta' Adeżjoni”), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Waqt li jikkunsidra l-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (2) (minn issa 'l quddiem imsejjaħ l-“Att ta' l-Adeżjoni”), u b'mod partikolari l-Artikolu 57 tiegħu,
Waqt li jikkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Għal ċerti atti li jibqgħu validi wara l-1 ta' Mejju 2004 u li jeħtieġ li jiġu adottati minħabba l-adeżjoni, l-adattamenti meħtieġa ma sarux id-disposizzjonijiet għalihom fl-Att ta' Adeżjoni, jew saru disposizzjonijiet li jeħtieġu iżjed adattament. Dawn l-adattamenti kollha jeħtieġ li jiġu adottati qabel l-adeżjoni sabiex ikunu applikabbli mid-data ta' l-adeżjoni. |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 57(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni, tali adattamenti għandhom ikunu adottati mill-Kunsill fil-każijiet kollha fejn il-Kunsill waħdu, jew flimkien mal-Parlament Ewropew, adotta l-att oriġinali. |
|
(3) |
Id-Direttivi 1999/45/KE (3), 2002/83/KE (4), 2003/37/KE (5) u 2003/59/KE (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kunsill 77/388/KEE (7), 91/414/KEE (8), 96/26/KE (9), 2003/48/KE (10) u 2003/49/KEC (11) għandhom għalhekk jiġu hekk emendati, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Direttivi 1999/45/KE, 2002/83/KE, 2003/37/KE, u 2003/59/KE, 77/388/KEE, 91/414/KEE, 96/26/KE, 2003/48/KE u 2003/49/KE huma emendati kif stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sad-data meta jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Adeżjoni. Dwar id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jadattaw id-Direttiva 91/414/KE kif emendata, kif ukoll id-Direttivi 2002/83/KE, 2003/37/KE u 2003/59/KE, id-data ta' traspożizzjoni għandha tkun dik stabbilita fiha. Stati Membri għandhom jissottomettu bla dewmien it-test tad-disposizzjonijiet ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva lill-Kummissjoni, flimkien ma' tabella li turi l-korrelazzjoni tagħhom mad-disposizzjonijiet speċifiċi ta' din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'referenza tali meta jkunu ppublikati uffiċjalment. Il-metodi ta' kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ biss bħala soġġetta għal u fid-data meta jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Adeżjoni.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, tal-26. April 2004.
Għall-Kunsill
B. COWEN
Il-President
(1) ĠU L 236, 23.9.2003, p. 17.
(2) ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.
(3) ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1. Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(4) ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1.
(6) ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4.
(7) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/7/KE (ĠU L 27, 30.1.2004, p. 44).
(8) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(9) ĠU L 124, 23.5.1996, p. 1. Direttiva kif ġiet emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.
ANNESS
I. MOVIMENT LIBERU TA’ MERKANZIJA
A. VETTURI BIL-MUTUR
Id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jinġibed u li jista' jinbidel, flimkien mas-sistemi tiegħu, il-komponenti u l-unitajiet separati tekniċi u li tħassar id-Direttiva 74/150/KEE.
|
(a) |
Fl-Anness II, Kapitolu Ċ, Appendiċi I, punti 1, dak li ġej jiġi nserit fl-ewwel subparagrafu: “ “8 għar-Repubblika Ċeka”, “29 għall-Estonja”, “CY għal Ċipru”, “32 għall-Latvja”, “36 għall-Litwanja”, “7 għall-Ungerija”, “MT għal Malta”, “20 għall-Polonja”, “26 għas-Slovenja”, “27 għas-Slovakkja”.” |
|
(b) |
Fl-Anness III, Parti I, “A - Tratturi sħaħ/kompluti”, punt 16 jiġi sostitwit b'li ġej:
“
|
|
(ċ) |
Fl-Anness III, Parti I, “B - Karrijiet agrikoli jew għall-foresti sħaħ/kompluti”, punt 16 jiġi sostitwit b'li ġej:
“
|
|
(d) |
Fl-Anness III, Parti I, “Ċ - Makkinarju interkambjabbli li jiġi rmunkat - sħiħ/komplut”, punt 16 jiġi sostitwit b'li ġej:
“
|
|
(e) |
Fl-Anness III, Parti II, “A - Karrijiet agrikoli jew għall-foresti mhux kompluti”, punt 16 jiġi sostitwit b' li ġej:
“
|
|
(f) |
Fl-Anness III, Parti II, “B - Makkinarju interkambjabbli li jiġi rmunkat - mhux komplut”, punt 16 jiġi sostitwit b' li ġej:
“
|
B. KIMIĊI
Id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi.
