Official Journal L 331 , 23/12/1999 P. 0059 - 0061
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2762/1999 ta' 22 ta' Diċembru 1999 li jaġġusta l-kwantità massima ta' sajd annwali għal ċerti żoni ta' sajd. IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/95 tal-15 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi sistema għall-ġestjoni tal-kwantità massima ta' sajd annwali għal ċerti żoni u riżorsi ta' sajd fil-Komunità [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 149/1999 [2], u b'mod partikolari fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4 tiegħu, (1) Billi t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2027/95 jistabbilixxi li l-Komunità, fuq talba ta' wieħed mill-Istati Membri, għandha tieħu miżuri xierqa sabiex dak l-Istat Membru kkonċernat ikun jista’ jistad għall-kwoti tiegħu kif stabbilit fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 685/95 tas-27 ta' Marzu 1995 dwar il-ġestjoni tal-kwantità massima ta' sajd annwali għal ċerti żoni ta' sajd u riżorsi fil-Komunità [3]; (2) Billi Spanja talbet lill-Kummissjoni biex taġġusta l-kwantità massima ta' sajd annwali li hu permess lid-dgħajjes tagħha billi naqqset is-sajd bi xbiek fiss u żiedet is-sajd bi xbiek miġbud, fil-kas ta' sajd għall-ħut tal-qiegħ, sabiex il-bastimenti li jtajru l-bandiera Spanjola jkunu jistgħu jisfruttaw sew il-kwoti annwali skond ir-Regolamenti tal-Komunità; (3) Billi dan it-trasferiment tal-kwantità massima ta' sajd jinvolvi biss bidla sempliċi li ma tbiddilx il-bilanċ eżistenti u jippermetti li l-ammont ta' sajd li jkun allokat fil-bidu jkun jista’ jiġi aġġustat skond il-qagħda kurrenti tal-flotta, u s-sajd ikun diversifikat biex jinkludi speċi oħra tal-qiegħ; (4) Billi dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ immedjatament sabiex iħalli lil Spanja tagħmel użu aħjar tal-kwoti tagħha; (5) Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tas-Sajd u l-Akwakultura, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-kwantità massima ta' sajd annwali għar-Renju ta' Spanja fir-rigward ta’speċi tal-qiegħ bl-użu ta' xbiek miġbud jew fiss rispettivament, kif imsemmija fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2027/95, hi emendata, kif stabbilit fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 199, ta' l-24.08.95, pġ. 1. [2] ĠU L 18, tat-23.01.99, pġ. 3. [3] ĠU L 71, tal-31.03.95, pġ. 5. -------------------------------------------------- ANNESS +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------