<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-235/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CJ0235</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:739">EU:C:2022:739</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20220929">29.9.2022</DATE> – Kawża C‑235/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Raiffeisen Leasing</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P>29 ta’ Settembru 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: is-Sloven.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 203</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt ta’ bejgħ u kiri lura</KEYWORD><KEYWORD>Persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà li kuntratt bil-miktub jiġi assimilat għal fattura</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑235/21,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Vrhovno sodišče (il-Qorti Suprema, is-Slovenja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑17 ta’ Marzu 2021, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑12 ta’ April 2021, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Raiffeisen Leasing</HT>, trgovina in leasing d. o. o.</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Republika Slovenija,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn J. Passer, President tal-Awla, F. Biltgen u M. L. Arastey Sahún (Relatriċi), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: A. Rantos,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Raiffeisen Leasing, trgovina in leasing d. o. o., minn A. Cankar, odvetnik,</P></ITEM><ITEM><P>għar-Republika Slovenija, minn A. Vran, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Armenia, U. Babovič u A. Kraner, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-12 ta’ Mejju 2022,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Raiffeisen Leasing, trgovina in leasing d.o.o. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Raiffeisen Leasing<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), u r-Republika Slovenija (ir-Repubblika tas-Slovenja), irrappreżentata mill-Ministrstvo za finance (il-Ministeru għall-Finanzi, is-Slovenja), dwar il-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>It-Titolu IV, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Transazzjonijiet taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, tad-Direttiva 2006/112 jinkludi Kapitolu 1, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Provvista ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 ta’ din id-direttiva, li jinsab f’dan il-Kapitolu 1, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Provvista ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> għandha tfisser it-trasferiment tad-dritt ta’ sid li jiddisponi minn proprjetà tanġibbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Flimkien mat-transazzjonijiet imsemmija fil–paragrafu 1, kull waħda minn dawn li ġejjin għandha tiġi kkunisdrata bħala provvista ta’ merkanzija:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-konsenja materjali ta’ merkanzija skond kuntratt għall-kiri ta’ merkanzija għal ċertu żmien, jew għall-bejgħ ta’ merkanzija bi ħlas akkont, li jipprovdi li normalment proprjetà għandha tgħaddi mhux aktar tard minn meta jsir l-aħħar ħlas akkont;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>It-titolu XI, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Obbligi ta’ persuni taxxabbli u ta’ ċerti persuni mhux taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, tal-imsemmija direttiva jinkludi Kapitolu 1, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-obbligu ta’ ħlas<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, li t-Taqsima 1 tiegħu hija intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Persuni responsabbli għall-ħlas tat-taxxa lill-awtoritajiet tat-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 203 tal-istess direttiva, li jinsab f’din it-taqsima, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Il-VAT għandha titħallas minn kwalunkwe persuna li tniżżel il-VAT fuq fattura.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fi ħdan il-Kapitolu 3, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Fatturazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, li jagħmel parti mill-imsemmi Titolu XI tad-Direttiva 2006/112, jinsabu t-Taqsima 2, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-kunċett ta’ fattura<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, li tinkludi l-Artikolu 218 u 219, it-Taqsima 3, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-ħruġ ta’ fatturi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, li tinkludi l-Artikoli 220 sa 225, kif ukoll it-Taqsima 4, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Kontenut tal-fatturi<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, li tinkludi l-Artikoli 226 sa 231.