14.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8983 — Spigas/Canarbino/Miogas)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 286/04)

1.   

Fis-7 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Spigas S.r.l. (“Spigas”) (l-Italja), ikkontrollata minn EnBW Energie Baden-Württemberg AG (“EnBW”) (il-Ġermanja);

—

Canarbino S.p.A. (“Canarbino”) (l-Italja);

—

Miogas & Luce S.r.l. (“Miogas”) (l-Italja).

Spigas u Canarbino jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Miogas. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Spigas hija attiva fis-swieq tal-provvista bl-ingrossa ta’ gass, primarjament fl-Italja, iżda wkoll fi swieq oħra fl-UE. Barra minn hekk, Spigas tiffoka fuq il-klijenti tal-gass industrijali b’konsum annwali ta’ aktar minn 1 000 000 m3 kif ukoll fuq il-klijenti finali tal-gass żgħar f’ċerti reġjuni Taljani,

—

Canarbino taħdem bħala kumpanija integrata vertikalment fil-katina ta’ provvista tal-enerġija, kemm għall-gass kif ukoll għall-elettriċità. F’dawn l-aħħar snin, il-Grupp Canarbino saħħaħ il-pożizzjoni tiegħu tul il-katina tal-provvista tal-enerġija kollha permezz tal-espansjoni fis-segment downstream fl-Italja. Canarbino twettaq attivitajiet ta’ kummerċ tal-elettriċità u tal-gass naturali fuq l-iskambji tal-enerġija ewlenin kollha u fiċ-ċentri tal-gass ewlenin Ewropej. L-enerġija mixtrija hija mibjugħa mill-ġdid lil klijenti bl-ingrossa. Fis-segment downstream (il-provvista bl-imnut għal klijenti finali), il-Grupp Canarbino jilħaq 165 000 klijent ikkonċentrati prinċipalment fl-Italja Ċentrali u tat-Tramuntana (b’enfasi fuq Milan),

—

Miogas hija fornitur reġjonali tal-gass naturali u l-elettriċità għal madwar 35 000 klijent fil-lbiċ tad-dawra ta’ Milan, prinċipalment fil-muniċipalitajiet ta’ Gaggiano, Binasco, Rozzano u Melegnano.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8983 — Spigas/Canarbino/Miogas

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.