02018R0140 — MT — 16.02.2019 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/140 tad-29 ta' Jannar 2018 (ĠU L 025 30.1.2018, p. 6) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/261 tal-14 ta' Frar 2019 |
L 44 |
4 |
15.2.2019 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/140
tad-29 ta' Jannar 2018
li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm l-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fl-Indja
Artikolu 1
1. Dazju antidumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti ta' ħadid fondut bil-grafit lamellari (ħadid griż) jew ħadid fondut bil-grafit sferojdali (magħruf ukoll bħala ħadid fondut duttili), u partijiet minnhom li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7325 10 00 (il-kodiċi TARIC 7325100031 ), u ex 7325 99 90 (il-kodiċi TARIC 7325999080 ) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
Dawn l-oġġetti huma ta' tip użat biex:
— ikopru l-art jew sistemi ta' taħt il-wiċċ, u/jew fetħiet f'sistemi tal-art jew ta' taħt il-wiċċ, u wkoll
— jagħtu aċċess għal sistemi tal-art jew ta' taħt il-wiċċ u/jew jipprovdu ħarsa lejn is-sistemi tal-art jew ta' taħt il-wiċċ.
L-oġġetti jistgħu jkunu maħdumin bil-magni, miksijin, miżbugħin u/jew iffitjati b'materjali oħra bħal iżda mhux limitati għal konkrit, ċangaturi jew madum.
It-tipi ta' prodotti li ġejjin huma esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat:
— spralli tal-kanali u uċuħ fonduti soġġetti għall-istandard EN 1433, biex jiġu ffittjati bħala komponent fuq kanali tal-polimeru, tal-plastik, tal-azzar galvanizzat jew tal-konkrit li jippermettu l-fluss tal-ilma tas-superfiċje għal ġol-kanal,
— toqob tal-iskular tal-art, toqob tal-iskular tal-bjut, cleanouts u għotjien tal-cleanouts, soġġetti għan-norma EN 1253,
— turġien tal-ħadid, vireg tal-irfigħ, u idraturi tan-nirien.
2. Ir-rati ta' dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u mmanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
|
Kumpanija |
Dazju (%) |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Botou City Wangwu Town Tianlong Casting Factory |
15,5 |
C221 |
|
Botou Lisheng Casting Industry Co., Ltd. |
31,5 |
C222 |
|
Fengtai (Handan) Alloy Casting Co., Ltd. |
38,1 |
C223 |
|
Hong Guang Handan Cast Foundry Co., Ltd. |
21,3 |
C224 |
|
Shijiazhuang Transun Metal Products Co., Ltd. |
25,0 |
C225 |
|
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness |
25,4 |
Ara l-Anness |
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
38,1 |
C999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati ta' dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmijin fil-paragrafu 2 għandha tkun bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b'ismu/isimha u l-kariga, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) ta' ċerti oġġetti fonduti mibjugħa sabiex jiġu esportati lejn l-Unjoni Ewropea koperti minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jiena niddikjara li t-tagħrif mogħti f'din il-fattura huwa sħiħ u korrett.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandha tapplika r-rata ta' dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet rilevanti dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ. L-imgħax ta' inadempjenza li għandu jitħallas f'każ ta' rimborż li jwassal għal dritt ta' ħlas ta' imgħax ta' inadempjenza għandu jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali għall-operazzjonijiet ta' rifinazjament prinċipali tagħhom, kif ippubblikat fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih jiskadi, b'żieda ta' punt perċentwali wieħed.
Artikolu 2
L-ammonti ggarantiti bid-dazju antidumping proviżorju skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1480 għandhom jinġabru b'mod definittiv. L-ammonti garantiti ogħla mir-rati definittivi tad-dazju tal-antidumping se jiġu rilaxxati.
Artikolu 3
Meta xi produttur esportatur ġdid fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:
— ma jkunx esporta lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu tal-investigazzjoni (mill-1 ta' Ottubru 2015 sat-30 ta' Settembru 2016),
— ma jkun relatat mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew mill-produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huma soġġetti għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament,
— esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu ta' investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni,
L-Artikolu 1(2) għandu jiġi emendat, wara li l-partijiet kollha interessati jkunu ngħataw il-possibbiltà li jikkummentaw, billi l-produttur esportatur il-ġdid jingħadd mal-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u għaldaqstant soġġetti għar-rata ta' dazju ta' medja ponderata.
