<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-191/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CO0191</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:95">EU:C:2022:95</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tal-<DATE ISO="20220210">10.2.2022</DATE> – Kawża C‑191/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Ministre de l’Economie, des Finances et de la Relance</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20220210">10 ta’ Frar 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 392</KEYWORD><KEYWORD>Skema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kunsinni ta’ bini u ta’ artijiet għall-bini mixtrija bil-għan li jinbiegħu mill-ġdid</KEYWORD><KEYWORD>Persuna taxxabbli li ma kellhiex id-dritt għal tnaqqis meta akkwistat il-bini</KEYWORD><KEYWORD>Bejgħ mill-ġdid suġġett għall-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>art għall-bini<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑191/21,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-cour administrative d’appel de Lyon (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Lyon, Franza), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20210318">18 ta’ Marzu 2021</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20210325">25 ta’ Marzu 2021</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ministre de l’Economie, des Finances et de la Relance,</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Les Anges d’Eux SARL,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Echo 5 SARL,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Cletimmo SAS,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn J. Passer, President tal-Awla, F. Biltgen u M. L. Arastey Sahún (Relatriċi), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: A. Rantos,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ permezz ta’ digriet motivat, konformement mal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 392 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn il-ministre de l’Économie, des Finances et de la Relance (il-Ministru għall-Ekonomija, għall-Finanzi u għall-Irkupru, Franza) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>amministrazzjoni fiskali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u l-kumpanniji Les Anges d’Eux SARL, Echo 5 SARL u Cletimmo SAS dwar l-avviżi għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li tikkonċerna l-kunsinna ta’ artijiet għall-bini li inizjalment kienu akkwistati bħala artijiet mibnija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva dwar il-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> għandha tfisser kull persuna li, b’mod indipendenti, twettaq fi kwalunkwe post kwalunkwe attività ekonomika, ikun x’ikun l-iskop jew ir-riżultati ta’ dik l-attività.</ALINEA><ALINEA>Kwalunkwe attività ta’ produtturi, kummerċjanti jew persuni li jagħtu servizzi, inklużi attivitajiet fil-minjieri u fl-agrikoltura u attivitajiet fil-professjonijiet, għandhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>. L-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skopijiet ta’ dħul minnha fuq bażi kontinwa għandha b’mod partikolari titqies bħala attività ekonomika.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw bħala persuna taxxabbli lil kull min iwettaq transazzjoni, fuq bażi okkażjonali, li jkollha x’taqsam ma’ l-attivitajiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1) u partikolarment waħda mit-transazzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-provvista, qabel l-ewwel okkupazzjoni, ta’ bini jew parti minn bini u ta’ l-art li fuqha jinstab il-bini;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ art għall-bini.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a), <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> għandha tfisser kull struttura fissa ma’ jew fl-art.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kriterju msemmi fil-paragrafu 1(a) għal bdil ta’ bini u jistgħu jistabbilixxu t-tifsira ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>l-art li fuqha jinstab il-bini<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu japplikaw kriterji oħra barra dak ta’ l-ewwel okkupazzjoni, bħalma huwa l-perijodu ta’ żmien bejn id-data tat-tlestija tal-bini u d-data ta’ l-ewwel provvista, jew il-perijodu bejn id-data ta’ l-ewwel okkupazzjoni u d-data tal-provvista sussegwenti, sakemm dawk il-perijodi ma jaqbżux il-ħames snin u s-sentejn rispettivament.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="012.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tal-paragrafu 1(b), <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>art għall-bini<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> għandha tfisser kull art mhux żviluppata jew art żviluppata meqjusa bħala tali mill-Istati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 73 tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Fir-rigward tal-provvista ta’ merkanzija jew servizzi, minbarra kif imsemmi fl-Artikoli 74 sa 77, l-ammont taxxabbli għandu jinkludi dak kollu li jikkostitwixxi ħlas miksub jew li għandu jinkiseb mill-fornitur, għall-provvista, mill-konsumatur jew parti terza, inklużi s-sussidji marbuta direttament mal-prezz tal-provvista.