02011R0691 — MT — 01.01.2025 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) Nru 691/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Lulju 2011

dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 192 22.7.2011, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) Nru 538/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tas-16 ta' April 2014

  L 158

113

27.5.2014

►M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/125 tad-19 ta’ Novembru 2021

  L 20

40

31.1.2022

►M3

REGOLAMENT (UE) 2024/3024 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tas-27 ta’ Novembru 2024

  L 3024

1

6.12.2024


Ikkoreġut bi:

 C1

Rettifika, ĠU L 077, 23.3.2016, p.  70 (691/2011)




▼B

REGOLAMENT (UE) Nru 691/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Lulju 2011

dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



▼M3

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej, bl-għan li jiġu stabbiliti kontijiet ekonomiċi ambjentali bħala kontijiet satellita għas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet 2010 (ESA 2010) stipulata fir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), billi jipprovdi metodoloġija, standards komuni, definizzjonijiet, klassifikazzjonijiet u regoli tal-kontabilità maħsuba biex jintużaw għall-kompilazzjoni tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali.

Dan ir-Regolament jikkontribwixxi wkoll biex jipprovdi informazzjoni tajba dwar ix-xejriet, il-pressjonijiet u l-motivaturi ewlenin għall-bidla ambjentali u b'hekk jappoġġa l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-progress tal-Unjoni fl-ilħuq tal-objettivi ambjentali tagħha stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, kif ukoll l-impenji ambjentali internazzjonali tagħha.

▼B

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(1) 

“emissjoni fl-arja” tfisser fluss fiżiku ta’ materjali gassużi jew ta’ partikuli mill-ekonomika nazzjonali (proċessi ta’ produzzjoni jew konsum) fl-atmosfera (bħala parti mis-sistema ambjentali);

(2) 

“taxxa marbuta mal-ambjent” tfisser taxxa li l-bażi tagħha hija unità fiżika (jew approssimazzjoni ta’ unità fiżika) ta’ xi ħaġa li hemm provi li għandha impatt negattiv speċifiku fuq l-ambjent, u li hija identifikata fl- ►M3  ESA 2010 ◄ bħala taxxa);

(3) 

“kontijiet tal-fluss ta” materjal mifrux mal-ekonomija kollha (EW-MFA) tfisser kumpilazzjonijiet konsistenti tad-dħul materjali fl-ekonomiji nazzjonali, il-bidliet fil-ħażna materjali fl-ekonomija u l-ħruġ materjali lejn ekonomiji oħra jew lejn l-ambjent;

▼M1

(4) 

“infiq għall-protezzjoni ambjentali” tfisser ir-riżorsi ekonomiċi ddedikati għall-protezzjoni ambjentali mill-unitajiet residenti. Il-protezzjoni ambjentali tinkludi l-attivitajiet u l-azzjonijiet kollha li għandhom bħala skop ewlieni l-prevenzjoni, it-tnaqqis u t-tneħħija tat-tniġġis u ta' kwalunkwe degradazzjoni oħra tal-ambjent. Dawk l-attivitajiet u azzjonijiet jinkludu l-miżuri kollha meħuda sabiex jagħtu mill-ġdid il-ħajja lill-ambjent wara li jkun ġie degradat. Huma esklużi minn din id-definizzjoni l-attivitajiet li, filwaqt li jkunu ta' benefiċċju għall-ambjent, jissodisfaw primarjament il-bżonnijiet tekniċi jew ir-rekwiżiti interni għall-iġjene jew is-sikurezza u s-sigurtà ta' intrapriża jew ta' istituzzjoni oħra;

(5) 

“settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali” tfisser dawk l-attivitajiet ta' produzzjoni ta' ekonomija nazzjonali li jiġġeneraw prodotti ambjentali (oġġetti u servizzi ambjentali). Il-prodotti ambjentali ġew prodotti għall-protezzjoni ambjentali kif imsemmi fit-tieni sentenza tal-punt (4) u għall-ġestjoni tar-riżorsi. Il-ġestjoni tar-riżorsi tinkludi l-preservazzjoni, iż-żamma u t-tisħiħ tal-istokk ta' riżorsi naturali u għalhekk is-salvagwardja ta' dawk ir-riżorsi kontra t-tnaqqis tagħhom;

(6) 

“kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija” tfisser kumpilazzjonijiet konsistenti tal-flussi fiżiċi ta' enerġija fl-ekonomiji nazzjonali, il-flussi li jiċċirkolaw fl-ekonomiji u l-ħruġ lejn ekonomiji oħra jew lejn l-ambjent;

▼M3

(7) 

“kontijiet forestali” tfisser kontijiet tal-assi għar-riżorsi forestali, li jinkludu art imsaġġra u injam f'art imsaġġra, u l-kontijiet tal-attività ekonomika għall-forestrija u l-qtugħ tas-siġar għall-injam;

(8) 

“sussidji ambjentali u trasferimenti simili” tfisser trasferimenti attwali u kapitali skont it-tifsira tal-ESA 2010, maħsuba biex jappoġġaw attivitajiet li jipproteġu l-ambjent u jissalvagwardjaw ir-riżorsi naturali u l-prodotti relatati;

(9) 

“kontijiet tal-ekosistema” tfisser sett ta' kontijiet imfassla sabiex jipprovdu informazzjoni konsistenti dwar il-firxa u l-kundizzjoni tal-ekosistemi u dwar il-flussi tas-servizzi minn dawk l-ekosistemi lejn is-sistema soċjoekonomika.

▼B

Artikolu 3

Moduli

1.  

Il-kontijiet ekonomiċi ambjentali li għandhom jiġu kkumpilati fi ħdan il-qafas komuni msemmi fl-Artikolu 1 għandhom jiġu raggruppati fil-moduli li ġejjin:

(a) 

modulu għall-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja, kif stipulat fl-Anness I;

(b) 

modulu għat-taxxi marbutin mal-ambjent minn attività ekonomika, kif stipulat fl-Anness II;

(c) 

modulu għall-kontijiet tal-fluss ta’ materjal mifrux mal-ekonomija kollha, kif stipulat fl-Anness III;

▼M1

(d) 

modulu għall-kontijiet tal-protezzjoni u l-infiq ambjentali, kif stipulat fl-Anness IV;

(e) 

modulu għall-kontijiet tas-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali, kif stipulat fl-Anness V;

(f) 

modulu għall-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija, kif stipulat fl-Anness VI;

▼M3

(g) 

modulu għall-kontijiet forestali, kif stipulat fl-Anness VII;

(h) 

modulu għall-kontijiet tas-sussidji ambjentali u ta' trasferimenti simili, kif stipulat fl-Anness VIII;

(i) 

modulu għall-kontijiet tal-ekosistema, kif stipulat fl-Anness IX.

▼B

2.  

Kull Anness għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-objettivi li għalihom għandhom jiġu kkumpilati l-kontijiet;

(b) 

dak li għandhom ikopru l-kontijiet;

(c) 

il-lista tal-karatteristiċi li turi liema dejta għandha tiġi kkumpilata u trażmessa;

(d) 

l-ewwel sena ta’ referenza, il-frekwenza u l-iskadenzi tat-trażmissjoni għall-kumpilazzjoni tal-kontijiet;

(e) 

it-tabelli ta’ rappurtar;

(f) 

it-tul ta’ żmien massimu tal-perijodi tranżitorji msemmijin fl-Artikolu 8 li matulhom il-Kummissjoni tista’ tagħti derogi.

▼M3

3.  

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9 fejn meħtieġ sabiex tqis l-iżviluppi ambjentali, ekonomiċi u tekniċi:

(a) 

biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tipprovdi gwida metodoloġika;

(b) 

biex temenda l-Annessi I sa VI fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (c), (d) u (e);

(c) 

biex temenda l-Annessi VII, VIII u IX fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (c), (d) u (e), dment li:

(i) 

il-lista ta' karatteristiċi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c), tiġi emendata biss b'sa erba' karatteristiċi għal kull Anness kull 3 snin; u

(ii) 

l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d), tiġi emendata biss sabiex jiġu stipulati l-ewwel sena bażi, il-frekwenza u l-iskadenzi għat-trażmissjoni ta' kwalunkwe karatteristika miżjuda.

Meta teżerċita s-setgħa tagħha skont dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati tagħha ma jimponux piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti. Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif xieraq l-atti delegati tagħha.

▼M1

4.  
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 9 sabiex tispeċifika l-prodotti ta' enerġija msemmija fit-Taqsima 3 tal-Anness VI, abbażi tal-listi stipulati fl-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

Tali atti delegati m'għandhomx jimponu piż sinifikanti addizzjonali fuq l-Istati Membri jew fuq dawk li jwieġbu. Meta tkun qed tistabbilixxi u sussegwentement taġġorna l-listi msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika l-azzjonijiet, filwaqt li fejn xieraq tuża input minn esperti relevanti f'analiżi tal-kost-effettività, inkluża valutazzjoni tal-piż fuq dawk li jwieġbu u tal-ispejjeż ta' produzzjoni.

5.  
Sabiex tiffaċilita applikazzjoni uniformi tal-Anness V, sal-31 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi ġabra indikattiva tal-prodotti u s-servizzi ambjentali u tal-attivitajiet ekonomiċi li għandhom ikunu koperti mill-Anness V abbażi tal-kategoriji li ġejjin: servizzi ambjentali speċifiċi, prodotti bi iskop unikament ambjentali (prodotti konnessi), prodotti adattati u teknoloġiji ambjentali. Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-ġabra fejn meħtieġ.

L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

▼B

Artikolu 4

▼M3

Studji pilota u tal-fattibbiltà

1.  
Il-Kummissjoni għandha tfassal programm biex l-Istati Membri jwettqu studji pilota u tal-fattibbiltà fuq bażi volontarja biex jiġi żviluppat ir-rapportar u titjieb il-kwalità tad-data, jiġu stabbiliti sensieli fit-tul u tiġi żviluppata l-metodoloġija. Il-programm għandu jinkludi studji pilota biex jiġu ttestjati l-moduli ġodda ta' kontijiet ekonomiċi ambjentali. Meta tfassal il-programm, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-moduli li jipproduċu data dwar is-sussidji għall-enerġija, inkluż is-sussidji għall-fjuwils fossili, u tiżgura li ma jitpoġġa l-ebda piż amministrattiv jew finanzjarju addizzjonali fuq l-Istati Membri u fuq ir-rispondenti.

▼B

2.  
Is-sejbiet tal-istudji pilota għandhom jiġu evalwati u ppubblikati mill-Kummissjoni, b’kont meħud tal-benefiċċji tad-disponibbiltà tad-dejta mqabblin mal-ispejjeż tal-ġbir u l-piż amministrattiv tar-rispons. Dawn is-sejbiet għandhom jiġu kkunsidrati fil-proposti għall-introduzzjoni ta’ moduli ġodda ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali li l-Kummissjoni tista’ tinkludi fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 10.

▼M3

3.  
Minbarra l-programm ta' studji pilota u tal-fattibbiltà, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha sas-27 ta’ Ġunju 2026, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, twettaq valutazzjoni tal-possibbiltajiet metodoloġiċi u l-fattibbiltà ta' valwazzjoni monetarja, fejn possibbilment tirrapporta l-valuri fejn dawk il-valuri huma neqsin u mezzi alternattivi possibbli ta' kejl għall-kontijiet tas-servizzi tal-ekosistema, filwaqt li tqis l-istandards internazzjonali tas-Sistema ta' Kontijiet Ekonomiċi Ambjentali – Kontabbiltà tal-Ekosistema (SEEA EA). Abbażi tar-riżultati ta' dik il-valutazzjoni u ta' dawk l-istudji, il-Kummissjoni tista' tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva li temenda dan ir-Regolament sabiex tinkludi l-kontijiet monetarji tal-ekosistema.

