<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-590/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0590</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:232">EU:C:2019:232</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190321">21.3.2019</DATE> – Kawża C‑590/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Pouvin u Dijoux</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20190321">21 ta’ Marzu 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 93/13/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(b) u (ċ)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>bejjiegħ jew fornitur<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Finanzjament tax-xiri ta’ abitazzjoni prinċipali</KEYWORD><KEYWORD>Self immobbiljari mogħti minn persuna li timpjega lil impjegat tiegħu u lill-konjuġi tiegħu, kodebitriċi <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-590/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, Franza), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20171004">4 ta’ Ottubru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20171012">12 ta’ Ottubru 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Henri Pouvin,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Marie Dijoux</HT>, miżżewġa Pouvin</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Electricité de France (EDF),</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras, President tar-Raba’ Awla, li qed jaġixxi bħala President tat-Tielet Awla, J. Malenovský, L. Bay Larsen, M. Safjan (Relatur) u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: R. Şereş, amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20180912">12 ta’ Settembru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal H. Pouvin u M. Dijoux, miżżewġa Pouvin, minn J. Buk Lament, avocate,</P></ITEM><ITEM><P>għal Electricité de France (EDF), minn E. Piwnica, avocat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas, J. Traband u A.-L. Desjonquères, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn M. Tassopoulou, D. Tsagkaraki, C. Fatourou u K. Georgiadis, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn N. Ruiz García u C. Valero, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20181115">15 ta’ Novembru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE> dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, Henri Pouvain u Marie Dijoux, miżżewġa Pouvin, u, min-naħa l-oħra, Electricité de France (EDF), dwar talba għal ħlas ta’ somom li għadhom dovuti fil-kuntest ta’ self immobbiljari li din il-kumpannija kienet tat lil dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-disa’, l-għaxar u l-erbatax-il premessi tad-Direttiva 93/13 jistipulaw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Billi […] l-akkwirenti ta’ merkanzija jew servizzi għandhom jiġu protetti kontra l-abbuż tal-poter mill-bejjiegħ jew mill-fornitur, b’mod partikolari kontra kuntratti standard li jiġbdu lejn naħa waħda u l-esklużjoni inġusta ta’ drittijiet essenzali f’kuntratti;</P><P>Billi tista’ tinkiseb protezzjoni aktar effettiva tal-konsumatur billi jiġu adottati regoli tal-liġi uniformi fil-kwistjoni ta’ klawżoli inġusti; billi dawk ir-regoli għandhom jgħoddu għall-kuntratti kollha konklużi bejn il-bejjiegħa jew il-fornituri u l-konsumaturi; billi bħala riżultat kuntratti inter alia relatati ma’ l-impieg, kuntratti relatati mad-drittijiet tas-suċċessjoni, kuntratti relatati mad-drittijiet taħt il-liġi tal-familja u kuntratti relatati ma’ l-inkorporazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ kumpaniji jew ftehim ta’ sħubija għandhom jiġu esklużi minn din id-Direttiva.</P><P>[…]</P><P>Billi […] din id-Direttiva tgħodd ukoll għal snajja, negozji jew professjonijiet ta’ natura pubblika<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li japprossima l-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri relatati ma’ klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser kull persuna naturali li, f’kuntratti koperti minn din id-Direttiva, tkun qiegħda taġixxi għal skopjiet li jkunu barra s-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>bejjiegħ jew fornitur<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser kull persuna naturali jew legali li, f’kuntratti koperti minn din id-Direttiva, tkun qiegħda taġixxi għal skopijiet relatati mas-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha, sew jekk proprjetà pubblika u sew jekk propjetà privata.