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Taħt it-Titolu XIII, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Derogi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, il-Kapitolu 1, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Derogi li japplikaw sa l-adozzjoni ta’ arranġamenti definittivi<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jinkludi l-Artikolu 392 tal-istess direttiva, li jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, fir-rigward tal-provvista ta’ bini u art tal-bini mixtrija għall-iskop ta’ bejgħ mill-ġdid minn persuna taxxabbli li għaliha l-VAT fuq ix-xiri ma setgħetx titnaqqas, l-ammont taxxabbli għandu jkun id-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ u l-prezz tax-xiri.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 260 tal-code général des impôts (il-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxi), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-perijodi ta’ tassazzjoni inkwistjoni, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Fuq talba tagħhom, jistgħu jħallsu [il-VAT]:</P><P>[…]</P><P>5° bis Il-persuni li jwettqu tranżazzjoni msemmija fl-Artikolu 261(5);</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 261 ta’ dan il-kodiċi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Huma eżentati [mill-VAT]:</P><P>[…]</P><P>5. (Tranżazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli):</P><P>[…]</P><P>2° Il-kunsinni ta’ bini li jkun ilu iktar minn ħames snin li tlesta.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 268 tal-imsemmi kodiċi huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Fir-rigward tal-kunsinna ta’ art għall-bini, jew ta’ tranżazzjoni msemmija fil-punt 2° tal-Artikolu 261(5) li fir-rigward tagħha ġiet ifformulata l-għażla prevista fil-punt 5° bis tal-Artikolu 260, jekk l-akkwist miċ-ċedent ma jkunx ta lok għat-tnaqqis [tal-VAT], il-valur taxxabbli għandu jkun id-differenza bejn:</P><P>1° Minn naħa, il-prezz iddikjarat u l-ispejjeż li jiżdiedu miegħu;</P><P>2° Min-naħa l-oħra, skont il-każ:</P><P>(a) jew is-somom li ċ-ċedent ikun ħallas, taħt kwalunkwe titolu, għall-akkwist tal-art jew tal-bini;</P><P>(b) jew il-valur nominali tal-azzjonijiet jew tal-ishma riċevuti bħala korrispettiv għall-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">in natura</HT> li jkun wettaq.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Les Anges d’Eux, Echo 5 u Cletimmo, il-konvenuti fil-kawża prinċipali, jeżerċitaw l-attività ta’ negozjanti ta’ proprjetà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din l-attività, Les Anges d’Eux u Cletimmo akkwistaw, mingħand individwi, artijiet mibnija kkostitwiti minn biċċiet ta’ art li kull waħda minnhom kellha dar residenzjali b’art madwarha u b’bini sekondarju, u dan permezz ta’ tranżazzjonijiet li ma kinux jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-VAT. Echo 5 wettqet tranżazzjoni simili, fejn l-unika differenza kienet li l-proprjetà immobbli akkwistata minnha kienet tinkludi dar residenzjali b’bitħa u ġnien, bini sekondarju, sors tal-ilma u art bis-siġar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-konvenuti fil-kawża prinċipali qasmu jew bidlu l-limiti tal-artijiet mhux mibnija li kienu marbuta mal-bini oriġinali bil-għan li jittrasferixxu dawn il-lottijiet bħala artijiet għall-bini, filwaqt li ssuġġettaw dawn it-tranżazzjonijiet għall-VAT skont l-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni prevista fl-Artikolu 268 tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxi, li jittrasponi l-Artikolu 392 tad-Direttiva dwar il-VAT fid-dritt Franċiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Wara verifiki, l-amministrazzjoni fiskali kkontestat l-applikazzjoni ta’ din l-iskema u ħarġet avviżi għall-ħlas tal-VAT ibbażati fuq il-prezz kollu tal-bejgħ tal-artijiet ittrasferiti għall-perijodu mill‑<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE> sal‑<DATE ISO="20141231">31 ta’ Diċembru 2014</DATE> fir-rigward ta’ Les Anges d’Eux, għall-perijodi mill‑1 ta’ Jannar sal‑<DATE ISO="20141231">31 ta’ Diċembru 2014</DATE> u għax-xahar ta’ Novembru 2015 fir-rigward ta’ Echo 5, kif ukoll mill‑1 ta’ Jannar sal‑<DATE ISO="20141231">31 ta’ Diċembru 2014</DATE> fir-rigward ta’ Cletimmo.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenzi tas‑6 ta’ Novembru, tal‑20 ta’ Novembru u tal‑<DATE ISO="20181211">11 ta’ Diċembru 2018</DATE>, it-tribunal administratif de Lyon (il-Qorti Amministrattiva ta’ Lyon, Franza) laqgħet, kważi kollha kemm huma, it-talbiet tal-konvenuti fil-kawża prinċipali intiżi sabiex tinkiseb il-kanċellazzjoni totali ta’ dawn l-avviżi għall-ħlas tal-VAT kif ukoll tal-interessi moratorji korrispondenti, għad-detriment tal-amministrazzjoni fiskali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-amministrazzjoni fiskali appellat minn dawn is-sentenzi quddiem il-qorti tar-rinviju, filwaqt li sostniet, minn naħa, li l-implimentazzjoni tas-sistema tal-VAT fuq il-marġni teħtieġ neċessarjament li l-beni mibjugħ mill-ġdid ikollu klassifikazzjoni legali identika għal dik tal-beni akkwistat, b’tali mod li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>xiri u bejgħ mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> ta’ artijiet għall-bini għandu jinftiehem fis-sens li jeskludi l-operazzjonijiet kollha ta’ trasformazzjoni. Min-naħa l-oħra, l-amministrazzjoni fiskali tqis li t-tranżazzjoni li tikkonsisti fil-bejgħ bħala art għall-bini, wara diviżjoni f’lottijiet ta’ art inizjalment akkwistata bħala bini marbuta ma’ bini, ma tistax tibbenefika minn din l-iskema derogatorja iżda għandha tkun