31991R2033



Official Journal L 186 , 12/07/1991 P. 0032 - 0032
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 38 P. 0053
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 38 P. 0053


Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2033/91

tal-11 ta’ Lulju 1991

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2077/85 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni ta’ ananas fil-laned

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 525/77 ta’ l-14 ta’ Marzu 1977 li jistabbilixxi sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni ta’ ananas fil-laned [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1699/85 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2077/85 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1559/91 [4] fih, fit-tifsira ta’ "ananas fil-laned" li jikkwalifikaw għal skemi ta’ għajnuna, prodotti li jkun fihom likwidu ta’ ġulepp taz-zokkor li jgħattihom; billi, in vista tal-produzjoni reċenti ta’ ananas ippriservati fil-ġulepp tal-frott, dawn il-prodotti wkoll għandhom ikunu inklużi fit-tifsira ta’ "ananas fil-laned";

Billi l-miżuri preskritti f’dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Prodotti Proċessati minn Frott u Ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Din is-sentenza li ġejja hija miżjuda ma’ l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2077/85:"Il-likwidu li jgħatti jista’ wkoll ikun magħmul mill-ġulepp taz-zokkor kif imsemmi qabel ui/jew ġulepp naturali tal-frott għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex20082091 u ex20082099."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jibda jseħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ Lulju 1991.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 73, tal-21.3.1977, p. 46.

[2] ĠU L 163, tat-22.6.1985, p. 12.

[3] ĠU L 196, tas-26.7.1985, p. 28.

[4] ĠU L 144, tat-8.6.19 91, p. 40.

--------------------------------------------------