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 132–1 tal-code de la consommation (il-Kodiċi tal-Konsumatur), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali, ittraspona d-Direttiva 93/13 fid-dritt Franċiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu ta’ dan l-artikolu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Fil-kuntratti konklużi bejn bejjiegħ jew fornitur u persuni li ma humiex bejjiegħa jew fornituri jew li huma konsumaturi, huma inġusti l-klawżoli li l-għan jew l-effett tagħhom huwa li joħolqu, għad-detriment tal-persuni li ma humiex bejjiegħa jew fornituri jew li huma konsumaturi, żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet għall-kuntratt.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="19950403">3 ta’ April 1995</DATE>, EDF tat lil H. Pouvin, impjegat ta’ din il-kumpannija, u lill-konjuġi tiegħu (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>debituri<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) self taħt l-iskema ta’ għajnuna għall-aċċess għall-akkomodazzjoni, għall-finanzjament tax-xiri tal-abitazzjoni prinċipali tagħhom, ta’ ammont ta’ EUR 57 625.73, li kellu jitħallas lura permezz ta’ 240 pagament mensili fuq żewġ perijodi ta’ għaxar snin bir-rata tal-interessi ta’ 4.75% u 8.75% rispettivament (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>kuntratt ta’ self<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7 ta’ dan il-kuntratt ta’ self, dan kellu jiġi xolt <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> fil-każ li d-debitur, għal kwalunkwe raġuni, ma jibqax jifforma parti mill-persunal ta’ EDF. L-effett ta’ din il-klawżola kien li, fil-każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol, il-ħlas lura tal-kapital misluf ikun immedjatament eżiġibbli, mingħajr ma d-debituri jkunu naqsu milli josservaw l-obbligi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Wara li H. Pouvin irriżenja minn EDF fl-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE>, id-debituri ma baqgħux iħallsu l-pagamenti mensili tas-self.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20120405">5 ta’ April 2012</DATE>, wara li applikat il-klawżola ta’ xoljiment <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> tal-kuntratt ta’ self fil-każ li d-debitur ma jibqax jifforma parti mill-persunal ta’ EDF, din tal-aħħar fetħet kawża kontra d-debituri għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 50 238.37 li kienet għadha dovuta fuq il-kapital u fuq l-interessi fl-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE>, kif ukoll tas-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">3517</FT> dovuta abbażi tal-klowżola ta’ penalità kuntrattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tad-<DATE ISO="20130329">29 ta’ Marzu 2013</DATE>, it-tribunal de grande instance ta’ Saint-Pierre (il-Qorti Reġjonali ta’ Saint-Pierre, Franza) iddikjarat li l-klawżola ta’ xoljiment <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> tal-kuntratt ta’ self fil-każ li d-debitur ma jibqax jifforma parti mill-persunal ta’ EDF kienet inġusta. Għalhekk, l-imsemmija qorti ċaħad it-talbiet ta’ EDF għall-konstatazzjoni ta’ xoljiment <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> tal-imsemmi kuntratt. Fl-istess ħin, l-istess qorti ddeċidiet favur ix-xoljiment tal-istess kuntratt minħabba n-nuqqas ta’ ħlas tal-pagamenti mensili tas-self u kkundannat lid-debituri <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ħlas, lill-EDF, tas-somma ta’ EUR 44 551.84, flimkien ma’ interessi ta’ 6 % b’effett mill-<DATE ISO="20120405">5 ta’ April 2012</DATE>, kif ukoll tas-somma ta’ EUR 3 118.63, miżjuda b’rata ta’ interessi ta’ 6 % b’effett mid-data tal-għoti tas-sentenza, bħala kumpens għad-danni sostnuti minn EDF minħabba nuqqas ta’ ħlas min-naħa tad-debituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>B’sentenza tat-<DATE ISO="20140912">12 ta’ Settembru 2014</DATE>, il-cour d’appel de Saint-Denis (il-Qorti tal-Appell ta’ Saint-Denis, Franza) annullat is-sentenza tad-<DATE ISO="20130329">29 ta’ Marzu 2013</DATE> u ddeċidiet li x-xoljiment <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> tal-kuntratt inkwistjoni kien seħħ fl-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE>. Għaldaqstant, hija kkundannat lid-debituri jħallsu lill-EDF is-somma ta’ EUR 50 238.37, miżjuda b’rata ta’ interessi ta’ 6 % b’effett mill-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE>, fejn<?PAGE NO="4"?