Fl-Anness VI, Parti A, punt 5, il-lista tal-pajjiżi tiġi sostitwita b' li ġej:
|
|
“'il-Belġju: |
|
|
ir-Repubblika Ċeka: |
|
|
id-Danimarka: |
|
|
il-Ġermanja: |
|
|
l-Estonja: |
|
|
il-Greċja: |
|
|
Spanja: |
|
|
Franza: |
|
|
l-Irlanda: |
|
|
l-Italja: |
|
|
Ċipru: |
|
|
il-Latvja: |
|
|
il-Litwanja: |
|
|
il-Lussemburgu: |
|
|
l-Ungerija: |
|
|
Malta: |
|
|
l-Olanda: |
|
|
l-Awstrija: |
|
|
il-Polonja: |
|
|
il-Portugall: |
|
|
is-Slovenja: |
|
|
is-Slovakkja: |
|
|
il-Finlandja: |
|
|
l-Isvezja: |
|
|
ir-Renju Unit:”. |
II. IL-LIBERTÀ TAL-PROVVISTA TA’ SERVIZZI
Id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja.
|
(a) |
Fl-Artikolu 6(1)(a), dan li ġej jiġi nserit bejn l-inserzjonijiet għall-Belġju u d-Danimarka:
u, bejn l-inserzjonijiet għall-Ġermanja u l-Greċja:
u, bejn l-inserzjonijiet għall-Italja u l-Lussemburgu:
u, bejn l-inserzjonijiet għall-Lussemburgu u l-Olanda:
u, bejn l-inserzjonijiet għall-Awstrija u l-Portugall:
u, bejn l-inserzjonijiet għall-Portugall u l-Finlandja:
|
|
(b) |
Fl-Artikolu 18(3), it-tielet inċiż jiġi sostitwit b'li ġej:
|
|
(ċ) |
Fl-Artikolu 18(3), dan li ġej jiġi miżjud wara t-tielet inċiż:
|
III. AGRIKOLTURA
LEĠISLAZZJONI FITOSANITARJA
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna it-tqegħid fuq is-suq ta’ ċerti prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.
|
(a) |
Punt 1.1 fl-Anness IV jiġi sostitwit b' li ġej: “1.1. Riskji speċjali relatati mal-bniedem (RSh) RSh 1
RSh 2
RSh 3
|
|
(b) |
Punt 1 fl-Anness V jiġi sostitwit b' li ġej: “1. Disposizzjonijiet Ġenerali Il-prodotti kollha ta' ħarsien għall-pjanti għandu jkollhom tikketta li fuqha tkun miktuba l-frażi li ġejja, li magħha għandu jiżdied it-test bejn parentesi, kif xieraq: SP 1
|
|
(ċ) |
Punt 2.1 fl-Anness V jiġi sostitwit b' li ġej: “2.1. Prekawzjonijiet ta' sigurtà għall-operaturi (SPo) Disposizzjonijiet ġenerali
Disposizzjonijiet speċifiċi SPo 1
SPo 2
SPo 3
SPo 4
SPo 5
|
|
(d) |
Punt 2.2 fl-Anness V jiġi sostitwit b' li ġej: “2.2. Prekawzjonijiet ta' sigurtà li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent (SPe) SPe 1
SPe 2
SPe 3
SPe 4
SPe 5
SPe 6
SPe 7
SPe 8
|
|
(e) |
Punt 2.3 fl-Anness V jiġi sostitwit b' li ġej: “2.3. Prekawzjonijiet ta' sigurtà li għandhom x'jaqsmu ma' l-aħjar prattika fil-qasam agrikolu SPa 1
|
|
(f) |
Punt 2.4 fl-Anness V jiġi sostitwit b' li ġej: “2.4. Prekawzjonijiet ta' sigurtà speċifiċi għar-rodentiċidi (SPr) SPr 1
SPr 2
SPr 3
|
IV. IL-POLITIKA DWAR IT-TRASPORT
TRASPORT BIT-TRIQ
|
1. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE tad-29 ta' April 1996 dwar dħul għall-impjieg ta’ operatur tat-trasport ta’ merkanzija bit-triq u operatur ta’ trasport ta’ passiġġieri bit-triq u r-rikkonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali intenzjonati li jiffaċilitaw għal dawn l-operaturi d-dritt tal-libertà ta' l-istabbiliment f' operazzjonijiet tat-trasport nazzjonali u internazzjonali.
Fl-Anness Ia, in-nota 1 tiġi sostitwita b'li ġej:
|
|
2. |
Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifikazzjoni inizzjali u t-taħriġ perjodiku għal sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport tal- merkanzija jew tal-passiġġieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE.
|
V. TASSAZZJONI
|
1. |
Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima.
|
|
2. |
Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar it-tassazzjoni tat-tfaddil fuq l-introjtu f'għamla ta' pagamenti ta' interessi.
Fl-Anness, dan li ġej jiġi nserit bejn l-inserzjonijiet għall-Italja u l-Portugall:
u, wara l-inserzjonijiet għall-Portugall:
|
|
3. |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-interessi u pagamenti tad-drittijiet ta' l-awtur magħmula bejn il-kumpanniji assoċjati ta' Stati Membri differenti.
|
(1) Is-Sitt Direttiva tal-VAT għandha żewġ verżjonijiet ta' l-Artikolu 17(3)(b). L-Artikolu 28f(1) ta' dik id-Direttiva fih id-dispożizzjoni li hi kurrentement applikabbli. Ta' din is-sitwazzjoni partikolari ma ttieħedx kont kif jixraq fil-Protokoll nru. 3 ta' l-Att ta' Adeżjoni li bi żball emenda l-verżjoni ta' l-Artikolu 17(3)(b) li mhux kurrentement applikabbli. Għalhekk il-verżjoni applikabbli kurrentement trid tiġi emendata wkoll.