European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6836

11.11.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11736 – CARLYLE / SEIDOR SOLUTIONS AND LOGISTICS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/6836)

1.   

Fit-30 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

The Carlyle Group, Inc. (“Carlyle”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Seidor Solutions S.L. and Seidor Logistics S.L. (“Seidor Solutions and Logistics”, Spanja), ikkontrollata minn Seidor S.A. (Spanja).

Carlyle se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Seidor Solutions and Logistics.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Carlyle hija maniġer tal-assi alternattivi globali, li timmaniġġja fondi li jinvestu globalment fi tliet dixxiplini ta’ investiment: (i) Ekwità Privata Globali (inklużi fondi ta’ ekwità privata korporattiva, proprjetà immobbli u riżorsi naturali); (ii) Kreditu Globali (inkluż kreditu likwidu, kreditu illikwidu u kreditu tal-assi reali); u (iii) Soluzzjonijiet ta’ Investiment (programm ta’ fond ta’ fondi ta’ ekwità privata, li jinkludi fond primarju, attivitajiet sekondarji u attivitajiet ta’ koinvestiment relatati),

—

Seidor Solutions and Logistics hija primarjament attiva (i) fil-ħolqien, l-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, it-tnedija u l-manutenzjoni ta’ software tal-kompjuter, l-ipprogrammar u l-assistenza teknika, (ii) il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, it-tiswija u l-manutenzjoni ta’ hardware tal-kompjuter u materjali awżiljarji u (iii) il-forniment ta’ servizzi tal-IT, inklużi servizzi ta’ konsulenza.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11736 – CARLYLE / SEIDOR SOLUTIONS AND LOGISTICS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6836/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)