Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta’ Ġunju 1978 li tadatta għal progress tekniku d-Direttiva 73/362/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbutin mal-miżuri materjali ta’ tul
Official Journal L 206 , 29/07/1978 P. 0008 - 0011
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0157
Greek special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0138
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0157
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 8 P. 0207
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 8 P. 0207
CS.ES Chapter 13 Volume 005 P. 103 - 106
ET.ES Chapter 13 Volume 005 P. 103 - 106
HU.ES Chapter 13 Volume 005 P. 103 - 106
LT.ES Chapter 13 Volume 005 P. 103 - 106
LV.ES Chapter 13 Volume 005 P. 103 - 106
MT.ES Chapter 13 Volume 005 P. 103 - 106
PL.ES Chapter 13 Volume 005 P. 103 - 106
SK.ES Chapter 13 Volume 005 P. 103 - 106
SL.ES Chapter 13 Volume 005 P. 103 - 106
Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta’ Ġunju 1978 li tadatta għal progress tekniku d-Direttiva 73/362/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbutin mal-miżuri materjali ta’ tul (78/629/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw għad-komuni kemm għall-istrumenti ta’ kejl u l-metodi ta’ kontroll meteoroloġiku [1], kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni, u partikolarment l-Artikoli 17, 18 u 19 li joħorġu minnu, Billi, mill-preparazzjoni u l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 73/362/KEE tad-19 ta’ Novembru 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mal-miżuri materjali ta’ tul [2], miżuri materjali ġodda ta’ tul ġew żviluppati; billi l-imsemmija Direttiva għalhekk għandha tkun emendata biex tqis il-progress tekniku; Billi fid-19 ta’ Jannar 1978 il-Kummissjoni ssottomettiet proposta ta’ emenda lill-Kumitat dwar l-adozzjoni għall-progress tekniku tad-Direttivi li jikkonċernaw l-eliminazzjoni tal-barrieri tekniċi għal kummerċ fi strumenti tal-kejl, għall-opinjoni tiegħu; billi ebda opinjoni ma ngħatat, il-Kummissjoni skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19(3)(b) tad-Direttiva 71/316/KEE, ipproponiet lill-Kunsill il-miżuri li għandhom ikunu adottati, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Fl-Anness għad-Direttiva 73/362/KEE, il-punti 3.6, 4.1, 5.1, 6.3, 7.1, 7.2, 7.3, 8, 9.1, 9.2, 9.4 u 9.5 huma għalhekk emendati skond l-Anness t’hawn taħt. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva b’mod li dawn id-disposizzjonijiet jidħlu fis-seħħ sena wara d-data tan-notifika ta’ din id-Direttiva u minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-testi tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fid-19 ta’ Ġunju 1978. Għall-Kunsill Il-President P. Dalsager [1] ĠU L 202, 6.9.71, p. 1. [2] ĠU L 335, tal-5.12.1973, p. 56. -------------------------------------------------- ANNESS 3.6. Rutelli għandom isiru b’tali mod li meta t-tape jinġibed fuq wiċċ ċatt it-truf tiegħu ikunu prattikament dritti u paralleli. 4.1. Matul it-tul nominali tagħhom, il-miżuri tat-tul jkun fihom gradwazzjoni u numerazzjoni ċara, regolari u indelibbli, sabiex jippermettu li jsir qari żgur, sempliċi u mhux ambigwu. Madankollu, xi marki ta’ skali mhux innumerati, li ma jaqbżux in-numru tal-marki ta’ l-iskala bejn żewġ marki ta’ l-iskala nnumerati konsekuttivi fuq il-miżura, jistgħu jestendu ‘l hemm mill-marka ta’ l-iskala ewlenija fit-tarf ta’ miżura. 