European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2464

8.12.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2464

tal-1 ta’ Diċembru 2025

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport fir-rigward tal-adozzjoni tal-baġit tal-Komunità tat-Trasport għall-2026

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 u l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport (1) (“TKT”) ġie approvat f’isem l-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/392 (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2019.

(2)

Skont l-Artikolu 35 tat-TKT, il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport (il-“Kumitat tat-Tmexxija”) għandu jadotta l-baġit tal-Komunità tat-Trasport kull sena. L-Artikolu 35 tat-TKT jagħti wkoll is-setgħa lill-Kumitat tat-Tmexxija li jadotta deċiżjonijiet li jispeċifikaw il-proċedura għall-implimentazzjoni tal-baġit.

(3)

Il-Kumitat tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni dwar il-baġit tal-Komunità tat-Trasport għall-2026 waqt l-aħħar laqgħa tiegħu fl-2025.

(4)

Il-baġit propost tal-Komunità tat-Trasport għall-2026 huwa meħtieġ għall-funzjonament tajjeb tas-Segretarjat Permanenti u tal-korpi tal-Komunità tat-Trasport. Dan ikopri l-kostijiet tar-riżorsi umani, l-ivvjaġġar, it-tagħmir u s-software tal-IT, kif ukoll in-nefqa operazzjonali bħall-istudji, il-bini tal-kapaċitajiet, l-assistenza teknika u l-organizzazzjoni ta’ konferenzi u laqgħat.

(5)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat tat-Tmexxija rigward id-deċiżjoni dwar l-adozzjoni tal-baġit tal-Komunità tat-Trasport għall-2026, peress li dik id-deċiżjoni ser tkun vinkolanti għall-Unjoni bis-saħħa tal-Artikolu 25(1) tat-TKT.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat ta’ Tmexxija tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali tal-Komunità tat-Trasport (il-“Kumitat tat-Tmexxija”) fir-rigward tal-adozzjoni tal-baġit tal-Komunità tat-Trasport għall-2026 għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)   ĠU L 278, 27.10.2017, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2017/1937/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/392 tal-4 ta’ Marzu 2019 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport (ĠU L 71, 13.3.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/392/oj).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2025 TAL-KUMITAT TAT-TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT

ta’ …

dwar l-adozzjoni tal-baġit tal-Komunità tat-Trasport għall-2026

IL-KUMITAT TAT-TMEXXIJA REĠJONALI TAL-KOMUNITÀ TAT-TRASPORT,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 35 tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Il-baġit tal-Komunità tat-Trasport għall-2026, anness ma’ din id-Deċiżjoni, huwa b’dan adottat.

Magħmul fi …, fi … 2025.

Għall-Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali

Il-President


(1)   ĠU UE L 278, 27.10.2017, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2017/1937/oj.

ANNESS

Baġit tal-Komunità tat-Trasport għall-2026

Linja baġitarja

Ammont (EUR)

1.

Segretarjat Permanenti

 

1.1.

Riżorsi Umani

1 753 257

1.2.

Kostijiet tal-ivvjaġġar

117 020

1.3.

Kostijiet tal-uffiċċju, tagħmir u software

35 220

1.4.

Kostijiet u servizzi oħra, inkluż:

—

Servizzi esternalizzati u servizzi oħra (Awditjar, Viżibilità, Taħriġ tal-persunal, Imposti bankarji)

—

Bini tal-kapaċità

—

Kostijiet tal-Laqgħat u l-Konferenzi

—

Kostijiet tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni

—

Kostijiet tar-Reklutaġġ

739 741

1.5.

Studji, assistenza teknika li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-acquis tal-UE u tal-pjanijiet ta’ azzjoni

280 000

2.

Kunsill Ministerjali

 

2.1.

Kostijiet tal-Laqgħat u l-Konferenzi

40 000

3.

Kumitat tat-Tmexxija Reġjonali

 

3.1.

Kostijiet tal-Laqgħat u l-Konferenzi

16 500

4.

Kumitati Tekniċi

 

4.1.

Kostijiet tal-Laqgħat u l-Konferenzi

185 000

5.

Forum Soċjali

 

5.1.

Kostijiet tal-Laqgħat u l-Konferenzi

9 500

6.

Kumitat tal-Baġit

 

6.1.

Kostijiet tal-Laqgħat u l-Konferenzi

7 386

Total Globali

3 183 624

Kontribuzzjoni tal-UE (80 % tat-total globali)

2 546 899

Kontribuzzjoni tal-Partijiet tax-Xlokk tal-Ewropa (20 % tat-total globali: l-Anness V tat-TCT jipprevedi d-distribuzzjoni skont kull pajjiż)

636 725


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2464/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)