▼B

Artikolu 5

Ġbir ta’ dejta

1.  
F’konformità mal-Annessi ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiġbru d-dejta meħtieġa biex jiġu osservati l-karatteristiċi msemmijin fl-Artikolu 3(2)(c).
2.  

L-Istati Membri għandhom jiġbru d-dejta meħtieġa bl-użu ta’ kombinazzjoni tas-sorsi differenti speċifikati hawn taħt u filwaqt li japplikaw il-prinċipju ta’ simplifikazzjoni amministrattiva:

(a) 

stħarriġiet;

(b) 

proċeduri ta’ estimi statistiċi f’każijiet fejn xi wħud mill-karatteristiċi ma jkunux ġew osservati għall-unitajiet kollha;

(c) 

sorsi amministrattivi;

▼M3

(d) 

kwalunkwe sors, metodu jew approċċ innovattiv rilevanti ieħor, sakemm dan jippermetti l-produzzjoni ta' kontijiet ekonomiċi ambjentali li jkunu kumparabbli u konformi mar-rekwiżiti speċifiċi applikabbli tal-kwalità.

L-Istati Membri li jiddeċiedu li jużaw is-sorsi, il-metodi jew l-approċċi innovattivi msemmija fil-punt (d) għandhom jinformaw lill-Kummissjoni (il-Eurostat) mill-aktar fis u mhux aktar tard minn tmiem is-sena ta' qabel l-implimentazzjoni tal-metodu u għandhom jipprovdu dettalji dwar il-kwalità tad-data miksuba.

▼B

3.  
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u għandhom jipprovdu dettalji dwar il-metodi u s-sorsi użati.

Artikolu 6

Trażmissjoni lill-Kummissjoni (Eurostat)

1.  
L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) id-dejta li tinsab fl-Annessi, inkluża dik kunfidenzjali, fl-iskadenzi speċifikati fihom.
2.  
Id-dejta għandha tiġi trażmessa f’format tekniku adatt, li jrid ikun stipulat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 7

Valutazzjoni tal-kwalità

1.  
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji ta’ kwalità kif imsemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandhom japplikaw għad-dejta li tiġi trażmessa.
2.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b’rapport dwar il-kwalità tad-dejta trażmessa.
3.  
Fl-applikazzjoni tal-kriterji ta’ kwalità, imsemmija fil-paragrafu 1, għad-dejta koperta minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni bil-ħsieb li jiġu definiti l-modalitajiet, l-istruttura u l-frekwenza perjodika tar-rapporti ta’ kwalità. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).
4.  
Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-dejta trażmessa u tista’, fi żmien xahar minn meta tirċievi d-dejta, titlob lill-Istat Membru inkwistjoni biex jippreżenta informazzjoni addizzjonali rigward id-dejta jew sett ta’ dejta riveduta, kif adatt.

▼M3

Artikolu 8

Derogi

1.  
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni bl-għan li tagħti derogi lill-Istati Membri meta s-sistemi nazzjonali tal-istatistika tagħhom ikunu jeħtieġu adattamenti kbar. Jistgħu jingħataw derogi mill-Annessi matul il-perjodu tranżitorju msemmi fihom. Jistgħu jingħataw ukoll derogi mill-miżuri ta' implimentazzjoni u l-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament. Dawk id-derogi jistgħu jingħataw għal perjodu massimu ta' sentejn. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

L-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-bidliet li jirriżultaw minn modifiki fil-klassifikazzjonijiet u n-nomenklaturi jew bidliet fl-oqfsa kontabilistiċi tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

2.  
Għall-finijiet tal-ksib ta' deroga mill-Annessi VII, VIII u IX skont il-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba debitament ġustifikata lill-Kummissjoni sas-27 ta’ Diċembru 2026. Għall-fini tal-ksib ta' deroga skont il-paragrafu 1 minn miżuri ta' implimentazzjoni jew atti delegati adottati skont dan ir-Regolament li jidħlu fis-seħħ wara s-26 ta’ Diċembru 2024, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba debitament ġustifikata lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżura jew l-att ikkonċernat.

▼M3

Artikolu 8a

Finanzjament

1.  

Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Unjoni għandha tipprovdi l-appoġġ finanzjarju mill-Programm tas-Suq Uniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) lill-istituti nazzjonali tal-istatistika u lil awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, għal:

(a) 

l-iżvilupp ta' metodoloġiji għall-istatistika taħt dan ir-Regolament, inkluż il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-istudji pilota u tal-fattibbiltà rappreżentattivi msemmija fl-Artikolu 4;

(b) 

it-titjib tal-kwalità statistika tal-kontijiet, b'mod partikolari għall-iżvilupp jew it-titjib tal-proċessi, inkluż soluzzjonijiet b'bażi diġitali li għandhom l-għan li jipproduċu statistika ta' kwalità ogħla;

(c) 

it-titjib tal-puntwalità tal-kontijiet u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv u tar-rapportar.

2.  
L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni skont dan l-Artikolu għandu jiġi stabbilit f’konformità mar-regoli tal-Programm tas-Suq Uniku bħala parti mill-proċedura baġitarja annwali, soġġett għad-disponibbiltà tal-finanzjament. L-awtorità baġitarja għandha tiddeċiedi l-approprjazzjoni disponibbli għal kull sena.
3.  
Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, kontribuzzjoni finanzjarja tista' ssir disponibbli wkoll għall-istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 minn programmi finanzjarji applikabbli oħra tal-Unjoni f'konformità mar-regoli ta' tali programmi.

▼M3

Artikolu 9

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(3) u (4) u l-Artikolu 10 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-11 ta' Awwissu 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien ta' tul identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(3) u (4) u l-Artikolu 10 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.  
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  
Att delegat adottat f'konformità mal-Artikolu 3(3) jew (4) jew l-Artikolu 10 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li huma mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼M3

Artikolu 9a

Portal tad-Data Statistika tal-Kontijiet Ekonomiċi Ambjentali (“Dashboard”)

1.  
Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tistabbilixxi Portal tad-Data Statistika tal-Kontijiet Ekonomiċi Ambjentali (“Dashboard”), li għandu jiġbor fil-qosor l-indikaturi ewlenin mill-kontijiet ekonomiċi ambjentali b'mod interattiv u li jkun faċli għall-utent.

Il-portal tad-data għandu juri d-data pprovduta mill-Istati Membri f'kull wieħed mill-moduli stipulati f'dan ir-Regolament u dwar l-investimenti għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima msemmija fl-Artikolu 10, ir-raba' paragrafu.

2.  
Il-portal tad-data għandu jkun operazzjonali sal-31 ta' Diċembru 2024 u għandu jiġi aġġornat mill-Kummissjoni (il-Eurostat) darba fis-sena. Il-Portal tad-Data għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Eurostat.

▼B

Artikolu 10

Rapport u rieżami

Sal-31 ta’ Diċembru 2013 u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jevalwa b’mod partikolari l-kwalità tad-dejta trażmessa, il-metodi ta’ ġbir ta’ dejta, il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u fuq l-unitajiet rispondenti, kif ukoll il-fattibbiltà u l-effikaċja ta’ dik l-istatistika.

Ir-rapport għandu, jekk adatt u b’kont meħud tas-sejbiet imsemmija fl-Artikolu 4(2), jiġi akkumpanjat minn proposti:

▼M3

— 
sabiex jiġu introdotti moduli ġodda ta' kontijiet ekonomiċi ambjentali, bħal kontijiet tal-ilma (kwantitattivi u kwalitattivi), kontijiet ta' nfiq għall-ġestjoni tar-riżorsi, sussidji jew miżuri ta' appoġġ li potenzjalment jistgħu jkunu ta' ħsara għall-ambjent u l-kontijiet tal-iskart;

▼B

— 
imfassla biex ikomplu jtejbu l-kwalità tad-dejta u l-metodi tal-ġbir ta’ dejta, biex b’hekk jittejbu l-kopertura u l-komparabbiltà tad-dejta u jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq in-negozji u l-amministrazzjoni.

▼M3

Sal-31 ta' Diċembru 2024 u mill-inqas kull sentejn wara, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha toħroġ pubblikazzjoni diġitali li jkun fiha data u statistika dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, inkluż l-investimenti, miġbura mid-data rilevanti disponibbli mill-moduli tal-kontijiet ekonomiċi ambjentali u, jekk xieraq, minn sorsi oħra ta' data.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 9 sabiex temenda, kif xieraq, l-Anness V, it-Taqsima 3, biex tinkludi karatteristiċi rigward investimenti oħra dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Id-data inkluża fil-pubblikazzjoni diġitali msemmija fit-tielet paragrafu ta' dan l-Artikolu għandha tipprovdi diżaggregazzjoni ta' dik id-data għal kull Stat Membru, inkluż dwar l-investimenti, u għandha tkopri s-setturi kollha tal-ekonomija u s-setturi kollha tal-attivitajiet.

Sas-27 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kwalità tad-data disponibbli dwar is-sussidji għall-enerġija, inkluż sussidji għall-fjuwils fossili, dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima u dwar l-ilma u, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-introduzzjoni ta' moduli ġodda ta' kontijiet ekonomiċi ambjentali għas-sussidji tal-enerġija, inkluż sussidji għall-fjuwils fossili; l-adattament għat-tibdil fil-klima, inkluż l-infiq fuqu, u għall-kontijiet tal-ilma.

▼B

Artikolu 11

Kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

MODULU GĦALL-KONTIJIET TAL-EMISSJONIJIET FL-ARJA

Taqsima 1

OBJETTIVI

Il-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja jirreġistraw u jippreżentaw dejta dwar l-emissjonijiet fl-arja b’mod li jkun kompatibbli mas-sistema tal-kontijiet nazzjonali. Huma jirreġistraw l-emissjonijiet fl-arja tal-ekonomiji nazzjonali f’analiżi sistematika skont l-attività ekonomika li tikkawża emissjonijiet fl-arja kif deskritt fl- ►M3  ESA 2010 ◄ . L-attivitajiet ekonomiċi jinkludu l-produzzjoni u l-konsum.

Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tinġabar, tiġi kkumpilata, trażmessa u evalwata għall-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja mill-Istati Membri. Dik id-dejta ser tiġi żviluppata b’mod li jorbot l-emissjonijiet mal-attivitajiet ekonomiċi ta’ produzzjoni u konsum mill-industriji u d-djar privati. Id-dejta dwar l-emissjonijiet diretti li tiġi rappurtata skont dan ir-Regolament ser tiġi kkombinata mat-tabelli ekonomiċi tad-dħul u l-ħruġ, mat-tabelli tal-forniment u l-użu u mad-dejta dwar il-konsum fid-djar privati li diġà qed jiġu rappurtati lill-Kummissjoni (Eurostat) bħala parti mir-rappurtar tal- ►M3  ESA 2010 ◄ .

Taqsima 2

KOPERTURA

Il-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja għandhom l-istess konfini tas-sistema bħall- ►M3  ESA 2010 ◄  u huma bbażati wkoll fuq l-istess prinċipju ta’ residenza.

F’konformità mal- ►M3  ESA 2010 ◄ , il-kunċett ta’ residenza huwa bbażat fuq il-prinċipju li ġej: unità hija definita bħala unità residenti ta’ pajjiż meta jkollha ċentru ta’ interess ekonomiku fit-territorju ekonomiku ta’ dak il-pajjiż, — jiġifieri, meta għal perijodu estiż (sena jew aktar) hija tinvolvi ruħha f’attivitajiet ekonomiċi f’dak it-territorju.

Il-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja jirreġistraw l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-unitajiet residenzjali, mingħajr ma jitqies minn fejn ikunu ġejjin ġeografikament.

