16.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 239/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9398 — Centerbridge Partners/AmTrust Corporate Member)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 239/08)

1.   

Fid-9 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

in in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Centerbridge Partners L.P. (“Centerbridge”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

AmTrust Corporate Member Limited u ċerti assi tan-negozju oħra (“AmTrust”, ir-Renju Unit).

Centerbridge takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ AmTrust kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Centerbridge hija impriża għall-ġestjoni tal-investiment ibbażata fl-Istati Uniti tal-Amerka u ffukata fuq l-ekwità privata u l-opportunitajiet ta’ investiment li jinsabu f’diffikultà. Tipprovdi wkoll servizzi ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni mhux tal-ħajja permezz ta’ Canopius AG (“Canopius”, l-Iżvizzera).

—

AmTrust tipprovdi servizzi ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni mhux tal-ħajja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9398 — Centerbridge Partners/AmTrust Corporate Member

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email, ta’ faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).