10.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 5/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/16

tat-22 ta’ Ottubru 2021

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet tal-lingwa tar-Regolament Delegat (UE) 2019/934 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda ż-żoni ta’ vitikultura li fihom tista’ tiżdied il-qawwa alkoħolika, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja, il-persentaġġ minimu tal-alkoħol għall-prodotti sekondarji u r-rimi tagħhom, u l-pubblikazzjoni tal-fajls tal-OIV

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 75(2) u l-Artikolu 80(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet bil-lingwa Franċiża, bil-lingwa Latvjana, bil-lingwa Pollakka, bil-lingwa Rumena u bil-lingwa Spanjola tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 (2) fihom żball fil-11-il inċiż tal-punt A.2(e) tal-Parti B tal-Anness I fir-rigward tal-inbejjed li joriġinaw mill-Kanada soġġetti għal kontenut massimu ta’ diossidu tal-kubrit ta’ 400 milligramma kull litru.

(2)

Għalhekk, il-verżjonijiet bil-lingwa Franċiża, bil-lingwa Latvjana, bil-lingwa Pollakka, bil-lingwa Rumena u bil-lingwa Spanjola tar-Regolament Delegat (UE) 2019/934 jenħtieġ li jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda ż-żoni ta’ vitikultura li fihom tista’ tiżdied il-qawwa alkoħolika, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja, il-persentaġġ minimu tal-alkoħol għall-prodotti sekondarji u r-rimi tagħhom, u l-pubblikazzjoni tal-fajls tal-OIV (ĠU L 149, 7.6.2019, p. 1).