Il-kontijiet tal-emissjonijiet fl-arja jirreġistraw il-flussi ta’ materjali residwi gassużi u ta’ partikuli li joriġinaw mill-ekonomija nazzjonali u jidħlu fl-atmosfera. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, it-terminu “atmosfera” jirreferi għal komponent tas-sistema ambjentali. Il-konfini tas-sistema jirreferi għall-konfini bejn l-ekonomija nazzjonali (bħala parti mis-sistema ekonomika) u l-atmosfera (bħala parti tas-sistema ambjentali). Wara li jkunu qasmu l-konfini tas-sistema, is-sostanzi emessi jkunu ħarġu minn kull kontroll tal-bniedem u saru parti miċ-ċikli tal-materjali naturali fejn jistgħu jikkawżaw diversi tipi ta’ impatti ambjentali.

▼M2

Taqsima 3

LISTA TA’ KARATTERISTIĊI

L-Istati Membri għandhom jipproduċu statistika dwar l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu fl-arja, li ġejjin:



Isem

Simbolu

Unità ta’ rapportar

Diossidu tal-karbonju mingħajr emissjonijiet mill-bijomassa

CO2

1 000 tunnellata (Gg)

Diossidu tal-karbonju mill-bijomassa

Bijomassa CO2

1 000 tunnellata (Gg)

Ossidu nitruż

N2O

tunnellati (Mg)

Metan

CH4

tunnellati (Mg)

Perfluworokarburi

PFC

tunnellati (Mg) ekwivalenti ta’ CO2

Idrofluworokarburi

HFC

tunnellati (Mg) ekwivalenti ta’ CO2

Eżafluworur tal-kubrit u trifluworur tan-nitroġenu

SF6 NF3

tunnellati (Mg) ekwivalenti ta’ CO2

Ossidi tan-nitroġenu

NOX

tunnellati (Mg) ekwivalenti ta’ NO2

Komposti volatili organiċi mhux metaniċi

NMVOC

tunnellati (Mg)

Monossidu tal-karbonju

CO

tunnellati (Mg)

Materja partikolata < 10 μm

PM10

tunnellati (Mg)

Materja partikolata < 2,5 μm

PM2,5

tunnellati (Mg)

Ossidi tal-kubrit

SOX

tunnellati (Mg) ekwivalenti ta’ SO2

Ammonijaka

NH3

tunnellati (Mg)

Id-data kollha għandha tkun rapportata sa punt deċimali wieħed.

▼B

Taqsima 4

L-EWWEL SENA TA’ REFERENZA, IL-FREKWENZA U L-ISKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI

1. L-istatistika għandha tkun kumpilata u trażmessa fuq bażi annwali.

2. L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 21 xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza.

3. Sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta’ dejta kompleti u fil-ħin, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproduċi, hekk kif issir disponibbli dejta suffiċjenti skont il-pajjiżi, estimi għat-totali tal-UE-27 għall-aggregati prinċipali ta’ dan il-modulu. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika estimi għad-dejta li ma ġietx trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenzi speċifikati fil-punt 2.

4. L-ewwel sena ta’ referenza hija s-sena li fiha jidħol fis-seħħ ir-Regolament.

5. Fl-ewwel trażmissjoni tad-dejta, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-dejta annwali mill-2008 sal-ewwel sena ta’ referenza.

6. F’kull trażmissjoni sussegwenti ta’ dejta lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta annwali għas-snin n-4, n-3, n-2, n-1 u n, fejn n hija s-sena ta’ referenza.

▼M2

Taqsima 5

TABELLI TA’ RAPPORTAR

1. Għal kull waħda mill-karatteristiċi msemmija fit-Taqsima 3, id-data għandha tkun prodotta permezz ta’ klassifikazzjoni ġerarkika ta’ attivitajiet ekonomiċi, NACE Rev. 2 (livell ta’ aggregazzjoni A*64), kompletament kompatibbli mal- ►M3  ESA 2010 ◄ . Barra minn hekk, għandha tkun prodotta data għall-:

— 
Emissjonijiet tal-arja mill-unitajiet domestiċi,
— 
Entrati rikonċiljatorji, jiġifieri entrati ta’ rapportar li jirrikonċiljaw ċarament id-differenzi bejn il-kontijiet tal-emissjonijiet tal-arja rapportati skont dan ir-Regolament u dik id-data rapportata fl-inventarji nazzjonali uffiċjali dwar l-emissjonijiet tal-arja.

2. Il-klassifikazzjoni ġerarkika msemmija fil-paragrafu 1 hija kif ġej:

Emissjonijiet tal-arja skont l-industrija — NACE Rev. 2 (A*64)

Emissjonijiet tal-arja mill-unitajiet domestiċi

— 
Trasport
— 
Tisħin/tkessiħ
— 
Oħra

Entrati rikonċiljatorji

Total tal-kontijiet tal-emissjonijiet tal-arja (attivitajiet ta’ produzzjoni + unitajiet domestiċi) għal kull waħda mill-karatteristiċi msemmija fit-Taqsima 3

Nieqes ir-residenti nazzjonali li jkunu msefrin

— 
Bastimenti tas-sajd nazzjonali li jkunu qegħdin joperaw barra mill-pajjiż
— 
Trasport fuq l-art
— 
Trasport fuq l-ilma
— 
Trasport bl-ajru

Plus nies nonresidenti fit-territorju

+ 

Trasport fuq l-art

+ 

Trasport fuq l-ilma

+ 

Trasport bl-ajru

(+ jew –) 

Aġġustamenti oħra u diskrepanzi fl-istatistika

= 

Total ta’ emissjonijiet ta’ inkwinant X kif rapportati lill-UNFCCC ( 4 )/CLRTAP ( 5 )

▼B

Taqsima 6

TUL TA’ ŻMIEN MASSIMU TAL-PERIJODI TRANŻITORJI

Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, it-tul ta’ żmien massimu tal-perijodu tranżitorju huwa ta’ sentejn mill-iskadenza tal-ewwel trażmissjoni.




ANNESS II

MODULU GĦAT-TAXXI RELATATI MAL-AMBJENT MILL-ATTIVITÀ EKONOMIKA

Taqsima 1

OBJETTIVI

L-istatistika dwar it-taxxi relatati mal-ambjent tirreġistra u tippreżenta dejta kif tidher mill-perspettiva tal-entitajiet li jħallsu t-taxxi b’mod li huwa kompletament kompatibbli mad-dejta rapportata skont l- ►M3  ESA 2010 ◄ . Din tirreġistra d-dħul mit-taxxi relatati mal-ambjent tal-ekonomiji nazzjonali skont l-attività ekonomika. L-attivitajiet ekonomiċi jinkludu l-produzzjoni u l-konsum.

Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tinġabar, tiġi ikkumpilata, trażmessa u evalwata għad-dħul mit-taxxi relatati mal-ambjent skont l-attività ekonomika mill-Istati Membri.

L-istatistika dwar it-taxxi marbutin mal-ambjent tista’ tuża l-istatistika dwar it-taxxi u l-istatistika dwar il-finanzi tal-gvern direttament, iżda hemm xi vantaġġi meta tintuża d-dejta dwar it-taxxi rrapportata skont l- ►M3  ESA 2010 ◄ , jekk dan ikun possibbli.

L-istatistika dwar it-taxxi relatati mal-ambjent hija bbażata fuq l-ammonti murija mill-valutazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet jew l-irċevuti ta’ flus kontanti aġġustati għaż-żmien, biex tkun żgurata l-konsistenza mal- ►M3  ESA 2010 ◄  u biex tittejjeb il-komparabbiltà internazzjonali.

L- ►M3  ESA 2010 ◄ fiha wkoll informazzjoni dwar liema huma l-industriji u s-setturi li qegħdin iħallsu t-taxxi. L-informazzjoni dwar it-taxxi rapportata taħt l- ►M3  ESA 2010 ◄ tista’ tinstab fil-kontijiet tas-settur istituzzjonali u t-tabelli tal-forniment u l-użu.

Taqsima 2

KOPERTURA

It-taxxi relatati mal-ambjent għandhom l-istess konfini tas-sistema bħall- ►M3  ESA 2010 ◄  u jikkonsistu f’pagamenti obbligatorji mhux imraddin lura, fi flus kontanti jew in natura, li jiġu ntaxxati mill-gvern ġenerali jew mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

It-taxxi relatati mal-ambjent jidħlu fil-kategoriji tal- ►M3  ESA 2010 ◄ li ġejjin:

— 
taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet (D.2),
— 
taxxi attwali fuq id-dħul, il-ġid, eċċ. (D.5),
— 
taxxi kapitali (D.91).

▼M2

Taqsima 3

LISTA TA’ KARATTERISTIĊI

L-Istati Membri għandhom jipproduċu l-istatistika dwar it-taxxi relatati mal-ambjent skont il-karatteristiċi li ġejjin:

— 
taxxi fuq l-enerġija,
— 
taxxi fuq it-trasport,
— 
taxxi fuq it-tniġġis,
— 
taxxi fuq ir-riżorsi,

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw ukoll, bħala karatteristika distinta, id-dħul mit-taxxa tal-gvern irreġistrat fis-Sistema Ewropea tal-Kontijiet fir-rigward tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet.

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw ukoll, bħala karatteristika distinta, taxxi oħra relatati mal-ambjent li ġew inklużi fit-taxxi totali fuq l-enerġija, it-trasport, it-tniġġis jew ir-riżorsi u li huma imposti fuq il-kontenut tal-karbonju tal-fjuwils (taxxi oħra tas-CO2).

Id-data kollha għandha tiġi rapportata f’miljuni, fil-munita nazzjonali.

Taqsima 4

L-EWWEL SENA TA’ REFERENZA, FREKWENZA U SKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI

1. L-istatistika għandha tiġi kumpilata u trażmessa fuq bażi annwali.

2. L-istatistiċi għandhom jiġu trażmessi fi żmien 16-il xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza. Dan japplika mis-sena ta’ referenza 2020.

3. Sabiex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet tal-utent għal settijiet ta’ data kompleti u tempestivi, malli jkun hemm disponibbli data suffiċjenti ta’ pajjiż, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproduċi stimi għat-totali tal-UE-27 għall-aggregati prinċipali ta’ dan il-modulu. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika stimi għad-data li ma ġietx trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenza speċifikata fil-punt 2.

4. L-ewwel sena ta’ referenza hija l-2020.

5. F’kull trażmissjoni ta’ data lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu data annwali għas-snin n-4, n-3, n-2, n-1 u n, fejn n hija s-sena ta’ referenza. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe data disponibbli għas-snin ta’ qabel l-2016.

▼B

Taqsima 5

TABELLI TA’ RAPPURTAR

Għal kull waħda mill-karatteristiċi msemmija fit-Taqsima 3, id-dejta għandha tkun rapportata mill-perspettiva tal-entitajiet li jħallsu t-taxxi.

Għall-produtturi, għandha tiġi rrapportata dejta fuq analiżi sistematika tal-klassifikazzjoni ġerarkika tal-attivitajiet ekonomiċi, NACE Rev.2 (livell ta’ aggregazzjoni A*64 kif stipulat fl- ►M3  ESA 2010 ◄ ).

Għall-konsumaturi, għandha tiġi rrapportata dejta għal:

— 
djar privati,
— 
nies li mhumiex residenti.

Fejn it-taxxa ma tistax tiġi attribwita li xi waħda mir-raggruppamenti ta’ attivitajiet imsemmijin hawn fuq, id-dejta għandha tiġi rapportata bħala mhux allokata.

Taqsima 6

TUL TA’ ŻMIEN MASSIMU TAL-PERIJODI TRANŻITORJI

Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, it-tul ta’ żmien massimu tal-perijodu tranżitorju huwa ta’ sentejn mill-iskadenza għall-ewwel trażmissjoni.