suġġetta għall-VAT fuq il-prezz totali tat-trasferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-konvenuti fil-kawża prinċipali jsostnu li huma eliġibbli għall-għażla tal-VAT fuq il-marġni tal-kunsinna ta’ artijiet għall-bini li ma kinux intitolati għat-tnaqqis fil-mument tal-akkwist tagħhom peress li l-fatt li l-karatteristiċi fiżiċi u l-klassifikazzjoni legali tal-beni mixtri kienu nbidlu qabel it-trasferiment huwa irrilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li s-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali tiddependi mill-preċiżazzjonijiet li l-Qorti tal-Ġustizzja ser tagħti fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 392 tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-cour administrative d’appel de Lyon (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Lyon, Franza) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>L-Artikolu 392 tad-[Direttiva dwar il-VAT] għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi l-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni għal tranżazzjonijiet ta’ kunsinni ta’ artijiet għall-bini fiż-żewġ każijiet segwenti:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>meta dawn l-artijiet, akkwistati b’bini fuqhom, isiru, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, artijiet għall-bini;</P></ITEM><ITEM><P>meta dawn l-artijiet ikunu is-suġġett, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, ta’ bidliet fil-karatteristiċi tagħhom, bħalma hija d-diviżjoni tagħhom f’lottijiet?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta r-risposta għal domanda preliminari tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew meta r-risposta għal tali domanda ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata fil-kuntest ta’ dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari peress li r-risposta għad-domanda magħmula tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari mis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210930">30 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Icade Promotion</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑299/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:783">EU:C:2021:783</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 392 tad-Direttiva dwar il-VAT għandux jiġi interpretat fis-sens li jeskludi l-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni għal tranżazzjonijiet ta’ kunsinna ta’ artijiet għall-bini, minn naħa, meta dawn l-artijiet, akkwistati b’bini fuqhom, ikunu saru, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, artijiet għall-bini u, min-naħa l-oħra, meta l-imsemmija artijiet kienu s-suġġett, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, ta’ bidliet fil-karatteristiċi tagħhom, bħalma hija d-diviżjoni tagħhom f’lottijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-artijiet akkwistati b’bini fuqhom li jkunu saru artijiet għall-bini, għandu jitfakkar, qabel kollox, li, kif jirriżulta mill-Artikolu 392 tad-Direttiva dwar il-VAT, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, għall-kunsinni ta’ bini u ta’ artijiet għall-bini mixtrija bil-għan li jinbiegħu mill-ġdid minn persuna taxxabbli li ma kinitx intitolata għal tnaqqis meta akkwistathom, il-valur taxxabbli għandu jkun id-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ u l-prezz tax-xiri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>L-Artikolu 392 tad-Direttiva dwar il-VAT jikkostitwixxi għalhekk deroga mill-prinċipju ġenerali ta’ din id-direttiva, stabbilit fl-Artikolu 73 tagħha, li jipprovdi li l-VAT għandha tiġi kkalkolata abbażi tal-korrispettiv tal-kunsinna ta’ beni jew tal-provvista ta’ servizzi, jiġifieri l-prezz tal-bejgħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Din id-deroga għandha tiġi interpretata b’mod strett mingħajr, madankollu, ma jinġieb fix-xejn is-sens tal-Artikolu 392 tad-Direttiva dwar il-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210930">30 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Icade Promotion</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑299/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:783">EU:C:2021:783</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li, skont l-Artikolu 12(3) tad-Direttiva dwar il-VAT, huma kkunsidrati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>artijiet għall-bini<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> l-artijiet, mhux żviluppati jew żviluppati, iddefiniti bħala tali mill-Istati Membri (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210930">30 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Icade Promotion</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑299/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:783">EU:C:2021:783</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Minn dawn id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien jirriżulta li l-iskema derogatorja prevista fl-Artikolu 392 tad-Direttiva dwar il-VAT tapplika biss għall-artijiet għall-bini li, iddefiniti bħala tali mill-Istati Membri, jinxtraw bil-għan li jinbiegħu mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għalhekk, l-applikazzjoni tal-iskema tat-taxxa fuq il-marġni teħtieġ, skont l-Artikolu 392 tad-Direttiva dwar il-VAT, identiċità legali bejn il-bini akkwistat u l-beni mibjugħ mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-każ, Les Anges d’Eux u Cletimmo akkwistaw artijiet mibnija kkostitwiti minn biċċiet ta’ art li kull waħda minnhom kellha dar residenzjali b’art madwarha u b’bini sekondarju. Il-proprjetà immobbli akkwistata minn Echo 5 kienet tinkludi dar residenzjali b’bitħa u ġnien, bini sekondarju, sors tal-ilma u art bis-siġar. Sussegwentement, il-konvenuti fil-kawża prinċipali qasmu jew isseparaw f’lottijiet l-imsemmija artijiet sabiex ibigħuhom mill-ġdid bħala artijiet għall-bini.