5.1. It-tul nominali tal-miżuri jkun wieħed mill-valuri segwenti: 0,5, 1, 1.5, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9 m jew inkella multiplu ta’ 5 m. 6.3. Dawn l-iskrizzjonijiet kollha għandhom jingħataw viżibbilment u leġibbilment, li jibdew mill-bidu tal-miżura. Madankollu, bi qbil ma’ l-awtorità nazzjonali konċernata, ċerti skrizzjonijiet jistgħu jidhru fuq parti integrali ta’ l-istrument. F’dan il-każ, iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tal-mudell tal-KEE għandu jiddikjara fejn għandhom jitqiegħdu dawn l-iskrizzjonijiet. Barra minn hekk, fejn il-wisgħa tal-miżura tat-tul ma tippermettix li s-sinjal ta’ approvazzjoni tal-mudell tal-KEE jidher leġibbli, dak is-sinjal jista’ jidher, minkejja d-disposizzjonijet tal-punt 3.1 fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw għad-disposizzjonijet komuni kemm għall-istrumenti tal-kejl u wkoll għall-metodi tal-kontrol metroloġiku, u skond il-punt 3.5 f’dan l-Anness, fil-forma tas-sinjali segwenti, irranġati f’suċċessjoni: - l-ittra ε stylized, - l-ittra(i) distinta(i) ta’ l-Istati Membru li ta l-approvazzjoni għall-mudell tal-KEE, - l-aħħar żewġ numri tas-sena ta’ l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE, - in-numru ta’ refererenza ta’ l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE, eż ε F 755345. 7. ŻBALJI PERMISSIBBLI MASSIMI 7.1. Il-miżuri ta’ tul definiti f’din id-Direttiva għandhom ikunu diviżi fi tliet klassijiet, msemmija I, II u III, skond il-grad ta’ preċiżjoni tagħhom. Dwar il-verifika inizjali tal-KEE ta’ miżuri ta’ tul, l-iżball permissibbli massimu, iktar jew inqas: (a) dwar it-tul nominali, u (b) dwar id-distanza bejn kwalunkwe żewġ marki ta’ skali non-konsekuttivi, għandhom ikun espressi bħala funzjoni tat-tul konċernat b’formula f’forma (a + bL) mm, li f’liema: - L huwa t-tul konċernat, arrotondit sa’ l-eqreb metru sħiħ hawn fuq, - a u b huma koeffiċjenti ffissati għal kull klassi ta’ preċiżjoni skond it-tabella li ġejja: Klassi ta’ preċiżjoni | a | b | I | 0·1 | 0·1 | II. | 0·3 | 0·2 | III. | 0·6 | 0·4 | 7.2. 7.2.1. L-iżball permissibbli massimu, iżjed jew inqas, dwar it-tul i ta’ l-intervalli li ma jeċċedux 1 cm għandu jkun iffissat għal kull klassi ta’ preċiżjoni skond it-tabella li ġejja: Tul i ta’ l-intervall konċernat | Żball massimu permissibbli (f’mm) Għall-klassi ta’ preċiżjoni | I | II. | III. | i ≤1 mm | 0·1 | 0·2 | 0·3 | 1 mm < i ≤1 cm | 0·2 | 0·4 | 0·6 | Fil-każ ta’intervalli li jaqbżu 1 cm, l-iżball massimu permissibbli jkun espress bħala funzjoni tat-tul ta’ l-intervall bil-formula (a + bL) mm, fejn il-valuri tal-parametri a u b huma ugwali għal dawk mogħtija fil-punt 7.1 u fejn L hija t-tul konċernat, arrotondit sal-metru sħiħ li jmiss hawn fuq. 7.2.2. Id-differenza massima permissibbli bejn it-tulijiet i ta’ zewġ intervalli konsekuttivi li ma jeċċedux 1 cm tkun iffissata għal kull klassi ta’ preċiżjoni skond it-tabella li ġejja: Tul i ta’ l-Intervall in kwestjoni | Żball massimu permissibbli (f’ mm) Għall-klassi ta’ preċiżjoni | I | II. | III. | i ≤ 1 mm | 0·1 | 0·2 | 0·3 | 1 mm < i ≤ 1 cm | 0·2 | 0·4 | 0·6 | Fil-każ t’intervalli li jeċċedu 1 ċm, id-differenza massima permissibbli bejn it-tulijiet i ta’ żewġ intervalli konsekuttivi għandha tkun espressa bħala funzjoni tat-tul ta’ l-intervall bil-formula (a + bL) mm, kif definit fil-punt 7.2.1. 7.3. Madankollu, għal miżura ta’ tul finali jew komposta, l-iżball massimu permissibbli, iżjed jew inqas, dwar it-tul ta’ l-intervall finali mdawwar minn wiċċ għandu jiżdied: - b’ 0·1 mm għal miżuri ta’ klassi I, - b’ 0·2 mm għal miżuri ta’ klassi II, - b’ 0·3 mm għal miżuri ta’ klassi III, Barra minn hekk, id-disposizzjonijet stipulati fil-punti 7.1 u 7.2.2 ma japplikawx: - meta waħda mill-marki ta’ skala non konsekuttivi kif msemmija fil-punt 7.1 (b) tifforma b’wiċċ, u - meta wieħed miż-żewġ intervalli konsekuttivi kif msemmi fil-punt 7.2.2 huwa intervall tat-tarf imdawwar minn wiċċ. 8. MARKI TAL-VERIFIKA Kull miżura ta’ tul għandha ssir b’mod li takkomoda l-marki tal-verifika stipulati bid-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw għal disposizzjonijet komuni kemm għal strumenti tal-kejl kif ukoll għal metodi ta’ kontroll metroloġiku. Post qrib il-bidu tal-miżura għandu jkun ipprovdut għal dan l-iskop fuq il-miżura nnifisha jew fuq parti addizzjonali integrali ta’ l-istrument. 