> l-ammonti mħallsa wara din id-data kellhom jitnaqqsu. Barra minn hekk, dik il-qorti kkundannat lid-debituri jħallsu lill-EDF s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">3517</FT>, miżjuda bl-interessi legali b’effett mill-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE>, abbażi tal-klawżola ta’ penalità kuntrattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-fatt, dik il-qorti qieset li l-Artikolu L132–1 tal-Kodiċi tal-Konsumatur ma kienx applikabbli f’dan il-każ, peress li EDF kienet ikkonkludiet il-kuntratt ta’ self fil-kwalità tagħha ta’ persuna li timpjega u ma setgħetx, għaldaqstant, titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>bejjiegħ jew fornitur<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, fis-sens ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Id-debituri ppreżentaw appell ta’ kassazzjoni minn din is-sentenza fejn sostnew li aġixxew fil-kwalità tagħhom ta’ konsumaturi u invokaw il-ġurisprudenza tal-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, Franza) li tgħid li klawżola li tipprovdi d-dekadenza tas-self għal kawża esterna għall-kuntratt hija inġusta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni) tqis li l-kwistjonijiet imqajma fl-aggravju, li fuqhom tiddependi s-soluzzjoni tal-appell, jeħtieġu interpretazzjoni uniformi tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni) iddeċidiet li tissospendi d-deċiżjoni u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1)</NO.P><TXT>L‑Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 […] għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija, bħall-kumpannija EDF, meta tawtorizza lil impjegat self immobbiljari li jaqa’ taħt l-iskema ta’ għajnuna għall-aċċess għall-akkomodazzjoni, li għaliha huma eliġibbli biss il-membri tal-persunal tal-kumpannija, taġixxi bħala bejjiegħ jew fornitur?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L‑Artikolu 2 tad-[Direttiva 93/13] għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija, bħall-kumpannija EDF, meta tawtorizza tali self immobbiljari lill-konjuġi ta’ impjegat, li ma hijiex membru tal-persunal ta’ din il-kumpannija, iżda kodebitriċi <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, taġixxi bħala bejjiegħ jew fornitur?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-[Direttiva 93/13] għandu jiġi interpretat fis-sens li impjegat ta’ kumpannija, bħall-kumpannija EDF, li jikkonkludi kuntratt magħha għal tali self immobbiljari, jaġixxi bħala konsumatur?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-[Direttiva 93/13] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konjuġi ta’ dan l-impjegat, li tissottoskrivi għall-istess self, mhux fil-kwalità ta’ impjegat tal-kumpannija iżda ta’ kodebitriċi <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, taġixxi bħala konsumatur?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(b) u (ċ) tad-Direttiva 93/13 għandux jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, l-impjegat ta’ impriża u l-konjuġi tiegħu, li jikkonkludu kuntratt ta’ kreditu ma’ din l-impriża, li huwa rriżervat, prinċipalment, għall-membri tal-persunal tal-imsemmija impriża, intiż għall-finanzjament tax-xiri ta’ proprjetà immobbli għal skopijiet privati, għandhom jitqiesu li huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, fis-sens tal-imsemmi Artikolu 2(b), u, min-naħa l-oħra, jekk, għal dak li jirrigwarda l-għoti ta’ dan il-kreditu, din l-istess impriża għandha titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>bejjiegħ jew fornitur<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, fis-sens tal-imsemmi Artikolu 2(ċ).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, hekk kif tistipula l-għaxar premessa tad-Direttiva 93/13, ir-regoli uniformi dwar il-klawżoli inġusti għandhom japplikaw għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>kuntratti kollha<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> konklużi bejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>bejjiegħ jew fornitur<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, kif iddefiniti fl-Artikolu 2(b) u (ċ) ta’ din id-direttiva (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Karel de Grote – Hogeschool Katholieke Hogeschool Antwerpen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑147/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:320">EU:C:2018:320</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-istess ħin, l-għaxar premessa tad-Direttiva 93/13 tiddikjara li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>kuntratti […] relatati ma’ l-impieg […] għandhom jiġu esklużi minn din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi vverifikat jekk il-fatt li l-partijiet f’kuntratt ta’ kreditu bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma wkoll marbuta b’kuntratt ta’ xogħol jaffettwax il-kwalitajiet rispettivi tagħhom ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>bejjiegħ jew fornitur<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(b) u (ċ) tad-Direttiva 93/13, f’dak li jirrigwarda dan il-kuntratt ta’ kreditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, skont l-imsemmija dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> tfisser kull persuna fiżika li, f’kuntratti koperti mill-imsemmija direttiva, tkun qiegħda taġixxi għal skopijiet li ma jkunux jaqgħu fil-kuntest tal-attività professjonali tagħha. Barra minn hekk, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>bejjiegħ jew fornitur<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li, f’kuntratti koperti mid-Direttiva 93/13, tkun qiegħda taġixxi fil-kuntest tal-attività professjonali tagħha, sew jekk pubblika jew privata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa b’riferiment għall-kwalità tal-partijiet kontraenti, skont jekk dawn jaġixxux jew le fil-kuntest tal-attività professjonali tagħhom, li d-Direttiva 93/13 tiddefinixxi l-kuntratti li huma suġġetti għaliha (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Karel de Grote – Hogeschool Katholieke Hogeschool Antwerpen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑147/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:320">EU:C:2018:320</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna, fl-ewwel lok, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 93/13, dan għandu natura oġġettiva u huwa indipendenti mill-għarfien konkret li l-persuna kkonċernata jista’ jkollha, jew mill-informazzjoni li din il-persuna għandha realment (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Costea</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-110/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:538">EU:C:2015:538</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-konsumatur jinsab f’sitwazzjoni inferjuri fil-konfront tal-bejjiegħ jew fornitur fir-rigward kemm tas-setgħa ta’ negozjar kif ukoll tal-livell ta’ informazzjoni, sitwazzjoni li twasslu sabiex jaqbel mal-kundizzjonijiet imħejjija minn qabel mill-bejjiegħ jew fornitur, u dan mingħajr ma jkun jista’ jeżerċita influwenza fuq il-kontenut tagħhom (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Costea</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-110/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:538">EU:C:2015:538</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-qorti nazzjonali adita b’kawża li tirrigwarda kuntratt li jista’ jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva għandha tivverifika, billi tieħu inkunsiderazzjoni l-provi kollha u b’mod partikolari t-termini ta’ dak il-kuntratt, jekk il-persuna kkonċernata tistax tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fis-sens tad-Ddirettiva 93/13. Sabiex tagħmel dan, il-qorti nazzjonali trid tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, u b’mod partikolari n-natura tal-oġġett jew tas-servizz li jkun is-suġġett tal-kuntratt inkwistjoni, li jkunu jistgħu juru għal liema għan dan il-prodott jew servizz qiegħed jinxtara (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Costea</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-110/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:538">EU:C:2015:538</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li anki avukat, għalkemm jista’ jitqies li għandu livell għoli ta’ kompetenzi tekniċi, jista’ jitqies li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 93/13, meta huwa jikkonkludi kuntratt li ma jkunx relatat mal-attività professjonali tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Costea</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-110/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:538">EU:C:2015:538</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 93/13, tippermetti li tiġi żgurata l-protezzjoni li din id-Direttiva tagħti lill-persuni fiżiċi kollha li jinsabu fis-sitwazzjoni ta’ inferjorità msemmija fil-punt 25 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq jirriżulta li l-fatt li persuna fiżika tikkonkludi kuntratt, għajr kuntratt ta’ impjieg, mal-persuna li timpjegaha, ma jipprekludix, bħala tali, li din il-persuna tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens ta’ l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 60 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-fatt li ċerti tipi ta’ kuntratti konklużi minn konsumaturi jkunu rriżervati għal ċerti gruppi ta’ konsumaturi ma jċaħħadx lil dawn tal-aħħar mill-istatus tagħhom ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Issa, l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva ta’ numru ta’ kuntratti konklużi mill-konsumaturi mal-persuni li jimpjegawhom iċċaħħad lil dawn il-konsumaturi kollha mill-protezzjoni mogħtija mill-imsemmija direttiva (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150115">15 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Šiba</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-537/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:14">EU:C:2015:14</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-esklużjoni tal-kuntratti ta’ impjieg mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 93/13, għandu jiġi kkonstatat li, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 58 tal-konklużjonijiet tiegħu, kuntratt ta’ kreditu bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali la jirregola relazzjoni ta’ xogħol u lanqas kundizzjonijiet ta’ impjieg u, għalhekk, ma jistax jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>kuntratt ta’ impjieg<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>bejjiegħ jew fornitur<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 93/13, għandu jitfakkar li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jagħti tifsira wiesgħa lil dan il-kunċett (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Karel de Grote – Hogeschool Katholieke Hogeschool Antwerpen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑147/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:320">EU:C:2018:320</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, l-użu tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>kollha<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fl-imsemmija dispożizzjoni tenfasizza li kull persuna fiżika jew ġuridika għandha titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>bejjiegħ jew fornitur<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens tad-Direttiva 93/13, ladarba hija teżerċita attività professjonali (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Karel de Grote – Hogeschool Katholieke Hogeschool Antwerpen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑147/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:320">EU:C:2018:320</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, dan il-kunċett ikopri kull attività professjonali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>sew jekk […] pubblika u sew jekk […] privata<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. Għaldaqstant, l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 93/13 jista’ japplika kem għal korpi li għandhom skop ta’ lukru kif ukoll għal dawk li ma għandhomx, mingħajr l-esklużjoni ta’ entitajiet li jaqdu missjonijiet ta’ interess ġenerali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Karel de Grote – Hogeschool Katholieke Hogeschool Antwerpen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑147/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:320">EU:C:2018:320</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>bejjiegħ jew fornitur<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 93/13, huwa kunċett funzjonali li jinvolvi li jiġi evalwat jekk ir-relazzjoni kuntrattwali speċifika tidħolx fil-qafas tal-attivitajiet li persuna tagħmel bħala bejjiegħ jew fornitur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Karel de Grote – Hogeschool Katholieke Hogeschool Antwerpen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑147/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:320">EU:C:2018:320</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li istituzzjoni edukattiva awtonoma li tipprovdi lil student b’mod supplimentari u anċillari għall-attività ewlenija tagħha servizz li jikkostitwixxi, fundamentalment, kuntratt ta’ kreditu, tista’ titqies, fir-rigward ta’ dan is-servizz, li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>bejjiegħ jew fornitur<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 93/13 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Karel de Grote – Hogeschool Katholieke Hogeschool Antwerpen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑147/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:320">EU:C:2018:320</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’tali każ, teżisti, bħala prinċipju, inugwaljanza bejn l-istituzzjoni edukattiva u l-istudent, minħabba l-assimetrija tal-informazzjoni u ta’ kompetenzi tekniċi bejn dawn il-partijiet, tali istituzzjoni għandha organizzazzjoni permanenti u kompetenzi tekniċi li ma għandux neċessarjament l-istudent, li jkun qiegħed jaġixxi għal għanijiet privati, li jiġi kkonfrontat b’mod inċidentali b’tali kuntratt (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Karel de Grote – Hogeschool Katholieke Hogeschool Antwerpen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑147/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:320">EU:C:2018:320</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Dawn il-kunsiderazzjonijiet huma applikabbli f’kawża bħal dik fil-kawża prinċipali, fejn il-persuna li timpjega, li hija persuna ġuridika, ikkonkludiet ma’ wieħed mill-impjegati tagħha, li huwa persuna fiżika, u, jekk ikun il-każ, mal-konjuġi tal-impjegat, kuntratt ta’ kreditu intiż għall-finanzjament tax-xiri ta’ proprjetà immobbli għal skopijiet privati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-fatt, anki jekk l-attività prinċipali ta’ persuna li timpjega bħal EDF ma tikkonsistix fil-provvista ta’ strumenti finanzjarji iżda fil-provvista tal-enerġija, din il-persuna li timpjega għandha l-informazzjoni u l-kompetenzi tekniċi, ir-riżorsi umani u materjali li persuna fiżika, jiġifieri l-parti l-oħra għall-kuntratt, ma hijiex meqjusa li għandha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>L-istess bħall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 93/13, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>bejjiegħ jew fornitur<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) ta’ din id-direttiva, huwa ta’ natura oġġettiva u ma jiddependix fuq dak li l-bejjiegħ jew il-fornitur jiddeċiedi li jittratta bħala attività prinċipali jew sekondarja u anċillari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hekk kif essenzjalment osserva l-Avukat Ġenerali fil-punti 43 sa 46 tal-konklużjonijiet tiegħu, minn naħa, l-offerta ta’ tali kuntratt ta’ kreditu lill-impjegati tagħha, biex b’hekk dawn jingħataw il-vantaġġ li jikunu jistgħu jaċċedu għall-proprjetà, isservi sabiex jiġu attirati u miżmuma impjegati kkwalifikati u kompetenti għall-benefiċċju tal-eżerċizzju tal-attività professjonali tal-persuna li timpjega. F’dan il-kuntest, l-eżistenza jew l-assenza ta’ eventwali dħul dirett, għal din il-persuna li timpjega, previst minn dan il-kuntratt, ma għandha l-ebda effett fuq ir-rikonoxximent ta’ din il-persuna li timpjega inkwantu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>bejjiegħ jew fornitur<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 93/13. Min-naħa l-oħra, l-interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>bejjiegħ jew fornitur<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, isservi sabiex jiġu implimentati l-għanijiet ta’ din id-direttiva li jikkonsistu fil-protezzjoni tal-konsumatur inkwanu parti dgħajfa fil-kuntratt konkluż ma bejjiegħ jew fornitur u f’li jerġa’ jiġi stabbilit il-bilanċ bejn il-partijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sziber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-483/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:367">EU:C:2018:367</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li impjegat ta’ impriża u l-konjuġi tiegħu, li jikkonkludu kuntratt ta’ kreditu ma’ din l-impriża, li huwa rriżervat, prinċipalment, għall-membri tal-persunal tal-imsemmija impriża, intiż għall-finanzjament tax-xiri ta’ proprjetà immobbli għal skopijiet privati, għandhom jitqiesu li huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni;</P></ITEM><ITEM><P>l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-imsemmija impriża għandha titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>bejjiegħ jew fornitur<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta tikkonkludi tali kuntratt ta’ kreditu fil-kuntest tal-attività professjonali tagħha, anki jekk l-għoti ta’ krediti ma jikkostitwixxix l-attività prinċipali tagħha.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE> dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandu jiġi interpretat fis-sens li impjegat ta’ impriża u l-konjuġi tiegħu, li jikkonkludu kuntratt ta’ kreditu ma’ din l-impriża, li huwa rriżervat, prinċipalment, għall-membri tal-persunal tal-imsemmija impriża, intiż għall-finanzjament tax-xiri ta’ proprjetà immobbli għal skopijiet privati, għandhom jitqiesu li huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</HT></P><?PAGE NO="8"?><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-imsemmija impriża għandha titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>bejjiegħ jew fornitur<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta tikkonkludi tali kuntratt ta’ kreditu fil-kuntest tal-attività professjonali tagħha, anki jekk l-għoti ta’ krediti ma jikkostitwixxix l-attività prinċipali tagħha.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>