|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2521 |
16.12.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2521
tal-15 ta’ Diċembru 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-prevenzjoni tad-dħul u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni tal-Aromia bungii (Faldermann)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 72(1) u l-Artikolu 79(2),
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1503 (2) stabbiliet miżuri biex l-Aromia bungii (Faldermann) (“il-pest speċifikat”) ma jiddaħħalx fl-Unjoni u ma jinxteridx fiha u ġiet sostitwita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2520 (3) . Kienet tinkludi wkoll rekwiżiti li jikkonċernaw l-introduzzjoni u l-moviment fl-Unjoni ta’ ċerti pjanti u prodotti mill-pjanti. |
|
(2) |
Wara t-tħassir tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (4), permezz tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (5) stabbilixxa, inter alia, rekwiżiti għall-introduzzjoni u l-moviment fl-Unjoni ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra. |
|
(3) |
B’mod aktar speċifiku, l-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jistabbilixxi lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li joriġinaw minn pajjiżi terzi, u r-rekwiżiti speċjali korrispondenti biex dawn jiddaħħlu fit-territorju tal-Unjoni. L-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li joriġinaw mit-territorju tal-Unjoni u r-rekwiżiti speċjali korrispondenti tagħhom għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni. L-Anness XI ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra soġġetti għal ċertifikati fitosanitarji u dawk li ma għandhomx bżonn dawn iċ-ċertifikati biex jiddaħħlu fit-territorju tal-Unjoni. L-Anness XIII ta’ dak ir-Regolament jelenka l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jeħtieġu passaport tal-pjanti għall-moviment tagħhom fit-territorju tal-Unjoni. |
|
(4) |
L-applikazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-miżuri tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1503 dwar l-introduzzjoni u l-moviment fit-territorju tal-Unjoni tal-pjanti speċifikati wriet li hija effettiva fit-tnaqqis tar-riskju ta’ dawk il-pesti għal livell aċċettabbli. |
|
(5) |
Jixraq, għal raġunijiet ta’ konsistenza u ċertezza legali, li l-pjanti speċifikati jiġu elenkati fl-Annessi VII, VIII, XI u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 u li dawk il-miżuri jiġu inklużi, fejn meħtieġ u f’forma aġġornata, bħala rekwiżiti dwar l-introduzzjoni u l-moviment fl-Unjoni ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jistgħu jospitaw il-pest speċifikat. |
|
(6) |
Abbażi tas-sejbiet tal-pest speċifikat fl-Unjoni matul l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1503, il-lista tal-pjanti ospitanti ta’ dak il-pest jenħtieġ li tiġi estiża biex tkopri l-ispeċijiet kollha tal-Prunus u tinkludi l-Prunus laurocerasus. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1503 tirrikjedi li qabel il-moviment tal-pjanti speċifikati fl-Unjoni, il-pjanti jkunu tkabbru f’sit fejn, inter alia, isir kampjunar distruttiv immirat fuq kull lott ta’ pjanti speċifikati. Dak il-kampjunar distruttiv immirat irid jitwettaq f’livelli speċifiċi stabbiliti f’dak l-att legali. |
|
(8) |
L-esperjenza matul l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1503 wriet li l-livelli stabbiliti ta’ kampjunar distruttiv ta’ pjanti speċifikati huma għoljin b’mod sproporzjonat, minħabba li jwasslu għall-qerda ta’ għadd kbir bla bżonn ta’ pjanti, mingħajr ma jżidu b’mod korrispondenti l-livell ta’ fiduċja tal-kampjunar. |
|
(9) |
Għal dik ir-raġuni, minflok ma jiġi ddefinit il-livell ta’ dan il-kampjunar, huwa biżżejjed li jkun meħtieġ li l-iskema ta’ kampjunar rispettiva użata tkun tista’ tidentifika b’livell ta’ fiduċja ta’ mill-inqas 99 %, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infestati ta’ 1 %. |
|
(10) |
Il-kodiċijiet NM elenkati fl-Anness VII u fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jenħtieġ li jiġu emendati biex jirriflettu l-aktar emenda reċenti tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (6). |
|
(11) |
Ċerti tipi ta’ injam jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, minħabba li huwa meħtieġ passaport tal-pjanti għall-moviment tagħhom fl-Unjoni, biex tiġi attestata l-konformità mar-rekwiżiti speċjali rispettivi b’rabta mal-Aromia bungii (Faldermann) stabbiliti fl-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament. |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072
L-Annessi VII, VIII, XI u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1503 tat-8 ta’ Ottubru 2018 li tistabbilixxi miżuri biex l-Aromia bungii (Faldermann) ma jiddaħħalx fl-Unjoni u ma jinxteridx fiha (ĠU L 254, 10.10.2018, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/1503/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2520 tal-15 ta’ Diċembru 2025 li jistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni tal-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni tal-Aromia bungii (Faldermann) u dwar miżuri għall-qerda u t-trażżin ta’ dak il-pest f’ċerti żoni demarkati u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1503 (ĠU L, 2025/2520, 16.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2520/oj).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/29/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2072/oj).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj ).
ANNESS
L-Annessi VII, VIII, XI u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness VII, il-punt 101 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Fl-Anness XI, il-parti A, fil-punt 12, ir-ringiela “Prunus L. inkluż l-injam li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(4) |
fl-Anness XIII, il-punti li ġejjin jiddaħħlu bejn il-punti 4.3. u 5:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2521/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)