7.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/72


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10214 — Clearlake/TA Associates/Precisely)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 118/07)

1.   

Fis-26 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Clearlake Capital Group, L.P. (“Clearlake”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

TA Associates Management, L.P. (“TA Associates”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Starfish Parent, L.P. attiva bl-isem tad-ditta Precisely (“Precisely”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Centerbridge Partners, L.P. (“Centerbridge”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Clearlake u TA Associates jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Precisely kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Clearlake: ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata, b’kumpaniji tal-portafoll attivi fis-servizzi tas-software u servizzi li jaħdmu bit-teknoloġija, enerġija u industrijali, u prodotti / servizzi tal-konusmatur,

—

TA Associates: ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata, b’kumpaniji tal-portafoll attivi f’industriji magħżula, fosthom servizzi tan-negozju, il-konsumatur, servizzi finanzjarji, kura tas-saħħa u teknoloġiji, u

—

Precisely: tipprovdi software ta’ integrità tad-data, b’mod partikolari għodda ta’ integrazzjoni tad-data u tal-kwalità tad-data, u soluzzjonijiet għall-involviment tal-konsumaturi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10214 – Clearlake/TA Associates/Precisely

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.