ANNESS III

MODULU GĦALL-KONTIJIET TAL-FLUSS TA’ MATERJAL MIFRUX MAL-EKONOMIJA KOLLHA (EW-MFA)

Taqsima 1

OBJETTIVI

L-EW-MFA jkopri l-materjali solidi, gassużi u likwidi kollha, minbarrra l-flussi tal-arja u l-ilma, imkejla f’unitajiet ta’ massa għal kull sena. Bħas-sistema ta’ kontijiet nazzjonali, l-EW-MFA iservi żewġ finijiet ewlenin. Il-flussi tal-materjali dettaljati jipprovdu bażi ta’ dejta empirika rikka għal għadd kbir ta’ studji analitiċi. Dawn jintużaw ukoll biex jiġu kumpilati varjetà ta’ indikaturi ta’ flussi ta’ materjal mifrux mal-ekonomija kollha għall-ekonomiji nazzjonali.

Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tinġabar, tiġi kkumpilata, trażmessa u evalwata għall-EW-MFA mill-Istati Membri.

Taqsima 2

KOPERTURA

Id-distinzjoni bejn ħażniet u flussi hija prinċipju fundamentali ta’ sistema ta’ fluss ta’ materjal. B’mod ġenerali, fluss huwa element varjabbli li jkejjel kwantità għal kull perijodu ta’ żmien, filwaqt li ħażna hija element varjabbli li jkejjel kwantità f’ċertu mument ta’ żmien. L-EW-MFA huma kunċett ta’ flussi. Dan ikejjel il-flussi ta’ dħul materjali, ħruġ u l-bidliet fil-ħażna fi ħdan l-ekonomija f’unitajiet ta’ massa għal kull sena.

L-EW-MFA huwa koerenti mal-prinċipji tas-sistema tal-kontijiet nazzjonali, bħall-prinċipju ta’ residenza. Huwa jispjega l-flussi ta’ materjali assoċjati mal-attivitajiet tal-unitajiet residenzjali kollha ta’ ekonomija nazzjonali irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom.

Fl-EW-MFA, hemm żewġ tipi ta’ flussi ta’ materjali li jaqbżu l-konfini tas-sistemi li huma rilevanti:

1. 

Il-flussi ta’ materjali bejn l-ekonomija nazzjonali u l-ambjent naturali tagħha. Dan jikkonsisti fl-estrazzjoni ta’ materjali (jiġifieri, materja prima, maħduma jew verġni) mill-ambjent naturali u r-rimi ta’ materjali (spiss imsejħa residwi) fl-ambjent naturali.

2. 

Il-flussi ta’ materjali bejn l-ekonomija nazzjonali u l-kumplament tal-ekonomija tad-dinja. Dawn jinkludu l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet.

Il-flussi kollha li jaqbżu dawn il-konfini tas-sistemi huma inklużi fl-EW-MFA, kif ukoll l-addizzjonijiet għall-ħażniet magħmulin mill-bniedem. Il-flussi ta’ materjali l-oħra kollha fl-ekonomija mhumiex rappreżentati fl-EW-MFA. Dan ifisser li l-ekonomija nazzjonali hija trattata fl-intier tagħha fl-EW-MFA u, eż., il-kunsinni ta’ prodotti fi ħdan l-industrija mhumiex deskritti. Il-flussi naturali fl-ambjent naturali huma esklużi bl-istess mod.

Taqsima 3

LISTA TA’ KARATTERISTIĊI

L-Istati Membri għandhom jipproduċu statistika dwar il-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 5 għall-EW-MFA, fejn applikabbli.

1. L-estrazzjoni domestika (DE) tkopri l-ammont annwali ta’ materjali f’għamla solida, likwida jew gassuża (minbarra l-arja u l-ilma) li jiġu estratti mill-ambjent naturali biex jintużaw bħala dħul fl-ekonomija.

2. L-importazzjonijiet fiżiċi u l-esportazzjonijiet fiżiċi jkopru l-prodotti bażiċi kollha importati jew esportati f’unitajiet ta’ massa. Il-prodotti bażiċi kkummerċjalizzati jinkludu oġġetti fl-istadji kollha ta’ proċessar, minn prodotti mhux raffinati għal prodotti lesti.

▼M2

Taqsima 4

L-EWWEL SENA TA’ REFERENZA, FREKWENZA U SKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI

1. L-istatistika għandha tiġi kumpilata u trażmessa fuq bażi annwali.

2. L-istatistiċi għandhom jiġu trażmessi fi żmien 16-il xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza. Dan japplika mis-sena ta’ referenza 2021.

3. Sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta’ data kompleti u fil-ħin, malli jkun hemm disponibbli data suffiċjenti ta’ pajjiż, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproduċi stimi għat-totali tal-UE-27 għall-aggregati prinċipali ta’ dan il-modulu. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika stimi għad-data li ma ġietx trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenza speċifikata fil-punt 2.

4. L-ewwel sena ta’ referenza hija l-2021.

5. F’kull trażmissjoni ta’ data lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu data annwali għas-snin n-4, n-3, n-2, n-1 u n, fejn n hija s-sena ta’ referenza. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe data disponibbli għas-snin ta’ qabel l-2017.

Taqsima 5

TABELLI TA’ RAPPORTAR

Għandha tiġi prodotta data, espressa f’unitajiet ta’ massa, għall-karatteristiċi elenkati fit-tabelli li ġejjin.

Tabella A — Estrazzjoni domestika

MF.1 

Bijomassa

MF.1.1 

Għelejjel (minbarra l-għelejjel tal-foraġġ)

MF.1.1.1 

Ċereali

MF.1.1.2 

Għeruq, tuberi

MF.1.1.3 

Għelejjel taz-zokkor

MF.1.1.4 

Bus u ħemes

MF.1.1.5 

Ġwież

MF.1.1.6 

Għelejjel għall-produzzjoni taż-żejt

MF.1.1.7 

Ħxejjex

MF.1.1.8 

Frott

MF.1.1.9 

Fibri

MF.1.1.A 

Għelejjel oħra (minbarra l-għelejjel tal-foraġġ) mhux klassifikati banda oħra (n.e.c.)

MF.1.2 

Residwi tal-għelejjel (użati), għelejjel tal-foraġġ u bijomassa għall-mergħa

MF.1.2.1 

Residwi tal-għelejjel (użati)

MF.1.2.1.1 

Tiben

MF.1.2.1.2 

Residwi oħra tal-għelejjel (weraq tal-pitravi taz-zokkor u tal-foraġġ, eċċ.)

MF.1.2.2 

Għelejjel tal-foraġġ u bijomassa għall-mergħa

MF.1.2.2.1 

Għelejjel tal-foraġġ (inkluż bijomassa maħsuda mill-bur)

MF.1.2.2.2 

Bijomassa għall-mergħa

MF.1.3 

Injam

MF.1.3.1 

Injam ippreparat (injam tond industrijali)

MF.1.3.2 

Karburant mill-injam u estrazzjoni oħra

MF.1.4 

Qbid ta’ ħut selvaġġ, pjanti u annimali akkwatiċi, kaċċa u ħsad

MF.1.4.1 

Qbid ta’ ħut selvaġġ

MF.1.4.2 

L-annimali u l-pjanti akkwatiċi l-oħra kollha

MF.1.4.3 

Kaċċa u ħsad

MF.2 

Minerali tal-metall (minerali gross)

MF.2.1 

Ħadid

MF.2.2 

Metall mhux ferruż

MF.2.2.1 

Ram

MF.2.2.2 

Nikil

MF.2.2.3 

Ċomb

MF.2.2.4 

Żingu

MF.2.2.5 

Landa

MF.2.2.6 

Deheb, fidda, platinu u metalli prezzjużi oħra

MF.2.2.7 

Boksajt u aluminju ieħor

MF.2.2.8 

Uranju u torju

MF.2.2.9 

Metalli oħra mhux ferrużi

MF.3 

Minerali mhux metalliċi

MF.3.1 

Irħam, granit, blat ramli, porfirju, bażalt, ġebel ieħor għall-użu ornamentali jew għall-bini (minbarra l-lavanja)

MF.3.2 

Ġibs u dolomit

MF.3.3 

Lavanja

MF.3.4 

Minerali kimiċi u fertilizzanti

MF.3.5 

Melħ

MF.3.6 

Ġebla tal-ġir u ġipsum

MF.3.7 

Tafal u kawlina

MF.3.8 

Ramel u żrar

MF.3.9 

Minerali oħra mhux metalliċi n.e.c.

MF.3.A 

Materjali mħaffrin mill-art (inkluż il-ħamrija), jekk ikunu użati biss (rapportar fakultattiv)

MF.4 

Materjali/vetturi ta’ enerġija mill-fossili

MF.4.1 

Faħam u materjali/vetturi solidi oħra ta’ enerġija

MF.4.1.1 

Linjite (faħam kannella)

MF.4.1.2 

Antraċit

MF.4.1.3 

Shale bituminuż u ramel tal-qatran

MF.4.1.4 

Pit

MF.4.2 

Materjali/vetturi ta’ enerġija likwidi u gassużi

MF.4.2.1 

Żejt grezz, kondensat u likwidi tal-gass naturali (NGL)

MF.4.2.2 

Gass naturali

Tabelli B (Importazzjonijiet — Kummerċ totali) u D (Esportazzjonijiet — Kummerċ totali)

MF.1 

Bijomassa

MF.1.1 

Għelejjel (minbarra l-għelejjel tal-foraġġ)

MF.1.1.1 

Ċereali

MF.1.1.2 

Għeruq, tuberi

MF.1.1.3 

Għelejjel taz-zokkor

MF.1.1.4 

Bus u ħemes

MF.1.1.5 

Ġwież

MF.1.1.6 

Għelejjel għall-produzzjoni taż-żejt

MF.1.1.7 

Ħxejjex

MF.1.1.8 

Frott

MF.1.1.9 

Fibri

MF.1.1.A 

Għelejjel oħra (minbarra l-għelejjel tal-foraġġ) n.e.c.

MF.1.2 

Residwi tal-għelejjel (użati), għelejjel tal-foraġġ u bijomassa għall-mergħa

MF.1.2.1 

Residwi tal-għelejjel (użati)

MF.1.2.1.1 

Tiben

MF.1.2.1.2 

Residwi oħra tal-għelejjel (weraq tal-pitravi taz-zokkor u tal-foraġġ, eċċ.)

MF.1.2.2 

Għelejjel tal-foraġġ u bijomassa għall-mergħa

MF.1.2.2.1 

Għelejjel tal-foraġġ (inkluż bijomassa maħsuda mill-bur)

MF.1.3 

Injam

MF.1.3.1 

Injam ippreparat (injam tond industrijali)

MF.1.3.2 

Karburant mill-injam u estrazzjoni oħra

MF.1.4 

Qbid ta’ ħut selvaġġ, pjanti u annimali akkwatiċi, kaċċa u ħsad

MF.1.4.1 

Qbid ta’ ħut selvaġġ

MF.1.4.2 

L-annimali u l-pjanti akkwatiċi l-oħra kollha

MF.1.5 

Annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (eskluż il-ħut selvaġġ, pjanti u annimali akkwatiċi, annimali kkaċċjati

MF.1.5.1 

Annimali ħajjin (eskluż il-ħut selvaġġ, pjanti u annimali akkwatiċi, annimali kkaċċjati

MF.1.5.2 

Laħam u preparazzjonijiet tal-laħam

MF.1.5.3 

Prodotti tal-ħalib, għasafar, bajd u għasel

MF.1.5.4 

Prodotti oħra mill-annimali (fibri, ġlud, ġlud bil-pil, ġilda tal-annimali eċċ)

MF.1.6 

Prodotti prinċipalment mill-bijomassa

MF.2 

Minerali tal-metall (minerali gross)

MF.2.1 

Ħadid

MF.2.2 

Metall mhux ferruż

MF.2.2.1 

Ram

MF.2.2.2 

Nikil

MF.2.2.3 

Ċomb

MF.2.2.4 

Żingu

MF.2.2.5 

Landa

MF.2.2.6 

Deheb, fidda, platinu u metalli prezzjużi oħra

MF.2.2.7 

Boksajt u aluminju ieħor

MF.2.2.8 

Uranju u torju

MF.2.2.9 

Metalli oħra mhux ferrużi

MF.2.3 

Prodotti prinċipalment mill-metalli

MF.3 

Minerali mhux metalliċi

MF.3.1 

Irħam, granit, blat ramli, porfirju, bażalt, ġebel ieħor għall-użu ornamentali jew għall-bini (minbarra l-lavanja)

MF.3.2 

Ġibs u dolomit

MF.3.3 

Lavanja

MF.3.4 

Minerali kimiċi u fertilizzanti

MF.3.5 

Melħ

MF.3.6 

Ġebla tal-ġir u ġipsum

MF.3.7 

Tafal u kawlina

MF.3.8 

Ramel u żrar

MF.3.9 

Minerali oħra mhux metalliċi n.e.c.