Artikolu 4
Il-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw fl-Indja huwa b'dan terminat.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:
|
Isem |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Baoding City Maikesaier Casting Ltd. |
C226 |
|
Baoding GB Metal Products Co., Ltd. |
C232 |
|
Baoding Hualong Casting Co., Ltd. |
C233 |
|
Baoding Shuanghu Casting Co., Ltd. |
C234 |
|
Bo Tou Chenfeng Casting Co., Ltd. |
C235 |
|
Botou City Minghang Casting Co., Ltd. |
C236 |
|
Botou City Qinghong Foundry Co., Ltd. and the related company Cangzhou Qinghong Foundry Co., Ltd. |
C237 |
|
Botou City Simencun Town Bai Fo Tang Casting Factory |
C238 |
|
Botou Dongli Foundry Co., Ltd. |
C239 |
|
Botou GuangTai Precision Casting Factory |
C240 |
|
Botou Mancheng Foundry Co., Ltd. |
C241 |
|
Botou Okai Foundry Co., Ltd. |
C242 |
|
Botou Sanjiang Casting Co., Ltd. |
C243 |
|
Botou TongYang Casting Factory |
C244 |
|
Botou Weili Precision Casting Co., Ltd. |
C245 |
|
Botou Xinrong Foundry Co., Ltd. |
C246 |
|
Botou Zhengxin Foundry Co., Ltd. |
C247 |
|
Cangzhou Hongyuan Machinery & Foundry Co., Ltd. |
C248 |
|
Cangzhou Yadite Casting Machinery Co., Ltd. |
C249 |
|
Changsha Jinlong Foundry Industry Co., Ltd. |
C250 |
|
Changyi City ChangZhan Casting Co., Ltd. |
C251 |
|
China National Minerals Co., Ltd. |
C252 |
|
Dingxiang Sitong Forging and Casting Industrial |
C253 |
|
Dingzhou Dongyu Foundry Co., Ltd. |
C254 |
|
Handan City Jinzhu Foundry Co., Ltd. |
C255 |
|
Handan Haolin Casting Co., Ltd. |
C256 |
|
Handan Qunshan Foundry Co., Ltd. |
C257 |
|
Handan Yanyuan Machinery Foundry Co., Ltd. |
C258 |
|
Handan Yuanyang Foundry Co.,Ltd |
C259 |
|
Handan Zhangshui Pump Manufacturing Co., Ltd. |
C260 |
|
Hebei Cheng'An Babel Casting Co., Ltd. |
C261 |
|
Hebei Feixiang East Foundry Products Co., Ltd. |
C262 |
|
Hebei Jinghua Casting Co., Ltd. |
C263 |
|
Hebei Shunda Foundry Co., Ltd. |
C264 |
|
Hebei Tengfeng Metal Products Co., Ltd. |
C265 |
|
Hebei Zhonghe Foundry Co., Ltd. |
C266 |
|
Hengtong Valve Co.,LTD |
C267 |
|
Heping Cast Co., Ltd. Yi County |
C268 |
|
Jiaocheng County Honglong Machinery Manufacturing Co., Ltd. |
C269 |
|
Jiaocheng County Xinlei Machinery Manufacturing Co., Ltd. |
C270 |
|
Jiaocheng County Xinxing Casting Co., Ltd. |
C271 |
|
Laiwu City Haitian Machinery Plant |
C272 |
|
Laiwu Xinlong Weiye Foundry Co., Ltd. |
C273 |
|
Lianyungang Ganyu Xingda Casting Foundry |
C274 |
|
Lingchuan County Rainbow Casting Co., Ltd. |
C275 |
|
Lingshou County Boyuan Foundry Co., Ltd. |
C276 |
|
Pingyao County Master Casting Co., Ltd. |
C277 |
|
Qingdao Jiatailong Industrial Co.,Ltd |
C278 |
|
Qingdao Jinfengtaike Machinery Co., Ltd. |
C279 |
|
Qingdao Qitao Casting Co., Ltd. |
C280 |
|
Qingdao Shinshu Casting Co., Ltd. |
C281 |
|
Qingyuanxian Yueda Fountry Co., Ltd. |
C282 |
|
Rockhan Technology Co., Ltd. |
C283 |
|
Shahe City Fangyuan Casting Co., Ltd. |
C284 |
|
Shandong Heshengda Machinery Technology Co., Ltd. |
C298 |
|
Shandong Hongma Engineering Machinery Co., Ltd. |
C285 |
|
Shandong Lulong Group Co., Ltd. |
C286 |
|
Shanxi Ascent Industrial Co., Ltd. |
C310 |
|
Shanxi Associated Industrial Co., Ltd. |
C287 |
|
Shanxi Jiaocheng Xinglong Casting Co., Ltd. |
C288 |
|
Shanxi Solid Industrial Co., Ltd. |
C289 |
|
Shanxi Yuansheng Casting and Forging Industrial Co., Ltd. |
C290 |
|
Shaoshan Huanqiu Castings Foundry |
C291 |
|
Tang County Kaihua Metal Products Co., Ltd. |
C292 |
|
Tangxian Hongyue Machinery Accessory Foundry Co., Ltd. |
C293 |
|
Tianjin Jinghai Chaoyue Industrial and Commercial Co., Ltd. |
C294 |
|
Tianjin Yu Xing Da Casting Co., Ltd. |
C295 |
|
Wangdu Junrong Foundry Co., Limited |
C296 |
|
Weifang Nuolong Machinery Co., Ltd. |
C297 |
|
Weifang Weikai Casting Co., Ltd. |
C299 |
|
Wen Shui Hengli Nature of the Company |
C300 |
|
Wuhan RedStar Agro-Livestock Machinery Co. Ltd |
C301 |
|
Zibo Joy's Metal Co., Ltd. |
C302 |