|
4.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1846.
tad-29 ta’ Settembru 2022
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/614 (2), il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius (3) (“il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri”) ġie iffirmat fil-5 ta’ April 2022, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard. |
|
(2) |
L-objettivi tal--Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri huma li jippermettu lill-Unjoni u r-Repubblika ta’ Mauritius jkomplu jaħdmu flimkien biex jippromwovu politika tas-sajd sostenibbli u l-isfruttar responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta’ Mauritius u li jippermetti lill-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom f’dawn l-ilmijiet. |
|
(3) |
Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri jenħtieġ li jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fil-punt (10) tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri. (4)
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SÍKELA
(1) Approvazzjoni tat-13 ta’ Settembru 2022.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/614 tal-11 ta’ Frar 2022 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius (ĠU L 115, 13.4.2022, p. 43).
(3) ĠU L 115, 13.4.2022, p. 45.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.