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, billi tieħu inkunsiderazzjoni d-definizzjonijiet previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u ċ-ċirkustanzi kollha li fihom twettqu t-tranżazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jekk il-beni akkwistati mill-konvenuti fil-kawża prinċipali jaqgħux taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>art għall-bini<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fis-sens tal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva dwar il-VAT, u, għalhekk, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 392 tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk l-Artikolu 392 tad-Direttiva dwar il-VAT jeskludix l-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni għal kunsinni ta’ artijiet għall-bini meta dawn l-artijiet kienu s-suġġett, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, ta’ bidliet fil-karatteristiċi tagħhom, bħalma hija d-diviżjoni tagħhom f’lottijiet, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan l-artikolu għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jeskludix l-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni għal tranżazzjonijiet ta’ kunsinna ta’ tali artijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210930">30 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Icade Promotion</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑299/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:783">EU:C:2021:783</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li, għalkemm l-Artikolu 392 tad-Direttiva dwar il-VAT jirreferi għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>provvista ta’ […] art tal-bini mixtrija għall-iskop ta’ bejgħ mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, ma jistax jiġi konkluż li dawn it-termini jipprojbixxu li l-artijiet ikunu ġew ittrasformati mill-persuna taxxabbli li tbiegħhom mill-ġdid, sakemm ikunu jistgħu jiġu kklassifikati bħala artijiet għall-bini fil-mument tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom. Fil-fatt, tali konklużjoni la tirriżulta mill-intenzjonijiet tal-leġiżlatur tal-Unjoni fir-rigward ta’ din id-dispożizzjoni, u lanqas mill-interpretazzjoni kuntestwali tagħha (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210930">30 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Icade Promotion</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑299/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:783">EU:C:2021:783</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kemm-il darba art mhux żviluppata titqies li hija art għall-bini skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, il-bidliet magħmula fuq din l-art għall-finijiet tal-iżvilupp tagħha, li tibqa’ art intiża għall-bini, ma għandhomx impatt fuq il-klassifikazzjoni tagħha bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>art għall-bini<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> sakemm dawn l-iżviluppi ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210930">30 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Icade Promotion</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑299/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:783">EU:C:2021:783</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>B’hekk, l-Artikolu 392 tad-Direttiva dwar il-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni għal tranżazzjonijiet ta’ kunsinna ta’ artijiet għall-bini, meqjusa bħala tali mid-dritt nazzjonali, f’sitwazzjoni fejn l-imsemmija artijiet kienu s-suġġett ta’ bidliet tal-karatteristiċi tagħhom, bħalma hija d-diviżjoni f’lottijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li l-Artikolu 392 tad-Direttiva dwar il-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi l-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni għal tranżazzjonijiet ta’ kunsinna ta’ artijiet għall-bini meta dawn l-artijiet, akkwistati b’bini fuqhom, ikunu saru, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, artijiet għall-bini, iżda ma jeskludix l-applikazzjoni ta’ din l-iskema għal tranżazzjonijiet ta’ kunsinna ta’ artijiet għall-bini meta dawn l-artijiet kienu s-suġġett, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, ta’ bidliet fil-karatteristiċi tagħhom, bħalma hija d-diviżjoni f’lottijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 392 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi l-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni għal tranżazzjonijiet ta’ kunsinna ta’<?PAGE NO="8"?> artijiet għall-bini meta dawn l-artijiet, akkwistati b’bini fuqhom, ikunu saru, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, artijiet għall-bini, iżda ma jeskludix l-applikazzjoni ta’ din l-iskema għal tranżazzjonijiet ta’ kunsinna ta’ artijiet għall-bini meta dawn l-artijiet kienu s-suġġett, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, ta’ bidliet fil-karatteristiċi tagħhom, bħalma hija d-diviżjoni f’lottijiet.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>