|
13.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/80 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1701
tas-7 ta' Novembru 2018
dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Tikkettar obbligatorju tal-ikel Mhux Veġetarjan/Veġeterjan/Vegan”
(notifikata bid-dokument C(2018) 7300)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-suġġett tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Tikkettar obbligatorju tal-ikel Mhux Veġetarjan/Veġeterjan/Vegan” jirreferi għal li ġej: “Tikkettar tal-ikel għal veġetarjani/vegani”. |
|
(2) |
L-objettivi tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta jirreferu għal dan li ġej: “Il-ġlieda tal-Veġetarjani u l-vegani madwar l-UE biex jidentifikaw ikel adattat. Jeħtieġ li nistudjaw il-lista tal-ingredjenti ta' prodott tal-ikel biex jiġi determinat jekk humiex tajbin għax-xiri b'għarfien qawwi ta' ingredjenti ambigwi li jistgħu jiġu mill-pjanti jew mill-annimali. Il-fatt li l-UE ma għandhiex lingwa unifikata ikompli jikkomplika l-affarijiet. Aħna mbagħad nipproponu liġijiet li jobbligaw it-twaħħil ta' 1 minn 3 tikketti sempliċi bl-istampi fuq il-prodotti kollha tal-ikel: Mhux Veġetarjan, Veġetarjan, jew Vegan mat-tikketti kollha tal-ikel.” |
|
(3) |
It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jirrinforza ċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jsaħħaħ aktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprevedi, inter alia, li kull ċittadin ikollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. |
|
(4) |
Għal dan il-għan, il-proċeduri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini għandhom ikunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati man-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir aktar aċċessibbli. |
|
(5) |
Att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati jista' jiġi adottat għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti b'xi liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li jkollhom bħala objettiv l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, abbażi tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
|
(6) |
Għal dawn ir-raġunijiet, l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma taqax manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq xi proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati, skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament. |
|
(7) |
Barra minn hekk, il-kumitat taċ-ċittadini ġie ffurmat u l-persuni ta' kuntatt ġew maħtura skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament u l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta la tidher li hija abbużiva, la frivola u lanqas vessatorja u lanqas ma tidher li tmur kontra l-valuri tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 2 TUE. |
|
(8) |
L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Tikkettar obbligatorju tal-ikel Mhux Veġetarjan/Veġeterjan/Vegan” għandha għalhekk tiġi reġistrata. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Tikkettar obbligatorju tal-ikel Mhux Veġetarjan/Veġeterjan/Vegan” hi b'hekk irreġistrata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Novembru 2018.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-organizzaturi (il-membri tal-kumitat taċ-ċittadini) tal-inizjattiva proposta taċ-ċittadini bit-titolu “Tikkettar obbligatorju tal-ikel Mhux Veġetarjan/Veġeterjan/Vegan”, rappreżentati mis-Sinjorina Madeleina KAY, u s-Sinjorina DELPRETE li jaġixxu bħala persuni ta' kuntatt.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Frans TIMMERMANS
Viċi President