11.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 283/129


P9_TA(2023)0041

Ftehim UE-Maċedonja ta' Fuq: attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2023 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq (12895/2022 – C9-0369/2022 – 2022/0301(NLE))

(Approvazzjoni)

(2023/C 283/24)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12895/2022),

—

wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq (12896/2022),

—

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(b) u (d), l-Artikolu 72(2)(c) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0369/2022),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0027/2023),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq.