|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2415 |
28.11.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2415
tal-25 ta’ Novembru 2025
dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fir-Rumanija u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1767
(notifikata bid-dokument C(2025) 8176)
(It-test Rumen biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż huwa marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, billi tikkawża tfixkil fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. F’każ ta’ tifqigħa tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż f’annimali kaprini u ovini, hemm riskju serju li dak il-mard jinxtered fi stabbilimenti oħra ta’ annimali kaprini jew ovini. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, kif ukoll ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żona ristretta ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1767 (4) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fir-Rumanija. B’mod aktar partikolari, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1767 tipprevedi li ż-żona ristretta, li tinkludi żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, li trid tiġi stabbilita mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, trid tinkludi mqar iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, u l-miżuri li jeħtieġ li jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, iridu jiġu applikati mqar sad-dati elenkati f’dak l-Anness. |
|
(4) |
Wara tifqigħat ulterjuri tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fil-kontej ta’ Teleorman u Olt fir-Rumanija, l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1767 ġie emendat bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1954 (5). |
|
(5) |
Mill-24 ta’ Ottubru 2025, il-miżuri kollha stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1767 tneħħew mill-awtorità kompetenti tar-Rumanija, peress li l-aħħar tifqigħa tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż f’dak l-Istat Membru qabel dik id-data ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Settembru 2025. L-aħħar waħda mill-miżuri stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1767 ma baqgħetx tapplika mill-24 ta’ Ottubru 2025, u ma kien hemm l-ebda tifqigħa ġdida sa dik id-data. |
|
(6) |
Fis-17 ta’ Novembru 2025, ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat ġodda tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbilimenti li fihom kienu jinżammu l-annimali ovini u kaprini, li jinsabu fil-kontej ta’ Dolj u Teleorman. B’rispons għal dawn it-tifqigħat ġodda, ir-Rumanija stabbiliet żona ristretta, li tinkludi żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, li fihom jiġu applikati l-miżuri ġenerali għall-kontroll tal-mard stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 sabiex jiġi evitat tixrid ulterjuri ta’ dik il-marda. |
|
(7) |
Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u sabiex jiġi evitat li pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li jiġu identifikati malajr, fil-livell tal-Unjoni, il-post u d-durata ta’ din iż-żona ristretta għall-ġidri tan-nagħaġ u għall-ġidri tal-mogħoż. Għalhekk, jenħtieġ li l-lista taż-żoni li fihom trid tiġi stabbilita żona ristretta fir-Rumanija fir-rigward tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, kif ukoll id-durata prevista ta’ dawn iż-żoni, tiġi stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(8) |
Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u d-durata tal-miżuri li se jiġu applikati fihom huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, inkluż is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u s-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fl-Istat Membru kkonċernat minn dik il-marda kif ukoll il-livell ta’ riskju għat-tixrid ulterjuri ta’ dik il-marda, u huma konformi mar-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Id-durata tal-miżuri tqis ukoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH, World Organisation for Animal Health) (6). |
|
(9) |
Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jixraq li titħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1767, peress li l-miżuri ta’ emerġenza stabbiliti f’dik id-Deċiżjoni se jiġu sostitwiti b’dawk stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-Rumanija għandha tiżgura li:
|
(a) |
tiġi stabbilita minnufih żona ristretta, li tinkludi żoni ta’ protezzjoni ta’ sorveljanza, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu; |
|
(b) |
iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza msemmija fil-punt (a) ikunu jinkludu mqar iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(c) |
il-miżuri li jeħtieġ li jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jiġu applikati mqar sad-dati elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1767 titħassar.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1767 tas-27 ta’ Awwissu 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fir-Rumanija u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1406 (ĠU L, 2025/1767, 29.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1767/oj).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1954 tad-22 ta’ Settembru 2025 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1767 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fir-Rumanija (ĠU L, 2025/1954, 26.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1954/oj).
(6) https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/.
ANNESS
Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati
|
Reġjun u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza li jiffurmaw parti miż-żona ristretta fir-Rumanija kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|
Il-kontea ta’ Dolj RO-CAPRIPOX-2025-00024 |
Żona ta’ protezzjoni: Those parts of Dolj county, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 43.880631, Long. 23.706794 (2025/24). |
9.12.2025 |
|
Surveillance zone: Those parts of Dolj county, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 43.880631, Long. 23.706794 (2025/24), excluding the areas contained in the protection zone. |
18.12.2025 |
|
|
Surveillance zone: Those parts of Dolj county, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 43.880631, Long. 23.706794 (2025/24). |
10.12.2025-18.12.2025 |
|
|
Il-kontea ta’ Teleorman RO-CAPRIPOX-2025-00025 |
Protection zone: Those parts of Teleorman county, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 43.810743, Long. 25.373924 (2025/25). |
13.12.2025 |
|
Surveillance zone: Those parts of Teleorman county, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 43.810743, Long. 25.373924 (2025/25), excluding the areas contained in the protection zone. |
22.12.2025 |
|
|
Surveillance zone: Those parts of Teleorman county, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 43.810743, Long. 25.373924 (2025/25). |
14.12.2025-22.12.2025 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2415/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)