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 218 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw dokumenti jew messaġġi fuq karta jew f’forma elettronika bħala fatturi jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 219 tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Kwalunkwe dokument jew messaġġ li jemenda u jirreferi speċifikament u mingħajr ambigwità għall-fattura inizzjali għandu jitqies bħala fattura.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 220 tal-istess direttiva jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Kull persuna taxxabbli għandha tiżgura li, fir-rigward ta’ dak li ġej, tinħareġ fattura, jew hi nnifisha jew mill-konsumatur tagħha jew, f’isimha u għan-nom tagħha, minn parti terza:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>provvisti ta’ merkanzija jew servizzi li hi tkun għamlet lil persuna taxxabbli oħra jew lil persuna legali mhux taxxabbli;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet partikolari stabbiliti f’din id-Direttiva, dawn id-dettalji li ġejjin biss huma meħtieġa għall-finijiet ta’ VAT fuq fatturi maħruġa skond l-Artikoli 220 u 221:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>9)</NO.P><TXT>ir-rata ta’ VAT applikata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>10)</NO.P><TXT>l-ammont ta’ VAT li għandu jitħallas, għajr fejn ikun applikat arranġament speċjali li taħtu, b’konformità ma’ din id-Direttiva, tali dettall hu eskluż;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 227 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li persuni taxxabbli stabbiliti fit-territorju tagħhom u li jipprovdu merkanzija jew servizzi hemmhekk jindikaw in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT, imsemmi fl-Artikolu 214, tal-konsumatur f’każijiet għajr dawk imsemmija fil-punt (4) ta’ l-Artikolu 226<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 229 tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>L-Istati Membri m’għandhomx jitolbu li l-fatturi jkunu ffirmati.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Sloven</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 67 taz-zakon o davku na dodano vrednost – ZDDV-1 (il-Liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, Uradni list RS, Nru 117/06, tas-16 ta’ Novembru 2006), fil-verżjoni tagħha applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Sabiex teżerċita d-dritt għal tnaqqis tal-VAT, persuna taxxabbli għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għat-tnaqqis skont l-Artikolu 63(1)(a) ta’ din il-liġi għal dak li jirrigwarda l-provvista ta’ beni jew ta’ servizzi, il-persuna taxxabbli għandu jkollha fattura stabbilita b’konformità mal-Artikoli 80.a sa 84.a ta’ din il-liġi.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 76 ta’ din il-liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="076.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-VAT għandha titħallas minn:</P><P>[…]</P><P>9) kwalunkwe persuna li ssemmi l-VAT fil-fattura.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 81(8) tal-imsemmija liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Għall-finijiet ta’ din il-liġi, huma kkunsidrati bħala fatturi d-dokumenti kollha fuq il-karta jew forma elettronika li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 80.a sa 84.a ta’ din il-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 82 tal-istess liġi jelenka d-data li l-persuna taxxabbli għandha tindika fil-fattura, filwaqt li l-Artikolu 83 ta’ din il-liġi jelenka d-data li l-persuna taxxabbli għandha tindika fil-fattura ssemplifikata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>RED d.o.o. kienet proprjetarja ta’ art u ta’ dar f’Rožna dolina, fil-muniċipalità ta’ Ljubljana (is-Slovenja). Din il-kumpannija xtaqet tibni f’dan il-post bini ġdid. Fid‑19 ta’ Novembru 2007, hija kkonkludiet kuntratt ta’ bejgħ u kiri lura (sale-and-lease back) ma’ Raiffeisen Leasing. Skont dan il-kuntratt, Raiffeisen Leasing obbligat ruħha tixtri l-art għal prezz u RED li tħallas lil Raiffeisen Leasing il-ħlasijiet mensili tal-leasing sar-rimbors sħiħ tal-valur tal-art u tal-bini li għandu jinbena, jiġifieri somma ta’ EUR 1 294 786.56 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>kuntratt ta’ bejgħ u kiri lura<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>). L-ammont tal-VAT ta’ EUR 110 056.86 kien jidher f’dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Raiffeisen Leasing ma ħarġitx fattura lil RED abbażi tal-kuntratt ta’ bejgħ u kiri lura, peress li l-VAT la ġiet iffatturata u lanqas imħallsa minnha. RED sostniet, abbażi tal-kuntratt ta’ bejgħ u kiri lura, id-dritt għat-tnaqqis tal-VAT, billi sostniet li dan il-kuntratt kien jikkostitwixxi fattura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fit‑22 ta’ Novembru 2007, il-partijiet għall-kuntratt ta’ bejgħ u kiri lura kkonkludew kuntratt ta’ bejgħ tal-art (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>kuntratt ta’ bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>), li fih ġie ffissat prezz ta’ bejgħ li jinkludi l-VAT. RED stabbilixxiet għal Raiffeisen Leasing fattura li fiha ġiet ikkunsidrata l-VAT.