9.1. Tarf, linja jew rutelli komposti magħmula mill-fibreglass jew mill-plastics Tul nominali bejn 0·5 u 100 m. Il-qawwa tal-ġibda, ta’ madwar 20 N, tkun murija fuq il-miżura. It-truf ħielsa u ta’ tarf ta’ miżuri komposti jkunu kif hemm provdut b’band jew tarf reżistenti għat-tqattigħ. Dawn il-miżuri jkunu jappartjenu għal klassi ta’ preċiżjoni I, II jew III. 9.2. Il-miżuri magħmul f’biċċa waħda, riġidi jew semi-riġidi, tal-metall jew materjal ieħor Tul nominali bejn 0·5 u 5 m. It-temperatura ta’ riferenza tista’, f’ċerti każi, tkun oħra flok 20 grad C Dawn il-miżuri jikludu wkoll dipsticks użati għall-iċċekkjar tal-livell ta’ likwidi. It-tarf ta’ dipstick riġidu għandu jkun ipprovdut b’ras jew tarf reżistenti għall-impatt u ma jitherriex. Ma jkunx jikkawża xintilli ma’ l-impatt. Dawn il-miżuri jkunu jappartjenu għal klassi ta’ preċiżjoni I jew II. 9.4. Rutelli ta’ l-azzar 9.4.1. Miżuri tat-tarf, tal-linja jew komposti fuq mekkuk. Tul nominali bejn 0·5 u 10 m; ix-xfafar tal-miżura bejn 5 u 10 m għandhom ikunu fuq cambered cross-section. Dawn il-miżuri jistgħu jkunu mqiegħda f’kaxxa, li waħda mid-dimensjonijiet tagħha jistgħu jinkludu fil-parti użata għat-tkejjil, partikolarment għat-tkejjil tad-dimensjonijiet interni; it-tarf ħieles ta’ dawn il-miżuri jkun ipprovdut b’ganċ jew ilsien iffissat jew li jisslajdja. Dawn il-miżuri għandhom jappartjenu għal klassi ta’ preċiżjoni I jew II. 9.4.2. Miżuri tat-tarf jew tal-linja, iddisinjati għat-tkejjil ta’ tulijiet ikbar mit-tul nominali tal-miżura. Tul nominali: 5, 10, 20, 50, 100 jew 200 m. Il-qawwa tal-ġibda, ta’ madwar 50 N, tkun murija fuq il-miżura. Dawn il-miżuri jkunu armati b’manki jew ċrieki fiż-żewġt itruf. Jekk il-manki jkunu inklużi fit-tul nominali, dawn għandhom ikunu kostruwiti b’tali mod li l-ġonot tagħhom ma jintroduċux kwalunkwe ineżattezza fil-kejl. Dawn il-miżuri jkunu jappartjenu għal klassi ta’ preċiżjoni I jew II. 9.4.3. Miżuri tal-linja jew komposti fuq mekkuk mhux iddisinjati għat-tkejjil ta’ tulijiet ikbar mit-tul nominali. Tul nominali bejn 5 u 200 m. It-temperatura ta’ riferenza tista’, f’ċerti każi, tkun oħra flok 20 grad C Il-qawwa tal-ġibda, ta’ madwar 50 N, tkun murija fuq il-miżura. It-tarf ħieles għandu jkun jinkludi manku, ħolqa jew ganċ li ma jkunux inklużi fit-tul nominali. Dawn il-miżuri jkunu jappartjenu għal klassi ta’ preċiżjoni I jew II. 9.5. Dip tapes komposti magħmula mill-metall, b’sinkers, użati biex jiċċekkjaw il-livell ta’ likwidi Tul nominali bejn 5 u 50 m. It-temperatura ta’ riferenza tista’, f’ċerti każi, tkun oħra flok 20 grad C Il-qawwa tal-ġibda, suffiċjenti biex tistira it-tape korrettament, trid tkun murija fuq il-miżura. Din il-qawwa tal-ġibda għandha tkun eżerċitata fuq il-miżura bl-għajnuna ta’ sinker li jrid ikollu l-indikazzjoni tal-massa tiegħu. Il-marka ta’ l-iskala prinċipali, li tibda l-iskala, għandha tkun kostitwita mill-bażi ta’ sinker ta’ figura xierqa u ta’ materjal li aktarx ma jikkawżax xintilli ma’ l-impatt. Is-sinker ikun imqabbad mat-tape b’mod fiss u li ma jinqalax biex hekk dan l-attakkament jew jointing ma jintroduċix xi ineżattezza fil-kejl. It-tul kollu tat-tape ikun gradwat f’millimetri u l-gradwazzjoni tkompli fuq naħa waħda ċatta tas-sinker. It-tarf l-ieħor tal-miżura jista’ jkun armat b’mekkuk. Dawn il-miżuri jkunu jappartjenu għal klassi ta’ preċiżjoni I jew II. Madankollu, l-iżball massimu permissibbli ta’ l-istrument fil-pożizzjoni għall-użu bis-sinker qatt m’għandha tkun inqas minn 0·6 mm. --------------------------------------------------