|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2135 |
13.4.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12280 – PENINSULA / ITOCHU / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/2135)
1.
Fl-01 ta’ April 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
ITOCHU Corporation (“ITOCHU”, il-Ġappun), |
|
— |
Peninsula Petroleum Limited (“Peninsula”, l-Irlanda). |
ITOCHU u Peninsula se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (“JV”, l-Irlanda).
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
ITOCHU hija kumpanija kummerċjali attiva fil-kummerċ domestiku u internazzjonali, f’firxa wiesgħa ta’ industriji, inklużi t-tessuti, il-makkinarju, il-metalli, il-minerali, l-enerġija, is-sustanzi kimiċi, l-ikel, il-prodotti ġenerali, il-proprjetà immobbli, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u l-finanzi, kif ukoll l-investiment kummerċjali fil-Ġappun u barra mill-pajjiż, |
|
— |
Peninsula hija fornitur globali ta’ servizzi u soluzzjonijiet tal-enerġija tal-baħar. L-attivitajiet ta’ Peninsula jinkludu l-forniment fiżiku ta’ fjuwil tal-bastimenti kif ukoll il-kummerċ. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża konġunta huma li ġejjin: il-prestazzjoni ta’ servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni Ewropea, f’Ġibiltà u fil-Marokk marbuta mal-operazzjonijiet ta’ bunkering tal-ammonijaka. Barra minn hekk, se tinnegozja, tforni, takkwista, timmaniġġja l-loġistika, u tbigħ u tixtri l-ammonijaka bħala fjuwil tal-baħar.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12280 — PENINSULA / ITOCHU / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2135/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)