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Matul ix-xahar ta’ Novembru 2007, Raiffeisen Leasing invokat id-dritt għal tnaqqis tal-VAT abbażi tal-kuntratt ta’ bejgħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Peress li RED ma ssodisfatx l-obbligi tagħha previsti fil-kuntratt ta’ bejgħ u kiri lura fit-terminu previst, il-partijiet xoljew dan il-kuntratt fil‑21 ta’ Ottubru 2011. Sussegwentement, Raiffeisen Leasing biegħet l-art lil terza persuna bi prezz li jinkludi l-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil‑25 ta’ Lulju 2014, RED ingħatat deċiżjoni tal-awtorità fiskali Slovena, li ċaħdet it-talba tagħha għal tnaqqis tal-VAT abbażi tal-imsemmi kuntratt. L-imsemmija deċiżjoni tal-awtorità fiskali ċaħdet ir-riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali u, għaldaqstant, Raiffeisen Leasing kisbet id-dritt li tnaqqas, permezz ta’ aġġustament, il-VAT dovuta. Madankollu, l-awtorità fiskali kkonstatat li din il-kumpannija ma kinitx ħallset il-VAT dovuta għall-perijodu mit‑3 ta’ Jannar 2008 sal‑25 ta’ Lulju 2014. Għaldaqstant, din l-awtorità ordnat lil Raiffeisen Leasing tħallas interessi fuq id-dejn fiskali fl-ammont ta’ EUR 50 571.88.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tranżazzjoni msemmija fil-kuntratt ta’ bejgħ, l-awtorità fiskali kkonstatat li din kienet eżentata mill-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Madankollu, peress li l-partijiet fil-kuntratt ta’ bejgħ ma ppreżentawx dikjarazzjoni ta’ tassazzjoni li tippermetti l-issuġġettar fakultattiv tat-tranżazzjoni inkwistjoni, l-awtorità fiskali kkunsidrat li d-dritt għal tnaqqis ma setax jiġi invokat indipendentement mill-fatt li fattura kienet inħarġet li tesponi l-VAT li ma kinitx dovuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Konsegwentement, Raiffeisen Leasing ġie impost fuqha l-ħlas ta’ VAT addizzjonali li jammonta għal EUR <FT TYPE="NUMBER">44200</FT>, flimkien mal-interessi li jammontaw għal EUR 11 841.97.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tal-awtorità fiskali, il-fatt li l-art kienet, sussegwentement, mibjugħa minn Raiffeisen Leasing huwa irrilevanti, peress li dan il-bejgħ kien is-suġġett tal-applikazzjoni tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Wara li eżawriet ir-rimedji amministrattivi, Raiffeisen Leasing ippreżentat rikors quddiem l-Upravno sodišče (il-Qorti Amministrattiva, is-Slovenja), li ċaħdet ir-rikors tagħha. Sussegwentement hija ppreżentat appell għal reviżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Vrhovno sodišče (il‑Qorti Suprema, is-Slovenja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Din l-aħħar qorti tfakkar li, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-obbligu li titħallas il-VAT bħala konsegwenza tal-istabbiliment ta’ fattura li ssemmi l-VAT jista’ jinħoloq anki jekk il-fattura ma tinkludix ċerta informazzjoni li hija meħtieġa mid-Direttiva 2006/112, b’mod partikolari fil-każ fejn il-post tal-provvista tas-servizz ipprovdut ma jkunx indikat (ara f’dan is-sens, is-sentenza tat‑18 ta’ Ġunju 2009, <REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑566/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:380">EU:C:2009:380</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju ssostni li kuntratt, inkwantu att li jaqa’ taħt id-dritt tal-obbligi, jista’ jkun distint minn fattura u jikkostitwixxi biss il-bażi legali tat-tranżazzjoni suġġetta għall-VAT, peress li l-fattura għandha tiġi stabbilita fil-mument tal-okkorrenza tal-fatt taxxabbli tal-obbligu li titħallas il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għaldaqstant, din il-qorti tixtieq tkun taf jekk kuntratt jistax jitqies bħala fattura, fis-sens tal-Artikolu 203 tad-Direttiva 2006/112, biss meta jkun oġġettivament juri r-rieda, espressa b’mod ċar mill-partijiet, li jassimilaha ma’ fattura marbuta ma’ tranżazzjoni partikolari, peress li tali kuntratt jista’ b’mod raġonevoli jagħti lill-akkwirent il-konvinzjoni li huwa jista’, abbażi tiegħu, inaqqas il-VAT tal-input.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Vrhovno sodišče (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>1)</NO.P><TXT>Kuntratt bil-miktub jista’ jitqies bħala fattura fis-sens tal-Artikolu 203 tad-Direttiva [2006/112], biss jekk ikun fih l-informazzjoni kollha għal fattura meħtieġa mill-Kapitolu 3 (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Fatturazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/>) [tat-Titolu XI] ta’ [din id-direttiva]?