MF.3.B 

Prodotti prinċipalment mill-minerali mhux metalliċi

MF.4 

Materjali/vetturi ta’ enerġija mill-fossili

MF.4.1 

Faħam u materjali/vetturi solidi oħra ta’ enerġija

MF.4.1.1 

Linjite (faħam kannella)

MF.4.1.2 

Antraċit

MF.4.1.3 

Shale bituminuż u ramel tal-qatran

MF.4.1.4 

Pit

MF.4.2 

Materjali/vetturi ta’ enerġija likwidi u gassużi

MF.4.2.1 

Żejt grezz, kondensat u likwidi ta’ gass naturali (LNG)

MF.4.2.2 

Gass naturali

MF.4.2.3 

Karburanti maħżuna (Importazzjonijiet: minn unitajiet residenti barra mill-pajjiż; Esportazzjonijiet: minn unitajiet mhux residenti domestikament)

MF.4.2.3.1 

Karburant għat-trasport fuq l-art

MF.4.2.3.2 

Karburant għat-trasport fuq l-ilma

MF.4.2.3.3 

Karburant għat-trasport bl-ajru

MF.4.3 

Prodotti prinċipalment minn prodotti fossili enerġetiċi

MF.5 

Prodotti oħra

MF.6 

Skart għat-trattament finali u r-rimi

▼B

Taqsima 6

IT-TUL TA’ ŻMIEN MASSIMU TAL-PERIJODI TRANŻITORJI

Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, it-tul ta’ żmien massimu tal-perijodu tranżitorju huwa ta’ sentejn mill-iskadenza għall-ewwel trażmissjoni.

▼M1




ANNESS IV

MODULU GĦALL-KONTIJIET TAL-PROTEZZJONI TAL-INFIQ AMBJENTALI

Taqsima 1

GĦANIJIET

Il-kontijiet tal-protezzjoni u l-infiq ambjentali jippreżentaw dejta, b'mod li hija kompatibbli mad-dejta rrappurtata skont is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA), dwar l-infiq għall-protezzjoni ambjentali, jiġifieri r-riżorsi ekonomiċi ddedikati minn unitajiet residenti għall-protezzjoni ambjentali. Tali kontijiet jippermettu l-kumpilazzjoni tal-infiq nazzjonali għall-protezzjoni tal-ambjent li huwa ddefinit bħala s-somma tal-użi tas-servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent minn unitajiet residenti u l-formazzjoni grossa tal-kapital fiss (GFCF) għall-attivitajiet tal-protezzjoni tal-ambjent u tat-trasferimenti għall-protezzjoni tal-ambjent li mhumiex kontroparti tal-punti ta' qabel, li minnhom jitnaqqsu l-finanzjamenti mogħtija mill-bqija tad-dinja.

Il-kontijiet tal-protezzjoni u l-infiq ambjentali għandhom jużaw l-informazzjoni eżistenti minn kontijiet nazzjonali (produzzjoni u ġenerazzjoni tal-kontijiet tal-introjtu; GFCF skont NACE, tabelli tal-provvista u l-użu; dejta ibbażata fuq il-klassifikazzjoni tal-funzjonijiet tal-gvern), statistika strutturali tan-negozju, reġistru tan-negozju u sorsi oħra.

Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tiġi miġbura, ikkumpilata, trażmessa u evalwata għall-finijiet tal-protezzjoni u l-infiq ambjentali mill-Istati Membri.

Taqsima 2

KOPERTURA

Il-kontijiet tal-protezzjoni u l-infiq ambjentali għandhom l-istess konfini tas-sistema bħall-ESA u juru l-infiq għall-protezzjoni ambjentali għall-attivitajiet prinċipali, sekondarji u anċillari. Huma koperti s-setturi li ġejjin:

— 
amministrazzjoni pubblika (inklużi l-istituzzjonijiet li ma jagħmlux profitt u li jagħtu servizz lill-familji) u l-korporazzjonijiet bħas-setturi istituzzjonali li jipproduċu servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent. Il-produtturi speċjalizzati jipproduċu servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent bħala l-attività prinċipali tagħhom,
— 
l-unità domestika, l-amministrazzjoni pubblika u l-korporazzjonijiet bħala konsumaturi tas-servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent,
— 
il-bqija tad-dinja bħala benefiċjarja jew l-oriġini tat-trasferimenti għall-protezzjoni tal-ambjent.

▼M2

Taqsima 3

LISTA TA’ KARATTERISTIĊI

L-Istati Membri għandhom jipproduċu l-kontijiet tan-nefqa għall-protezzjoni ambjentali skont il-karatteristiċi li ġejjin li huma definiti f’konformità mal-ESA:

— 
output ta’ servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent. Issir distinzjoni bejn l-output tas-suq, l-output mhux tas-suq u l-output ta’ attivitajiet anċillari,
— 
konsum intermedju ta’ servizzi għall-protezzjoni ambjentali
— 
konsum intermedju ta’ servizzi għall-protezzjoni ambjentali għall-produzzjoni ta’ servizzi għall-protezzjoni ambjentali,
— 
importazzjonijiet u esportazzjonijiet ta’ servizzi għall-protezzjoni ambjentali,
— 
taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u taxxi oħra minus is-sussidji fuq il-prodotti ta’ servizzi għall-protezzjoni ambjentali,
— 
formazzjoni grossa tal-kapital fiss u akwiżizzjonijiet minus id-disponimenti ta’ assi mhux finanzjarji u mhux prodotti għall-produzzjoni ta’ servizzi għall-protezzjoni ambjentali,
— 
konsum finali ta’ servizzi għall-protezzjoni ambjentali.

▼M3 —————

▼M2

Id-data kollha għandha tiġi rapportata f’miljuni, fil-munita nazzjonali.

Taqsima 4

L-EWWEL SENA TA’ REFERENZA, FREKWENZA U SKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI

1. L-istatistika għandha tiġi kumpilata u trażmessa fuq bażi annwali.

2. L-istatistiċi għandhom jiġu trażmessi fi żmien 24 xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza. Dan japplika mis-sena ta’ referenza 2020.

3. Sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta’ data kompleti u fil-ħin, malli jkun hemm disponibbli data suffiċjenti ta’ pajjiż, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproduċi stimi għat-totali tal- ►M3  EU-27 ◄ għall-aggregati prinċipali ta’ dan il-modulu. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika stimi għad-data li ma ġietx trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenza speċifikata fil-punt 2.

4. L-ewwel sena ta’ referenza hija l-2020.

5. F’kull trażmissjoni ta’ data lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu data annwali għas-snin n – 2, n – 1 u n, fejn n hija s-sena ta’ referenza. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe data disponibbli għas-snin ta’ qabel l-2018.

Taqsima 5

TABELLI TA’ RAPPORTAR

1. Għall-karatteristiċi msemmija fit-Taqsima 3, id-data għandha tiġi rapportata skont din id-diżaggregazzjoni:

— 
tipi ta’ produtturi/konsumaturi ta’ servizzi għall-protezzjoni ambjentali kif definiti fit-Taqsima 2,
— 
klassijiet tal-klassifikazzjoni tal-attivitajiet għall-protezzjoni ambjentali (CEPA) miġbura kif ġej:
— 
CEPA 1
— 
CEPA 2
— 
CEPA 3
— 
CEPA 4
— 
CEPA 5
— 
CEPA 6
— 
Somma tas-CEPA 7, CEPA 8 u CEPA 9
— 
Id-diżaggregazzjonijiet tan-NACE li ġejjin għall-produzzjoni anċillari ta’ servizzi għall-protezzjoni ambjentali: NACE Rev. 2 B, C, D, Diviżjoni 36. Id-data għat-taqsima C għandha tiġi preżentata kif ġej:
— 
NACE C10-C12 - Manifattura tal-prodotti alimentari; xorb u prodotti tat-tabakk
— 
NACE C17 - Manifattura tal-karti u tal-prodotti tal-karti
— 
NACE C19-20 - Manifattura tal-kokk, kimiċi u petroleum raffinat u prodotti kimiċi
— 
NACE C 21-23 - Manifattura tal-prodotti mediċinali, lastiku, plastik u prodotti oħra mhux metalliċi
— 
NACE C 24 - Manifattura ta’ metalli bażiċi
— 
NACE C 25-30 – Manifattura ta’ prodotti tal-metall fabbrikat, inkluż magni u tagħmir
— 
NACE C13-16, 18, 31-33 – attivitajiet oħra tal-manifattura

L-Istati Membri fejn l-ammont totali tal-fatturat jew l-għadd ta’ persuni impjegati f’wieħed jew aktar minn dawn id-diżaggregazzjonijiet tan-NACE jirrappreżenta inqas minn 1 % tat-total tal-Unjoni, ma għandhomx għalfejn jipprovdu data għal dawk id-diżaggregazzjonijiet tan-NACE.

2. Il-klassijiet tas-CEPA msemmija fil-punt 1 huma kif ġej:

CEPA 1 — Protezzjoni tal-arja ambjentali u l-klima
CEPA 2 — Ġestjoni tal-ilma mormi
CEPA 3 — Immaniġjar tal-iskart
CEPA 4 — Protezzjoni u rijabilitazzjoni tal-ħamrija, tal-ilma tal-pjan u tal-ilma tal-wiċċ
CEPA 5 — Tnaqqis tal-istorbju u l-vibrazzjoni
CEPA 6 — Protezzjoni tal-bijodiversità u tal-pajsaġġi
CEPA 7 — Protezzjoni kontra r-radjazzjoni
CEPA 8 — Riċerka u żvilupp ambjentali
CEPA 9 — Attivitajiet oħra għall-protezzjoni ambjentali.

▼M1

Taqsima 6

TUL TA' ŻMIEN MASSIMU TAL-PERJODI TRANŻITORJI

Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, it-tul ta' żmien massimu tal-perjodu tranżitorju huwa ta' sentejn mill-iskadenza tal-ewwel trażmissjoni.




ANNESS V

MODULU GĦALL-KONTIJIET TAS-SETTUR TAL-PRODOTTI U S-SERVIZZI AMBJENTALI

Taqsima 1

GĦANIJIET

L-istatistika dwar il-prodotti u s-servizzi ambjentali jirreġistraw u jippreżentaw dejta dwar l-attivitajiet ta' produzzjoni tal-ekonomiji nazzjonali li jiġġeneraw prodotti ambjentali b'mod li tkun kompatibbli mad-dejta rrappurtata skont l-ESA.

Il-kontijiet tas-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali għandhom jagħmlu użu ta' informazzjoni li diġà teżisti mill-kontijiet nazzjonali, statistika strutturali tan-negozju, reġistru tan-negozju u sorsi oħra.

Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tiġi miġbura, ikkumpilata, trażmessa u evalwata għall-kontijiet tal-prodotti u s-servizzi ambjentali mill-Istati Membri.

