|
24.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/8 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8640 — CVC/Blackstone/Paysafe)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 358/09)
|
1. |
Fis-16 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
CVC u Blackstone jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Paysafe kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offeta pubblika mħabbra fil-4 ta’ Awwissu 2017. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — CVC: l-għoti ta’ konsulenza u ġestjoni ta’ fondi u pjattaformi ta’ investiment; — Blackstone: ġestjoni tal-assi alternattiva globali, — Paysafe: il-forniment ta’ servizzi ta’ pproċessar ta’ pagamenti online u bit-telefown ċellulari. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8640 — CVC/Blackstone/Paysafe Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).