Official Journal L 102 , 07/04/2004 P. 0073 - 0074
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 2004 li temenda l-Anness I għad-Deċiżjoni 2003/804/KE li twaqqaf il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u l-kriterji taċ-Ċertifikazzjoni għall-importazzjoni ta’ molluski, il-bajd u l-gamate tagħhom għat-tnissil, is-simna, it-tqassim u l-konsum mill-bniedem (notifikata bid-dokument numru K(2004) 1076) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2004/319/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tpoġġija fis-suq ta’ annimali u prodotti ta’ l-akwakultura [1], u l-aktar l-Artiklu 19(1) miġjub fiha, Billi: (1) Hemm lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw molluski ħajjin, il-bajd u l-gamete tagħhom għat-tnissil, is-simna, it-tqassim jew il-konsum mill-bniedem fil-Komunità, waqt li bid-Deċiżjoni 2003/804/KE [2] kienu tfasslu mudell ta’ ċertifikati li għandhom jakkumpanjaw dawn il-kunsinni. (2) Fiż-Żmien ta’ l-addozzjoni tad-Deċiżjoni 2003/804/KE, l-ebda pajjiż terz ma seta’ jitniżżel fl-Anness I għad-Deċiżjoni. (3) Mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 91/67/KEE, il-kriterji tas-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni ta’ annimali ta’ l-akwakultura fil-Komunità minn pajjiżi terzi ma tbiddlux. Waqt li jiddependu mit-twaqqif ta’ kriterji ta’ ċertfikazzjoni armionizzati, l-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw li l-importazzjonijiet ta’ annimali u prodotti ta’ l-akwakultura ta’ dawn minn pajjiżi terzi jkunu jiddependu minn kundizzjonijiet li jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk li jgħoddu għat-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti tal-Komunità, fi qbil ma’ l-Artiklu 20(3) tad-Direttiva 91/67/KEE. (4) Għalhekk, bejn ċerti pajjiżi terzi u ċerti Stati Membri hemm kummerċ għaddej ta’ molluski bilvavi ħajjin għall-konsum mill-bniedem. Dan il-kummerċ jista’ jitwaqqaf kompletament mill-1 ta’ Mejju 2004 ’il quddiem, meta d-Deċiżjoni 2003/804/KE tidħol fis-seħħ. (5) Biex ma jitwaqqafx bla bżonn il-kummerċ li għaddej minn pajjiżi terzi, dawk l-Istati Membri li jkunu sabu li dawn ikunu qed iħarsu kundizzjonijiet li huma mill-inqas ekwivalenti għal dawk li jgħoddu għat-tpoġġija fis-suq fil-Komunità, ċerti pajjiżi terzi għandhom jiddaħħlu fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni għal perjodu interim, waqt li jkunu jiddependu mit-tkomplija ta’ spezzjonijiet fuq il-post imsejħa bir-regoli tal-Komunità. (6) Din il-lista temporanja għandha tkun ristretta għall-importazzjoni ta’ molluski bilvalvi ħajjin għall-konsum mill-bniedem biss, minn inħawi awtorizzati skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE [3]. (7) Il-miżuri li hemm f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L- Artikolu 1 L-Anness I għad-Deċiżjoni 2003/804/KE qed jinbidel bl-Anness għal din id-Deċiżjoni. L- Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tkun tgħodd mill-1 ta’ Mejju 2004. L- Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2004. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-a]]ar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1.) [2] ĠU L 302, tal-21.11.3, p. 22. [3] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-a]]ar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-ANNESS I Territorji li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni ta’ ċerti speċi ta’ molluski ħajjin, il-bajd u l-gamete tagħhom maħsuba għat-tnissil, is-simna, jew it-tqassim fl-ibħra tal-Komunità Ewropea Pajjiż | Territorju | Kriterji speċifiċi | Kummenti | Kodiċi ta' l-ISO | Isem | Kodiċi | Deskrizzjoni | Bonamia ostreae | Marteilia refrin- gens | CA | Il-Kanada | | | LE | LE | Molluski bivalvi ħajjin għall-mill-bniedem biss konsum | HR | Il-Kroazja | | | LE | LE | Molluski bivalvi ħajjin konsum għall-mill-bniedem biss | MA | Il-Marokk | | | LE | LE | Molluski bivalvi ħajjin għall-mill-bniedem biss konsum | NZ | In-New Zealand | | | LE | LE | Molluski bilvalvi ħajjingħall-mill-bniedem biss konsum | TN | It-Tuneżija | | | LE | LE | Molluski bilvalvi ħajjingħall-mill-bniedem biss konsum | TR | It-Turkija | | | LE | LE | Molluski bivalvi ħajjingħall-bniedem konsum biss | US | L-Istati Amerika Uniti ta' l- | | | LE | LE | Molluski bivalvi ħajjingħall-mill-bniedem biss konsum | --------------------------------------------------