Taqsima 2

KOPERTURA

Is-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali għandu l-istess konfini tas-sistema bħall-ESA u jikkonsisti fil-prodotti u s-servizzi ambjentali kollha li jinħolqu fil-konfini ta' produzzjoni. L-ESA tiddefinixxi l-produzzjoni bħala l-attività li titwettaq taħt il-kontroll u r-responsabbiltà ta' unità istituzzjonali li tuża riżorsi bħal ħidma, kapital u prodotti u servizzi, biex tipproduċi prodotti u servizzi.

Il-prodotti u s-servizzi ambjentali jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin: servizzi ambjentali speċifiċi, prodotti bl-iskop unikament ambjentali (prodotti konness), prodotti adattati u teknoloġiji ambjentali.

▼M2

Taqsima 3

LISTA TA’ KARATTERISTIĊI

L-Istati Membri għandhom jipproduċu l-istatistika dwar l-ekoindustrija skont il-karatteristiċi li ġejjin:

— 
l-output tal-ekoindustrija kollha u tal-attivitajiet tas-suq,
— 
l-esportazzjonijiet tal-ekoindustrija kollha,
— 
il-valur miżjud tal-ekoindustrija kollha u tal-attivitajiet tas-suq,
— 
l-impjieg fl-ekoindustrija kollha u tal-attivitajiet tas-suq.

Id-data kollha għandha tiġi rapportata f’miljuni, fil-munita nazzjonali, għajr għall-karatteristika tal-“impjiegi” li għaliha l-unità ta’ rapportar għandha tkun għal “ekwivalenti full-time”.

Taqsima 4

L-EWWEL SENA TA’ REFERENZA, FREKWENZA U SKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI

1. L-istatistika għandha tiġi kumpilata u trażmessa fuq bażi annwali.

2. L-istatistiċi għandhom jiġu trażmessi fi żmien 22 xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza. Dan japplika mis-sena ta’ referenza 2020.

3. Sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta’ data kompleti u fil-ħin, malli jkun hemm disponibbli data suffiċjenti ta’ pajjiż, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproduċi stimi għat-totali tal- ►M3  EU-27 ◄ għall-aggregati prinċipali ta’ dan il-modulu. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika stimi għad-data li ma ġietx trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenza speċifikata fil-punt 2.

4. L-ewwel sena ta’ referenza hija l-2020.

5. F’kull trażmissjoni ta’ data lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu data annwali għas-snin n – 2, n – 1 u n, fejn n hija s-sena ta’ referenza. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe data disponibbli għas-snin ta’ qabel l-2018.

Taqsima 5

TABELLI TA’ RAPPORTAR

1. Għall-karatteristiċi msemmija fit-Taqsima 3, id-data għandha tiġi rapportata bil-klassifikazzjoni inkroċjata:

— 
klassifikazzjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi, NACE Rev. 2 miġbura kif ġej:
— 
NACE A
— 
NACE B
— 
NACE C
— 
NACE D
— 
NACE E
— 
NACE F
— 
NACE J
— 
NACE M
— 
NACE O
— 
NACE P
— 
Somma ta’ NACE G+NACE H+NACE I+NACE K+NACE L+NACE N+NACE Q+NACE R+ NACE S + NACE T + NACE U
— 
klassijiet tal-klassifikazzjoni tal-attivitajiet għall-protezzjoni ambjentali (CEPA) u l-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ta’ ġestjoni tar-riżorsi (CreMA) miġbura kif ġej:
— 
CEPA 1
— 
CEPA 2
— 
CEPA 3
— 
CEPA 4
— 
CEPA 5
— 
CEPA 6
— 
Somma tas-CEPA 7, CEPA 8 u CEPA 9
— 
CReMA 10
— 
CReMA 11
— 
CReMA 13
— 
CReMA 13 A
— 
CReMA 13B
— 
CReMA 13C
— 
CReMA 14
— 
Somma ta’ CReMA 12, CReMA 15 u CReMA 16

2. Il-klassijiet tas-CEPA msemmija fil-punt 1 huma kif inhuma stabbiliti fl-Anness IV. Il-klassijiet CReMA msemmija fil-punt 1 huma kif ġej:

CReMA 10 — Ġestjoni tal-ilma
CReMA 11 — Ġestjoni tar-riżorsi tal-foresti
CreMA 12 — Ġestjoni tal-flora u fawna selvaġġi
CReMA 13 — Ġestjoni tar-riżorsi tal-enerġija:
CReMA 13 A — Produzzjoni ta’ enerġija minn riżorsi rinnovabbli
CReMA 13B — Iffrankar u ġestjoni tas-sħana/enerġija
CreMA 13C — Minimizzazzjoni tal-użu tal-enerġija fossili bħala materja prima
CReMA 14 — Ġestjoni tal-minerali
CreMA 15 — Attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp għall-ġestjoni tar-riżorsi
CreMA 16 — Attivitajiet oħra ta’ ġestjoni tar-riżorsi.

▼M1

Taqsima 6

TUL TA' ŻMIEN MASSIMU TAL-PERJODI TRANŻITORJI

Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, it-tul ta' żmien massimu tal-perjodu tranżitorju huwa ta' sentejn mill-iskadenza tal-ewwel trażmissjoni.




ANNESS VI

MODULU GĦALL-KONTIJIET TAL-FLUSSI FIŻIĊI TA' ENERĠIJA

Taqsima 1

GĦANIJIET

Il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija jippreżentaw dejta dwar il-flussi fiżiċi tal-enerġija espressa f'terajoules b'mod li tkun kompletament kompatibbli mal-ESA. Il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija jirreġistraw dejta dwar l-enerġija relatata mal-attivitajiet ekonomiċi tal-unitajiet residenti tal-ekonomiji nazzjonali f'analiżi skont l-attività ekonomika. Dawn jippreżentaw l-oriġini u d-destinazzjoni tar-riżorsi ta' enerġija naturali, tal-prodotti ta' enerġija u tar-residwi ta' enerġija. L-attivitajiet ekonomiċi jinkludu l-produzzjoni, il-konsum u l-akkumulazzjoni.

Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tiġi miġbura, ikkumpilata, trażmessa u vvalutata għall-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija mill-Istati Membri.

Taqsima 2

KOPERTURA

Il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija għandhom l-istess konfini tas-sistema bħall-ESA u huma bbażati wkoll fuq l-istess prinċipju ta' residenza.

F'konformità mal-ESA, unità hija ddefinita bħala unità residenti ta' pajjiż meta jkollha ċentru ta' interess ekonomiku fit-territorju ekonomiku ta' dak il-pajjiż, jiġifieri, meta għal perjodu estiż (sena jew aktar) din tinvolvi ruħha f'attivitajiet ekonomiċi f'dak it-territorju.

Il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija jirreġistraw flussi fiżiċi ta' enerġija li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-unitajiet residenti kollha, mingħajr ma jitqies minn fejn dawn il-flussi jkunu ġejjin ġeografikament.

Il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija jirreġistraw il-flussi fiżiċi ta' enerġija mill-ambjent għall-ekonomija, fl-ekonomija, u mill-ekonomija lura għall-ambjent.

Taqsima 3

LISTA TA' KARATTERISTIĊI

L-IstatiMembri għandhom jipproduċu il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija skont il-karatteristiċi li ġejjin:

— 
il-flussi fiżiċi ta' enerġija miġbura fi tliet kategoriji ġeneriċi:
(i) 

ir-riżorsi ta' enerġija naturali,

(ii) 

il-prodotti ta' enerġija,

(iii) 

ir-residwi ta' enerġija.

— 
l-oriġini tal-flussi fiżiċi ta' enerġija miġbura f'ħames kategoriji: il-produzzjoni, il-konsum, l-akkumulazzjoni, il-bqija tad-dinja u l-ambjent,
— 
id-destinazzjoni tal-flussi fiżiċi, miġbura fl-istess ħames kategoriji bħall-oriġini tal-flussi fiżiċi ta' enerġija.

Id-dejta kollha għandha tiġi rrappurtata f'terajoules.

Taqsima 4

L-EWWEL SENA TA' REFERENZA, FREKWENZA U SKADENZI TAT-TRAŻMISSJONI

1. L-istatistika għandha tiġi kkumpilata u trażmessa fuq bażi annwali.

2. L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 21 xahar mit-tmiem tas-sena ta' referenza.

3. Sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta' dejta kompleti u fil-ħin, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproduċi stimi għat-totali tal- ►M3  EU-27 ◄ għall-aggregati prinċipali ta' dan il-modulu, hekk kif tkun disponibbli dejta suffiċjenti skont il-pajjiżi. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika stimi għad-dejta li ma ġietx trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenzi speċifikati fil-punt 2.

4. L-ewwel sena ta' referenza hija l-2015.

5. Fl-ewwel trażmissjoni ta' dejta, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-dejta annwali mill-2014 sal-ewwel sena ta' referenza.

6. F'kull trażmissjoni sussegwenti ta' dejta lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta annwali għas-snin n–2, n–1 u n, fejn n hija s-sena ta' referenza. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe dejta disponibbli għas-snin li jiġu qabel l-2014.

Taqsima 5

TABELLI TA' RAPPURTAR

1. Għall-karatteristiċi msemmija fit-Taqsima 3, għandha tiġi rrappurtata d-dejta li ġejja f'unitajiet fiżiċi:

— 
Tabella tar-riżorsi għall-flussi ta' enerġija: Din it-tabella tirreġistra r-riżorsi ta' enerġija naturali, il-prodotti ta' enerġija u r-residwi ta' enerġija (ringieli) skont l-oriġini, jiġifieri 'l-fornitur'(kolonni).
— 
Tabella tal-użi tal-flussi ta' enerġija: Din it-tabella tirreġistra r-riżorsi ta' enerġija naturali, il-prodotti ta' enerġija u r-residwi ta' enerġija (ringieli) skont id-destinazzjoni, jiġifieri 'l-utent'(kolonni).
— 
Tabella tal-użi tal-flussi ta' enerġija rilevanti għall-emissjonijiet: Din it-tabella tirreġistra l-użu tar-riżorsi ta' enerġija naturali u l-prodotti tal-enerġija rilevanti għall-emissjonijiet (ringieli) permezz tal-unità ta' użu u emissjoni (kolonni).
— 
Tabella ta' konkordanza li turi l-elementi differenti li jiffurmaw id-differenza bejn il-kontijiet tal-enerġija u l-bilanċi tal-enerġija.

2. It-tabelli tar-riżorsi u tal-użi tal-flussi ta' enerġija (inklużi l-flussi rilevanti għall-emissjonijiet) jitqassmu b'mod komuni f'termini ta' ringieli u kolonni.

3. Il-kolonni jindikaw l-oriġini (provvista) jew id-destinazzjoni (użu) tal-flussi fiżiċi. Il-kolonni huma miġbura f'ħames kategoriji:

— 
'Produzzjoni' li hija relatata mal-produzzjoni ta' prodotti u servizzi. L-attivitajiet ta' produzzjoni huma kklassifikati skont NACE Rev. 2 u d-dejta hija rrappurtata fil-livell ta' aggregazzjoni A*64.
— 
L-attivitajiet ta' 'konsum' huma ppreżentati bħala total u diviżi wkoll fi tliet subklassijiet (trasport, tisħin/tkessiħ, oħrajn) għall-konsum finali tal-unitajiet domestiċi privati.
— 
'Akkumulazzjoni' tirreferi għall-bidliet fl-istokk tal-prodotti ta' enerġija fl-ekonomija.
— 
'Il-bqija tad-dinja' tirreġistra l-flussi tal-prodotti importati u esportati.
— 
'Ambjent' tirreġistra l-oriġini tal-flussi tar-riżorsi naturali u d-destinazzjoni tal-flussi residwali.