</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Fil-każ ta’ risposta negattiva,</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>liema huma l-indikazzjonijiet jew iċ-ċirkustanzi li abbażi tagħhom, fi kwalunkwe każ, kuntratt bil-miktub jista’ jitqies (ukoll) bħala fattura li tistabbilixxi l-obbligu li titħallas il-VAT skont l-Artikolu 203 tad-Direttiva [2006/112]?</TXT></NP></ITEM></LIST><P>B’mod iktar konkret,</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>kuntratt bil-miktub, konkluż minn żewġ persuni suġġetti għall-VAT u li għandu bħala l-għan tiegħu kunsinna ta’ oġġetti jew provvista ta’ servizzi, jista’ jitqies bħala fattura fis-sens tal-Artikolu 203 tad-Direttiva [2006/112], jekk tirriżulta minnu oġġettivament rieda espressa u vverifikata tal-bejjiegħ jew tal-fornitur tas-servizz, bħala parti kontraenti, li dan il-kuntratt huwa fattura relatata ma’ tranżazzjoni speċifika li tista’ tagħti lix-xerrej il-preżunzjoni raġonevoli li huwa jista’, fuq din il-bażi, inaqqas il-VAT tal-input imħallsa?<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 203 tad-Direttiva 2006/112 għandux jiġi interpretat fis-sens li kuntratt ta’ bejgħ u kiri lura, li l-konklużjoni tiegħu ma ġietx segwita mill-istabbiliment ta’ fattura mill-partijiet, jistax jitqies bħala fattura, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u, fl-affermattiv, liema huma l-elementi li dan il-kuntratt għandu obbligatorjament jinkludi sabiex ikun jista’ jitqies bħala tali fattura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk huwiex rilevanti, f’dan ir-rigward, li jiġi eżaminat jekk l-imsemmi kuntratt jesprimix oġġettivament ir-rieda tal-bejjiegħ jew tal-fornitur ta’ servizzi li jkun, bħal fil-każ ta’ fattura, tali li jista’ joħloq fix-xerrej il-konvinzjoni li huwa jista’, abbażi tal-istess kuntratt, inaqqas il-VAT tal-input.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, minn naħa, li l-VAT indikata fuq fattura hija dovuta mill-persuna li toħroġ dik il-fattura, inkluż fin-nuqqas ta’ kull tranżazzjoni taxxabbli reali (sentenza tat‑18 ta’ Marzu 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>P, (Karti tal-fjuwil)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑48/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:215">EU:C:2021:215</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>L-Artikolu 203 tad-Direttiva 2006/112 huwa intiż sabiex jiġi eliminat ir-riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali li jista’ joħloq id-dritt għal tnaqqis previst minn din id-direttiva (sentenza tat‑18 ta’ Marzu 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>P, (Karti tal-fjuwil)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑48/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:215">EU:C:2021:215</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112, l-iskop tal-kontenut li għandu dejjem jidher fuq fattura huwa li l-amministrazzjonijiet fiskali jkunu jistgħu jikkontrollaw il-ħlas tat-taxxa dovuta u, fejn ikun applikabbli, l-eżistenza tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT (sentenza tal‑15 ta’ Settembru 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Barlis 06 – Investimentos Imobiliários e Turísticos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑516/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:690">EU:C:2016:690</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-prinċipju fundamentali ta’ newtralità tal-VAT jeżiġi li t-tnaqqis ta’ din it-taxxa tal-input jingħata jekk il-kundizzjonijiet sostantivi jkunu ssodisfatti, anki jekk il-persuni taxxabbli jkunu naqsu milli jissodisfaw ċerti rekwiżiti proċedurali. Konsegwentement, meta l-amministrazzjoni fiskali jkollha l-informazzjoni neċessarja sabiex tistabbilixxi li r-rekwiżiti sostantivi huma ssodisfatti, din ma tistax, fir-rigward tad-dritt tal-persuna taxxabbli li tnaqqas din it-taxxa, timponi kundizzjonijiet supplimentari li jista’ jkollhom l-effett li jġibu fix-xejn l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt (sentenza tal‑15 ta’ Settembru 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Barlis 06 – Investimentos Imobiliários e Turísticos SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑516/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:690">EU:C:2016:690</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-amministrazzjoni fiskali ma tistax tirrifjuta d-dritt għal tnaqqis tal-VAT għas-sempliċi raġuni li fattura ma tissodisfax ir-rekwiżiti meħtieġa mill-punti 6 u 7 tal-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112, jekk hija għandha l-informazzjoni kollha sabiex tivverifika li l-kundizzjonijiet sostantivi għal dan id-dritt huma ssodisfatti (sentenza tal‑15 ta’ Settembru 