12004V060

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI I - TITOLU IX - SĦUBIJA FL-UNJONI - Artikolu I-60

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0040 - 0040


Artikolu I-60

Ħruġ volontarju mill-Unjoni

1. Kull Stat Membru jista' jiddeċiedi, skond ir-regoli kostituzzjonali proprji, li jirtira mill-Unjoni Ewropea.

2. Stat Membru li jiddeċiedi li jirtira għandu jinnotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu. Fid-dawl tal-linji gwida provduti mill-Kunsill Ewropew, l-Unjoni għandha tinnegozja u tikkonkludi ma' dak l-Istat ftehim li jirregola l-kondizzjonijiet ta' l-irtirar tiegħu, filwaqt li jittieħed in kunsiderazzjoni l-qafas tar-relazzjonijiet futuri tiegħu ma' l-Unjoni. Dak il-ftehim għandu jiġi nnegozjat skond l-Artikolu III-325(3); għandu jiġi konkluż mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, wara li jikseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew.

3. Il-Kostituzzjoni għandha tieqaf tapplika għal dak l-Istat in kwistjoni mid-data tal-bidu fis-seħħ tal-ftehim dwar l-irtirar jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara n-notifika prevista fil-paragrafu 2, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil ma' l-Istat Membru in kwistjoni, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dan il-perijodu.

4. Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, il-membru tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru li jkun qiegħed jirtira m'għandux jipparteċipa fid-diskussjonijiet tal-Kunsill jew tal-Kunsill Ewropew jew f'deċiżjonijiet Ewropej li jkunu jikkonċernaw lilu.

Maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita bħala li hija ugwali għal mill-inqas 72 % tal-Membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw lill-Istati Membri parteċipanti li flimkien jinkludu mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni ta' dawn l-Istati.

5. Jekk Stat li jkun irtira mill-Unjoni jitlob li jerġa' jaderixxi mill-ġdid, it-talba tiegħu għandha tkun soġġetta għall-proċedura prevista fl-Artikolu I-58.

--------------------------------------------------