|
21.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 193/130 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1194
tal-20 ta' Lulju 2015
Dwar il-pubblikazzjoni b'restrizzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard EN 12635:2002+A1:2008 dwar bibien u kanċelli industrijali, kummerċjali u tal-garaxx skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),
Billi:
|
(1) |
Meta standard nazzjonali li jittrasponi standard armonizzat u li r-referenza tiegħu tkun ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikopri rekwiżit wieħed jew aktar essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE, il-makkinarju mibni skont dan l-istandard jitqies li jilħaq ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza kkonċernati. |
|
(2) |
F'Diċembru 2010, ir-Renju Unit ressaq oġġezzjoni formali rigward l-istandard EN 12635:2002+A1:2008 dwar “Bibien u kanċelli industrijali, kummerċjali u tal-garaxx — Installazzjoni u użu”, propost mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) biex jiġi armonizzat skont id-Direttiva 2006/42/KE u li r-referenza tiegħu ġiet ippubblikata għall-ewwel darba f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-8 ta' Settembru 2009 (3). |
|
(3) |
Il-mertu tal-oġġezzjoni formali, huwa bbażat fuq in-nuqqas tal-istandard ta' referenza EN 12453 “Bibien u kanċelli industrijali, kummerċjali u tal-garaxx — Sigurtà fl-użu ta' bibien imħaddma mekkanikament — Rekwiżiti”, imsemmi fil-punt 5.1 Installazzjoni u l-Anness D ta' EN 12635:2002+A1:2008, li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà kollha tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE. |
|
(4) |
In-nuqqasijiet identifikati tal-istandard imsemmi EN 12453:2000 għandhom x'jaqsmu mal-punti tiegħu 4.1.1 Il-perikli kkawżati minn tgħaffiġ, tiċrit u punti li jiġbdu'l ġewwa, 4.2 Il-perikli kkawżati mit-trażmissjoni jew is-sors tal-enerġija, 4.4.3 Il-mekkaniżmu tal-overrunning of leaf, 4.5 L-influwenza tat-tip ta' użu fuq il-livell ta' riskju, 5.1.1 L-evitar jew is-salvagwardjar ta' perikli kkawżati minn tgħaffiġ, tiċrit jew punti li jiġbdu 'l ġewwa u 5.5 Il-livell minimu ta' salvagwardja. |
|
(5) |
Wara li eżaminat l-istandard EN 12635:2002+A1:2008 flimkien mar-rappreżentanti tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2006/42/KE, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istandard ma jissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali ta' saħħa u sikurezza stipulati fil-punti 1.1.2 Il-prinċipji tal-integrazzjoni tas-sikurezza, 1.1.6 L-ergonomija, 1.2.1 Is-sigurtà u l-affidabilità tas-sistemi ta' kontroll, 1.3.7 Ir-riskji relatati mal-partijiet li jiċċaqalqu, 1.3.8.2 Il-partijiet li jiċċaqalqu li huma involuti fil-proċess, 1.4.1 Ir-rekwiżiti ġenerali għall-mezzi ta' lqugħ u ta' protezzjoni, 1.4.3. Ir-rekwiżiti speċjali għall-mezzi ta' protezzjoni u 1.5.14 Ir-riskju li wieħed jinqabad f'magna tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE. |
|
(6) |
B'kunsiderazzjoni għall-ħtieġa li jittejbu l-aspetti tas-sigurtà tal-istandard EN 12635:2002+A1:2008 u sakemm isseħħ reviżjoni xierqa ta' dak l-istandard, il-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard EN 12635:2002+A1:2008 għandha tkun akkumpanjata bi twissija xierqa, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-referenza tal-istandard EN 12635:2002+A1:2008 “Bibien u kanċelli industrijali, kummerċjali u tal-garaxx — Installazzjoni u użu”, tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bir-restrizzjoni li hemm stabbilita fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.
ANNESS
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI FIL-QAFAS TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA 2006/42/KE
(Pubblikazzjoni ta' titli u referenzi ta' standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni)
|
ESO (1) |
Referenza u titlu tal-istandard armonizzat (u d-dokument tar-referenza) |
L-ewwel pubblikazzjoni fil-ĠU |
Referenza tal-istandard sostitwit |
Id-data tat-tmiem tal-preżunzjoni tal-konformità tal-istandard sostitwit Nota 1 |
|
CEN |
EN 12635:2002+A1:2008 “Bibien u kanċelli industrijali, kummerċjali u tal-garaxx — Installazzjoni u użu” |
8.9.2009 |
— |
— |
|
Twissija: Fir-rigward tal-paragrafu 5.1 u l-Anness D, din il-pubblikazzjoni ma għandhiex x'taqsam mar-referenza għall-EN 12453:2000, l-applikazzjoni ta' liema ma tikkonferixxix preżunzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza 1.1.2, 1.1.6, 1.2.1, 1.3.7, 1.3.8.2, 1.4.1, 1.4.3 u 1.5.14 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE. |
||||
|
Nota 1: |
Ġeneralment id-data li fiha tintemm il-preżunzjoni tal-konformità tkun id-data tar-revoka (id-“dow”, date of withdrawal), stabbilita mill-Organizzazzjoni Ewropea għall-Istandardizzazzjoni, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f'ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista' jkun mod ieħor. |
|
Nota 2: |
L-istandard il-ġdid (jew emendat) għandu l-istess kamp ta' applikazzjoni bħall-istandard sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard sostitwit ma jibqax jagħti preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew ma' rekwiżiti oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. |
(1) ESO: L-Organizzazzjoni Ewropea għall-Istandardizzazzjoni
|
— |
CEN: Avenue Marnix 17, B-1000, Brussels, Tel.+32 2 5500811; fax + 32 2 5500819 (http://www.cen.eu) |