4. Ir-ringieli jiddeskrivu t-tip ta' flussi fiżiċi kklassifikati fl-ewwel inċiż tat-Taqsima 3.

5. Il-klassifikazzjoni tar-riżorsi ta' enerġija naturali, tal-prodotti ta' enerġija u tar-residwi ta' enerġija hija kif ġej:

— 
ir-riżorsi ta' enerġija naturali huma miġbura f'riżorsi ta' enerġija naturali mhux rinnovabbli u f'riżorsi ta' enerġija naturali rinnovabbli.
— 
il-prodotti ta' enerġija huma miġbura skont il-klassifikazzjoni użata fl-istatistika Ewropea tal-enerġija,
— 
ir-residwi ta' enerġija jinkludu l-iskart (mingħajr valur monetarju); it-telf matul l-estrazzjoni/l-astrazzjoni, id-distribuzzjoni/it-trasport, it-trasformazzjoni/il-konverżjoni u l-ħżin; kif ukoll l-ibbilanċjar tal-elementi biex jibbilanċjaw l-provvista u l-użu tat-tabelli.

6. Il-'korrelazzjoni' bejn l-indikatur prinċipali skont il-prinċipju ta' residenza u l-indikatur ibbażat fuq it-territorju hija ppreżentata għall-ekonomija nazzjonali kollha (l-ebda suddiviżjoni għal kull industrija) u tinkiseb kif ġej:

użu totali ta' enerġija b'unitajiet residenti

– 

użu ta' enerġija b'unitajiet residenti barra mill-pajjiż

+ 

użu ta' enerġija minn persuni fit-territorju li mhumiex residenti

+ 

id-differenzi statistiċi

= 

konsum gross domestiku tal-enerġija (ibbażat fuq it-territorju)

Taqsima 6

TUL TA' ŻMIEN MASSIMU TAL-PERJODI TRANŻITORJI

Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, it-tul ta' żmien massimu tal-perijodu tranżitorju huwa ta' sentejn mill-iskadenza għall-ewwel trażmissjoni.

▼M3




ANNESS VII

MODULU GĦALL-KONTIJIET FORESTRALI

Taqsima 1

OBJETTIVI

Il-kontijiet forestali jirreġistraw u jippreżentaw id-data dwar ir-riżorsi tal-foresti u l-attività ekonomika fl-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam b'mod li huwa kompletament kompatibbli mad-data rrapportata fl-ESA 2010. Il-kontijiet forestali jipprovdu informazzjoni komplementari u jużaw kunċetti adattati għan-natura partikolari tal-foresti u tal-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam.

Dan l-Anness jiddefinixxi d-data li għandha tinġabar, tiġi kkompilata, trażmessa u evalwata għall-kontijiet forestali mill-Istati Membri.

Taqsima 2

KOPERTURA

Il-kontijiet forestali jirreġistraw l-istokkijiet u l-flussi tar-riżorsi tal-foresti (art imsaġġra u injam) u l-attività ekonomika fl-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam, inkluż il-produzzjoni tal-injam tond u l-estrazzjoni u l-ġbir tal-prodotti tal-foresti mhux tal-injam li jikbru fis-selvaġġ.

Taqsima 3

LISTA TA' KARATTERISTIĊI

L-Istati Membri għandhom jipproduċu kontijiet forestali skont il-karatteristiċi deskritti f'din it-Taqsima.

1. Kontijiet tal-assi ta' art imsaġġra u tal-injam. Art imsaġġra hija definita bħala s-somma tat-tliet punti li ġejjin.

(a) 

Foresta disponibbli għall-provvista tal-injam: foresti fejn kwalunkwe restrizzjoni ambjentali, soċjali jew ekonomika ma jkollhiex impatt sinifikanti fuq il-provvista attwali jew potenzjali tal-injam. Dawk ir-restrizzjonijiet jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta' regoli legali, deċiżjonijiet maniġerjali jew tas-sid jew minħabba raġunijiet oħrajn.

(b) 

Foresta mhux disponibbli għall-provvista tal-injam: il-foresti kollha li ma jitqisux disponibbli għall-provvista tal-injam f’konformità mal-punt (a). Dawk huma foresti fejn ir-restrizzjonijiet ambjentali, soċjali, ekonomiċi jew legali jipprevjenu kwalunkwe provvista sinifikanti tal-injam. Dan jinkludi (i) foresti b'restrizzjonijiet legali jew b'restrizzjonijiet li jirriżultaw minn deċiżjonijiet politiċi oħrajn li jeskludu totalment jew li jillimitaw b'mod sever il-provvista tal-injam għal raġunijiet bħall-konservazzjoni ambjentali jew tal-bijodiversità (foresti ta' protezzjoni, parks nazzjonali, riżervi naturali u żoni protetti oħrajn bħal dawk ta' interess ambjentali, xjentifiku, storiku, kulturali jew spiritwali speċjali); (ii) foresti fejn il-produttività fiżika jew il-kwalità tal-injam hija baxxa wisq jew il-kostijiet tal-ħsad u tat-trasport huma għoljin wisq sabiex jiġġustifikaw it-tagħlil, minbarra t-tqaċċit okkażjonali għall-użu finali proprju.

(c) 

Art imsaġġra oħra.

“Foresta” hija definita bħala art mifruxa fuq aktar minn 0,5 ettari b'siġar ogħla minn ħames metri u b'kopertura ta' qċaċet ta' aktar minn 10 %, jew b'siġar li jistgħu jilħqu dawk il-limiti in situ. Din ma tinkludix art li fil-biċċa l-kbira tagħha tintuża bħala art agrikola jew siġar f'ambjenti urbani, bħall-parks tal-belt, widien u ġonna.

“Art imsaġġra oħra” hija definita bħala art mhux ikklassifikata bħala foresta, mifruxa fuq aktar minn 0,5 ettari; b'siġar ogħla minn ħames metri u b'kopertura ta' qċaċet ta' bejn il-5 % u l-10 % jew b'siġar li jistgħu jilħqu dawk il-limiti in situ; jew b'kopertura kkombinata ta' sġajriet, arbuxelli u siġar akbar minn 10 %. Din ma tinkludix art li fil-biċċa l-kbira tagħha tintuża bħala art agrikola jew siġar f'ambjenti urbani, bħall-parks tal-belt, widien u ġonna.

“Inkrement annwali nett tal-injam” huwa definit bħala t-tkabbir tal-volum annwali medju ta' siġar ħajjin mingħajr il-mortalità annwali medja.

“Tneħħija” hija definita bħala l-volum tas-siġar kollha, ħajjin jew mejtin, li jitqaċċtu u jitneħħew mill-foresta, minn art imsaġġra oħra jew minn siti oħra ta' tqaċċit. Tinkludi injam tond mhux mibjugħ maħżun fil-ġenb tat-triq tal-foresta. Din tinkludi wkoll it-telf naturali li jiġi rkuprat, it-tneħħija matul is-sena tal-injam li jkun tqaċċat f'perjodu aktar bikri, it-tneħħija tal-injam li ma jkunx ġej miz-zokk tas-siġar (bħal zkuk u fergħat), u t-tneħħija ta' siġar maqtula jew li ġarrbu ħsara minn kawżi naturali (magħrufa bħala telf naturali), eż. nirien, riħ, insetti u mard. Din ma tinkludix il-bijomassa mhux tal-injam jew kwalunkwe injam li jitħalla fil-foresta u li ma jitneħħiex matul is-sena, eż. ġdur, fergħat, uċuħ tas-siġar u residwi tat-tqaċċit (skart tal-ħsad).

“Telf li ma jistax jiġi rkuprat” huwa definit bħala r-residwi tat-tqaċċit u t-tqaċċit kollu bir-riħ li ma jistax jitneħħa mill-foresta, u l-injam li jintilef permezz ta' nirien fil-foresti.

2. Kontijiet ekonomiċi li jirrapportaw l-attività ekonomika fl-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam. L-industrija tal-foresti u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam hija definita bħala l-unitajiet kollha ta' attività ekonomika lokali (UAE lokali) li jwettqu attivitajiet ikklassifikati taħt id-Diviżjoni A02 tan-NACE Rev. 2.

Għandhom jiġu rrapportati l-karatteristiċi li ġejjin, bl-użu tad-definizzjonijiet tal-ESA 2010:

— 
output;
— 
li minnu: output għall-użu finali proprju;
— 
konsum intermedju;
— 
valur gross miżjud;
— 
konsum ta' kapital fiss;
— 
taxxi oħrajn fuq il-produzzjoni;
— 
sussidji oħrajn fuq il-produzzjoni;
— 
kumpens tal-impjegati;
— 
formazzjoni grossa tal-kapital fiss u akkwiżizzjonijiet wara li jitnaqqsu d-disponimenti tal-assi mhux finanzjarji mhux prodotti;
— 
bidliet fl-inventarji;
— 
trasferimenti kapitali.

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-impjiegi fl-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam f'eluf ta' unitajiet ta' xogħol annwali (AWUs) kif definit fir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ).

Taqsima 4

L-EWWEL SENA TA' REFERENZA, IL-FREKWENZA U L-ISKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI

1. L-istatistika għandha tiġi kkompilata u trażmessa fuq bażi annwali.

2. L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 21 xahar mit-tmiem tas-sena ta' referenza.

3. Sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet tad-data kompluti u fil-ħin, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tipproduċi estimi għat-totali tal-UE għall-aggregati prinċipali ta' dan il-modulu, hekk kif tkun disponibbli data suffiċjenti skont il-pajjiżi. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika estimi għad-data li ma tkunx ġiet trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenza speċifikata fil-punt 2.

4. L-ewwel sena ta' referenza hija l-2023.

5. Fl-ewwel trażmissjoni tad-data, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-data annwali mill-2022 sal-ewwel sena ta' referenza.

6. F'kull trażmissjoni sussegwenti tad-data lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu data annwali għas-snin n-2, n-1 u n, fejn n hija s-sena ta' referenza. L-Istati Membri għandhom jerġgħu jissottomettu d-data għas-snin mill-2022 'il quddiem kull meta d-data tiġi riveduta. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe data disponibbli għas-snin li jiġu qabel l-2022.

Taqsima 5

TABELLI TA' RAPPORTAR

Għall-karatteristiċi stabbiliti fit-Taqsima 3, għandha tiġi rrapportata d-data li ġejja:

1. 

Żona tal-art imsaġġra, imqassma skont:

— 
il-foresta disponibbli għall-provvista tal-injam;
— 
il-foresta mhux disponibbli għall-provvista tal-injam;
— 
art imsaġġra oħra.

Kull waħda minn dawk il-kategoriji għandha tkompli tinqasam skont:

— 
iż-żona tal-ftuħ fil-bidu tas-sena ta' referenza;
— 
l-afforestazzjoni u żidiet oħrajn;
— 
id-deforestazzjoni u tnaqqis ieħor;
— 
ir-riklassifikazzjoni statistika;
— 
iż-żona tal-għeluq fi tmiem is-sena ta' referenza.

Id-data għandha tiġi rrapportata f'eluf ta' ettari.

2. 

Il-volum tal-injam, imqassam skont:

— 
il-foresta disponibbli għall-provvista tal-injam;
— 
il-foresta mhux disponibbli għall-provvista tal-injam;
— 
art imsaġġra oħra.

Il-foresta disponibbli għall-provvista tal-injam għandha tkompli tinqasam skont:

— 
l-istokk tal-ftuħ fil-bidu tas-sena ta' referenza;
— 
l-inkrement nett;
— 
it-tneħħija;
— 
it-telf li ma jistax jiġi rkuprat;
— 
ir-riklassifikazzjoni statistika;
— 
l-entrata bilanċjali;
— 
l-istokk tal-għeluq fi tmiem is-sena ta' referenza.

Il-foresta mhux disponibbli għall-provvista tal-injam u art imsaġġra oħra għandhom ikomplu jinqasmu skont:

— 
l-istokk tal-ftuħ fil-bidu tas-sena ta' referenza;
— 
it-tneħħija;
— 
bidliet oħrajn (bejn l-istokks tal-ftuħ u tal-għeluq);
— 
l-istokk tal-għeluq fi tmiem is-sena ta' referenza.

