|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6705 |
15.12.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12211 – AXPO ITALIA / CANARBINO / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6705)
1.
Fil-5 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Axpo Italia S.p.A. (“Axpo Italia”, l-Italja), ikkontrollata minn Axpo Holding AG (l-Iżvizzera), |
|
— |
Canarbino S.p.A. (“Canarbino”, l-Italja), ikkontrollata minn Luna Verde S.r.l. (l-Italja), |
|
— |
Ramo d’Azienda Lumina (“RA Lumina”, l-Italja), ikkontrollata minn Black Oils S.p.A. (l-Italja). |
AXPO Italia u Canarbino, permezz tal-impriża konġunta tagħhom ikkontrollata b’mod konġunt minn Energia Pulita S.r.l. (l-Italja), se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ RA Lumina kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Axpo Italia hija attiva fil-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku u l-gass, il-bejgħ bl-imnut tal-elettriku u l-gass, u l-bejgħ ta’ prodotti tal-enerġija u d-derivattivi tagħhom kif ukoll ċertifikati ambjentali fl-Italja, |
|
— |
Canarbino hija attiva fil-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku u tal-gass naturali, fil-provvista bl-imnut tal-elettriku u tal-gass naturali, u fil-provvista ta’ servizzi għall-effiċjenza enerġetika fl-Italja, |
|
— |
RA Lumina hija unità tan-negozju attiva fil-provvista bl-imnut tal-elettriku u tal-gass naturali fl-Italja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12211 — AXPO ITALIA / CANARBINO / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6705/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)