Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - Protokolli u annessi - 14.Protokoll dwar ċerti disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-Danimarka fir-rigwardta' l-unjoni ekonomika u monetarja
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0345 - 0345
14. PROTOKOLL DWAR ĊERTI DISPOSIZZJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAD-DANIMARKA FIR-RIGWARD TA' L-UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA, BILLI fil-Kostituzzjoni tad-Danimarka hemm disposizzjonijiet li jistgħu jimplikaw li jsir referendum fid-Danimarka qabel ma dan l-Istat jirrinunzja għad-deroga tiegħu; BILLI fit- 3 ta' Novembru 1993 il-Gvern tad-Danimarka innotifika lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li ma kienx ser jipparteċipa fit-tielet stadju ta' l-unjoni ekonomika u monetarja, taħt il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 1 tal-Protokoll dwar ċerti disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-Danimarka anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea; FTEHMUdwar id-disposizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa: Artikolu 1 Minħabba n-notifika mogħtija lill-Kunsill mill-Gvern Daniż fit- 3 ta' Novembru 1993, id-Danimarka għandu jkollha deroga. L-effett ta' l-eżenzjoni għandu jkun li d-disposizzjonijiet kollha tal-Kostituzzjoni u ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew li jirreferu għal deroga għandhom ikunu applikabbli għad-Danimarka. Artikolu 2 F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-abrogazzjoni tad-deroga, l-proċedura prevista fl-Artikolu III-198 tal-Kostituzzjoni għandha tinbeda biss fuq it-talba tad-Danimarka. Artikolu 3 Fil-każ li din id-deroga tintemm, dan il-Protokoll m'għandux ikompi japplika. --------------------------------------------------