|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 8/22 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 21/2014
tal-10 ta’ Jannar 2014
li jemenda għall-210 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u r-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fit-2 ta' Jannar 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jneħħi żewġ persuni mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi. Barra minn hekk, fis-6 ta' Jannar 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU ddeċieda li jneħħi żewġ entitajiet mil-lista. |
|
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont l-Anness ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
L-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura "Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet" jitħassru:
|
|
(2) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” jitħassru:
|