2002D0840 — MT — 13.10.2004 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJIONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta' Ottubru 2002

li tadotta l-lista ta' faċilitajiet approvati f'pajjiżi terzi għat-tneħħija ta' radjazzjoni minn fuq l-ikel

(notifikata taħt id-dokument numru K(2002) 3994)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2002/840/KE)

(ĠU L 287, 25.10.2002, p.40)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-7 ta' Ottubru 2004

  L 314

14

13.10.2004




▼B

ID-DEĊIŻJIONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta' Ottubru 2002

li tadotta l-lista ta' faċilitajiet approvati f'pajjiżi terzi għat-tneħħija ta' radjazzjoni minn fuq l-ikel

(notifikata taħt id-dokument numru K(2002) 3994)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2002/840/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita‘ Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' Stati Membri li jikkonċernaw prodotti u ingredjenti ta' l-ikel trattati b'radjazzjoni jonizzanti ( 1 ), u partikolarment Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva 1999/2/KE oġġetti ta' l-ikel ittrattati b'radjazzjoni joniżżanti ma jistgħux jiġu mportati minn pajjiż terz sakemm ma jkunx ġew ittrattati f'faċilità ta' tneħħija ta' radjazzjoni approvata mill-Komunità.

(2)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għall-approvazzjoni minn tlett faċilitajiet ta' tneħħija ta' radjazzjoni fl-Afrika ta' Isfel, u waħda fl-Ungerija permezz ta' l-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Esperti tal-Kummissjoni spezzjonaw il-faċilitajiet ta' tneħħija ta' radjazzjoni sabiex jiġi vverifikat jekk humiex konformi mal-ħtiġijiet tad-Direttiva 1999/2/KE u, b'mod partikolari, jekk superviżjoni uffiċjali tigarantixxix li jkunu konformi mal-ħtiġiet ta' Artikolu 7 ta' dik id-Direttiva.

(3)

Il-faċilitajiet fl-Afrika ta' Isfel u fl-Ungerija kkonformaw mal-maġġoranza tal-ħtiġiet tad-Direttiva 1999/2/KE. In-nuqqasjiet identifikati mill-Kummissjoni ġew indirizzati b'mod adekwat mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Afrika ta' isfel u ta' l-Ungerija. Il-lista li għad trid tiġi adottata b'din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta b'mod regolari.

(4)

Il-miżuri li għalihom hemm provdut f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-Opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Animali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Il-lista ta' faċilitajiet ta' tneħħija ta' radjazzjoni approvati fit-tifsira ta' Artikolu 9(2) tad-Direttiva 1999/2/KE hija konformi ma’ l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

▼M1




ANNESS

Lista ta' faċilitajiet ta' irradjazzjoni f'pajjiżi terzi li huma approvati mill-Komunità

Nru ta' Referenza: EU-AIF 01-2002

HEPRO Cape (Pty) Ltd

6 Ferrule Avenue

Montague Gardens

Milnerton 7441

Western Cape

Republic of South Africa

Tel: + 27-21-551 2440

Fax: + 27-21-551 1766

Nru ta' Referenza: EU-AIF 02-2002

GAMMASTER South Africa (Pty) Ltd

P.O. Box 3219

5 Waterpas Street

Isando Extension 3

Kempton Park 1620

Johannesburg

Republic of South Africa

Tel: + 27-11-974 8851

Fax: + 27-11-974 8986

Nru ta' Referenza: EU-AIF 03-2002

GAMWAVE (Pty) Ltd

P.O. Box 26406

Isipingo Beach

Durban 4115

Kwazulu-Natal

Republic of South Africa

Tel: + 27-31-902 8890

Fax: + 27-31-912 1704

Nru ta' Referenza: EU-AIF 05-2004

GAMMA-PAK A.S.

Yünsa Yolu N: 4 OSB

Cerkezköy/TEKIRDAG

TR-59500

Turkey

Tel: + 90 282726 57 90

Fax: + 90 282726 51 78

Nru ta' Referenza: EU-AIF 06-2004

STUDER AGG WERK HARD

Hogenweidstrasse 2

Däniken

CH-4658

Switzerland

Tel: + 41 062288 9060

Fax: + 41 062288 9070



( 1 ) ĠU L 66, tat-13.3.1999, p. 16.