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Barlis 06 – Investimentos Imobiliários e Turísticos SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑516/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:690">EU:C:2016:690</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Ċertament, ir-relazzjoni bejn, minn naħa, l-eżistenza u r-regolarità ta’ fattura u, min-naħa l-oħra, id-dritt għal tnaqqis tal-VAT ma hijiex awtomatika, fis-sens li, l-ewwel nett, dan id-dritt huwa, bħala prinċipju, marbut mat-twettiq effettiv tal-kunsinna ta’ oġġetti jew tal-provvista tas-servizzi inkwistjoni u, it-tieni, l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis ma jestendix għal taxxa li hija dovuta esklużivament għaliex hija indikata fuq fattura (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-4 ta’ Lulju 2013, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Menidzherski biznes reshenia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑572/11</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:456">EU:C:2013:456</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu, sa fejn, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza msemmija fil-punt 36 ta’ din is-sentenza u hekk kif irrileva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punti 41 u 45 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-għan tal-Artikolu 203 tad-Direttiva 2006/112 huwa li jiġi eliminat ir-riskju ta’ telf ta’ dħul fiskali, dan ir-riskju jista’ jiġi evitat fil-każ fejn l-amministrazzjoni fiskali jkollha l-informazzjoni neċessarja sabiex tistabbilixxi jekk il-kundizzjonijiet materjali tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT humiex issodisfatti, indipendentement mill-punt dwar jekk il-VAT ġietx indikata f’dokument bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Fattura<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> jew f’dokument ieħor, bħal kuntratt konkluż mill-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sabiex ikun jista’ jiġi rrikonoxxut bħala fattura, fis-sens tal-Artikolu 203 ta’ din id-direttiva, dokument għandu, minn naħa, isemmi l-VAT u, min-naħa l-oħra, jinkludi l-informazzjoni msemmija fid-dispożizzjonijiet tat-Titolu XI tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Kontenut tal-fatturi<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, li huma neċessarji sabiex l-amministrazzjoni fiskali tkun tista’ tistabbilixxi jekk il-kundizzjonijiet materjali tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT humiex issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma huwiex rilevanti li jiġi eżaminat jekk, fl-ipoteżi li d-dokument inkwistjoni huwa kuntratt, dan jesprimix oġġettivament ir-rieda tal-partijiet f’dan il-kuntratt li din tkun fattura li tista’ tagħti lill-parti kontraenti l-konvinzjoni li hija tista’, abbażi ta’ dan il-kuntratt, tnaqqas il-VAT tal-input.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, fil-kuntest taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha inkwistjoni fil-kawża prinċipali u, b’mod partikolari, tad-dispożizzjonijiet kollha tal-kuntratt ta’ trasferiment ta’ bejgħ u kiri lura, jekk dan tal-aħħar fihx effettivament l-informazzjoni neċessarja f’dan il-każ sabiex l-amministrazzjoni fiskali tkun tista’ tistabbilixxi jekk il-kundizzjonijiet materjali tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT humiex issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fir-rigward taċ-ċirkustanza li, fil-kawża prinċipali, il-kuntratt ta’ bejgħ u kiri lura kien jindika ċertament l-ammont tal-VAT iżda mhux ir-rata ta’ din it-taxxa, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk din ir-rata setgħetx madankollu titnaqqas minn dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 203 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt ta’ trasferiment ta’ bejgħ u kiri lura, li l-konklużjoni tiegħu ma ġietx segwita mill-istabbiliment ta’ fattura mill-partijiet, jista’ jitqies bħala fattura, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, fil-każ fejn dan il-kuntratt jinkludi l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru tkun tista’ tistabbilixxi jekk il-kundizzjonijiet materjali tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT humiex issodisfatti f’dan il-każ, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">kuntratt ta’ bejgħ u kiri lura, li l-konklużjoni tiegħu ma ġietx segwita mill-istabbiliment ta’ fattura tal-VAT mill-partijiet, jista’ jitqies bħala fattura, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, fil-każ fejn dan il-kuntratt jinkludi l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru tkun tista’ tistabbilixxi jekk il-kundizzjonijiet materjali tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud humiex issodisfatti f’dan il-każ, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>