European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2949

2.12.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2949

tad-29 ta’ Novembru 2024

li ġġedded il-mandati ta’ tliet membri eżistenti u taħtar ħames membri ġodda tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew ta’ Konsultazzjoni dwar il-Politika Komunitarja ta’ Tagħrif Statistiku u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/116/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(a) u l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika (“il-Kumitat”) għandu jkun magħmul minn 24 membru.

(2)

Skont l-Artikolu 4(1)(a) tad-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE, 12-il membru tal-Kumitat għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni 2019/C 63/05 (2) tal-14 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni ħatret tmien membri tal-Kumitat għal terminu ta’ ħames snin.

(4)

Wieħed minn dawn it-tmien membri rriżenja u ġie ssostitwit għall-bqija tat-terminu tal-kariga tiegħu skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/722 (3).

(5)

Il-mandati tat-tmien membri spiċċaw fit-8 ta’ Mejju 2024. Tlieta mill-membri qablu mat-tiġdid tal-mandati tagħhom.

(6)

L-Istati Membri ntalbu u taw lista ta’ kandidati lill-Kummissjoni, bi kwalifiki stabbiliti sew fil-qasam tal-istatistika, għall-fini tal-ħatra tal-membri l-ġodda tal-Kumitat.

(7)

Għall-ħatra ta’ dawn il-ħames membri ġodda, il-Kummissjoni ħadmet biex tiżgura li jkunu jirrappreżentaw, b’mod ugwali, lill-utenti, lir-rispondenti u lill-partijiet ikkonċernati l-oħra fl-istatistika tal-Unjoni (fosthom il-komunità xjentifika, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili).

(8)

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tiġdid tal-mandat u l-ħatriet il-ġodda, u dawk l-istituzzjonijiet taw opinjoni pożittiva,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandati tas-Sa Marie Bohata, tas-Sa Audronė Jakaitiene u tas-Sur Peter van der Heijden bħala membri tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika huma mġedda għal terminu ta’ ħames snin, li jibda fl-1 ta’ Diċembru 2024 u jintemm fit-30 ta’ Novembru 2029.

Artikolu 2

Is-Sur Arne C. Bathke, is-Sur Kai Carstensen, is-Sur Jani Erola, is-Sur Jānis Hermanis, u s-Sur Pedro Magalhães huma b’dan maħtura membri tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika, li jibda fl-1 ta’ Diċembru 2024 u jintemm fit-30 ta’ Novembru 2029.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 73, 15.3.2008, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/234(1)/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2019/C 63/05 tal-14 ta’ Frar 2019 li taħtar tmien membri tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika (ĠU C 63, 18.2.2019, p. 4).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/722 tat-3 ta’ Mejju 2021 li ġġedded il-mandati ta’ tliet membri eżistenti tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika u taħtar żewġ membri ġodda (ĠU L 154, 4.5.2021 p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/722/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2949/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)