Id-data għandha tiġi rrapportata skont il-qoxra tas-siġra, f'eluf ta' m3.

3. 

Il-valur tal-injam, imqassam skont:

— 
il-foresta disponibbli għall-provvista tal-injam;
— 
il-foresta mhux disponibbli għall-provvista tal-injam;
— 
art imsaġġra oħra.

Il-foresta disponibbli għall-provvista tal-injam għandha tkompli tinqasam skont:

— 
l-istokk tal-ftuħ fil-bidu tas-sena ta' referenza;
— 
l-inkrement nett;
— 
it-tneħħija;
— 
it-telf li ma jistax jiġi rkuprat;
— 
ir-rivalwazzjoni;
— 
ir-riklassifikazzjoni statistika;
— 
l-entrata bilanċjali;
— 
l-istokk tal-għeluq fi tmiem is-sena ta' referenza.

Il-foresta mhux disponibbli għall-provvista tal-injam u art imsaġġra oħra għandhom ikomplu jinqasmu skont:

— 
l-istokk tal-ftuħ fil-bidu tas-sena ta' referenza;
— 
it-tneħħija;
— 
bidliet oħrajn (bejn l-istokks tal-ftuħ u tal-għeluq);
— 
l-istokk tal-għeluq fi tmiem is-sena ta' referenza.

Id-data għandha tiġi rapportata f'miljuni fil-munita nazzjonali.

4. 

Għall-kontijiet ekonomiċi, l-output imsemmi fit-Taqsima 3 għandu jiġi rrapportat skont id-diżaggregazzjoni li ġejja, bi prodotti definiti f'termini tal-klassifikazzjoni tal-prodotti skont il-verżjoni tal-attività 2.1:

— 
il-pjanti ħajjin mis-siġar tal-foresti (il-prodott 02.10.11) u ż-żrieragħ tas-siġar tal-foresti (il-prodott 02.10.12);
— 
siġar tal-foresti, definiti bħala l-inkrement nett tal-injam f'foresti kkultivati (prodott 02.10.30);
— 
injam mhux irfinut (il-prodott 02.20.1), inkluż il-bejgħ ta' injam minn foresti mhux ikkultivati, li jinkludi l-entrati li ġejjin li għandhom jiġu rrapportati f'żewġ ringieli separati:
(i) 

injam kombustibbli (il-prodotti 02.20.14 u 02.20.15);

(ii) 

zkuk, jiġifieri s-somma ta' zkuk tal-injam koniferu (il-prodott 02.20.11), zkuk tal-injam mhux koniferu, barra mill-injam tropikali (il-prodott 02.20.12), u zkuk ta' injam tropikali (il-prodott 02.20.13);

— 
prodotti mhux tal-injam li jikbru fis-selvaġġ (il-prodott 02.30);
— 
servizzi li huma karatteristiċi tal-attività tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam definiti bħala servizzi ta' mixtliet tas-siġar tal-foresti (il-prodott 02.10.2), servizzi ta' appoġġ għall-forestrija (il-prodott 02.4), u kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut minn unità ta' attività ekonomika lokali (UAE) tal-industrija tal-forestrija;
— 
prodotti oħrajn minn attivitajiet sekondarji relatati fl-UAE lokali, bħall-faqqiegħ u t-tartuf (01.13.8), frott artab ieħor, il-frott tal-ġeneru vaccinium m.k.b. (01.25.19), gomma naturali (01.29.10), injam ieħor mhux raffinat, inkluż arbli maqsuma u pali (16.10.39), faħam tal-kannol tal-injam (20.14.72), servizzi ta' riservi naturali, inkluż is-servizzi tal-preservazzjoni tal-annimali selvaġġi (91.04.12), u kwalunkwe prodott ieħor prodott minn UAE lokali.

Il-konsum intermedju tal-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam imsemmija fit-Taqsima 3 għandu jiġi rrapportat skont id-diżaggregazzjoni li ġejja, bi prodotti definiti f'termini tal-klassifikazzjoni tal-prodotti skont il-verżjoni tal-attività 2.1:

— 
is-somma tal-pjanti ħajjin mis-siġar tal-foresti (il-prodott 02.10.11), taż-żerriegħa tas-siġar tal-foresti (il-prodott 02.10.12), u tas-siġar tal-foresti (il-prodott 02.10.3) użati għall-produzzjoni tal-injam;
— 
is-somma tal-enerġija u tal-lubrikanti, inkluż l-elettriku (il-prodott 35.11.10), spirtu tal-magna (gażolina) (il-prodott 19.20.21), il-gass naturali fi stat likwidu jew stat ta' gass (il-prodott 06.20.10), iż-żjut tal-pitrolju lubrikanti; preparazzjonijiet tqal m.k.b. (il-prodott 19.20.29), u prodotti oħra simili;
— 
is-somma tas-servizzi karatteristiċi tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam, inkluż is-servizzi ta' mixtliet tas-siġar tal-foresti (il-prodott 02.10.2), is-servizzi ta' sostenn għall-forestrija (il-prodott 02.4), u kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut minn UAE lokali tal-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam;
— 
oġġetti u servizzi oħrajn mhux ikkunsidrati fi kwalunkwe wieħed mill-varjabbli ta' konsum intermedju.

Il-bidliet fl-inventarji tal-industrija tal-forestrija u tal-qtugħ tas-siġar għall-injam imsemmija fit-Taqsima 3 għandhom jiġu rrapportati skont id-diżaggregazzjoni li ġejja:

— 
bidliet fil-ħidma li tkun għaddejja fuq assi bijoloġiċi kkultivati;
— 
bidliet oħrajn fl-inventarji.

Il-karatteristiċi kollha għandhom jiġu rrapportati f'miljuni fil-munita nazzjonali.

5. 

d-data dwar art imsaġġra oħra għandha tiġi rrapportata fuq bażi volontarja.

Taqsima 6

DURATA TA' ŻMIEN MASSIMU TAL-PERJODI TRANŻITORJI

Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, id-durata ta' żmien massimu tal-perjodu tranżizzjonali hija ta' sentejn mill-iskadenza għall-ewwel trażmissjoni.




ANNESS VIII

MODULU GĦAL KONTIJIET TAS-SUSSIDJI AMBJENTALI U TA' TRASFERIMENTI SIMILI

Taqsima 1

OBJETTIVI

Il-kontijiet tas-sussidji ambjentali u ta' trasferimenti simili jiġbru u jippreżentaw data dwar it-trasferimenti kurrenti u kapitali maħsuba sabiex jappoġġaw attivitajiet li jipproteġu l-ambjent u r-riżorsi naturali, inkluż il-produzzjoni u l-użu ta' prodotti ambjentali, b'mod li jkun kompatibbli mal-kunċetti u mad-definizzjonijiet tal-ESA 2010.

Dan l-Anness jiddefinixxi d-data li għandha tinġabar, tiġi kkompilata, trażmessa u evalwata għall-kontijiet tas-sussidji ambjentali u ta' trasferimenti simili mill-Istati Membri. Dik id-data tintuża wkoll għall-kompilazzjoni tan-nefqa nazzjonali għall-protezzjoni ambjentali kif stipulat fl-Anness IV.

Taqsima 2

KOPERTURA

Il-kontijiet tas-sussidji ambjentali u ta' trasferimenti simili jirreġistraw pagamenti mhux imraddin lura mill-gvern ġenerali lil setturi istituzzjonali (fl-ekonomija domestika u lill-bqija tad-dinja) u minn dawk mhux residenti (il-bqija tad-dinja), għall-finijiet tal-protezzjoni ambjentali jew tat-tnaqqis tal-użu u tal-estrazzjoni tar-riżorsi naturali.

Taqsima 3

LISTA TA' KARATTERISTIĊI

L-Istati Membri għandhom jipproduċu kontijiet tas-sussidji ambjentali u ta' trasferimenti simili skont il-karatteristiċi li ġejjin:

— 
sussidji (il-kodiċi ESA 2010 D.3);
— 
trasferimenti kurrenti oħrajn (il-kodiċijiet ESA 2010 D.6 u D.7);
— 
trasferimenti kapitali (il-kodiċi ESA 2010 D.9).

Id-data kollha għandha tiġi rrapportata f'miljuni fil-munita nazzjonali.

Taqsima 4

L-EWWEL SENA TA' REFERENZA, IL-FREKWENZA U L-ISKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI

1. L-istatistika għandha tiġi kkompilata u trażmessa fuq bażi annwali.

2. L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 24 xahar mit-tmiem tas-sena ta' referenza.

3. Sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet tad- data kompluti u fil-ħin, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tipproduċi estimi għat-totali tal-UE għall-aggregati prinċipali ta' dan il-modulu, hekk kif tkun disponibbli data suffiċjenti skont il-pajjiżi. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika estimi għad-data li ma tkunx ġiet trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenza speċifikata fil-punt 2.

4. L-ewwel sena ta' referenza hija l-2023.

5. Fl-ewwel trażmissjoni tad-data, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-data annwali mill-2022 sal-ewwel sena ta' referenza.

6. F'kull trażmissjoni sussegwenti tad-data lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu data annwali għas-snin n-2, n-1 u n, fejn n hija s-sena ta' referenza. L-Istati Membri għandhom jerġgħu jissottomettu d-data għas-snin mill-2022 'il quddiem kull meta d-data tiġi riveduta. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe data disponibbli għas-snin li jiġu qabel l-2022.

Taqsima 5

TABELLI TA' RAPPORTAR

1. Għall-karatteristiċi msemmija fit-Taqsima 3, id-data għandha tiġi rrapportata minn dawn:

— 
is-settur istituzzjonali tal-pagamenti, kif ġej:
— 
il-gvern ġenerali;
— 
il-bqija tad-dinja;
— 
is-settur istituzzjonali riċeventi, kif ġej:
— 
il-gvern ġenerali;
— 
il-korporazzjonijiet;
— 
l-unitajiet domestiċi;
— 
l-istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi;
— 
il-bqija tad-dinja.

2. Għal kull waħda mill-kategoriji ta' rapportar imsemmija fil-punt 1, id-data għandha tiġi rrapportata skont il-klassijiet tal-klassifikazzjoni tal-attivitajiet għall-protezzjoni ambjentali (CEPA) u l-klassifikazzjoni tal-attivitajiet għall-ġestjoni tar-riżorsi (CReMA), miġbura kif ġej:

— 
CEPA 1;
— 
CEPA 2;
— 
CEPA 3;
— 
CEPA 4;
— 
CEPA 5;
— 
CEPA 6 (inkluż il-CReMA 12 preċedenti);
— 
is-somma tas-CEPA 7, CEPA 8 u CEPA 9;
— 
CReMA 10;
— 
CReMA 11;
— 
CReMA 13;
— 
CReMA 13A;
— 
CReMA 13B;
— 
CReMA 13C;
— 
CReMA 14;
— 
is-somma tal-CReMA 15 u CReMA 16.

3. It-trasferimenti li jirċievu l-korporazzjonijiet mill-gvern ġenerali miġbura skont is-somma tal-klassijiet kollha tas-CEPA (CEPA 1 sa 9) u l-klassijiet kollha tal-CReMA (CReMA 10 sa 16) għandhom jinġabru ulterjorment skont il-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Rev. 2 kif ġej:

— 
NACE A – agrikoltura, forestrija u sajd;
— 
NACE B – minjieri u barrieri;
— 
NACE C – manifattura;
— 
NACE D – provvista ta' elettriku, gass, fwar u arja kkundizzjonata;
— 
NACE E – provvista tal-ilma, is-sistema ta' drenaġġi, l-immaniġġjar tal-iskart u r-rimedju;
— 
NACE F – kostruzzjoni;
— 
NACE G – negozju bl-ingrossa u bl-imnut, tiswija ta' vetturi bil-mutur u muturi;
— 
NACE H – trasport u ħżin;
— 
NACE I sa U – taqsimiet oħrajn tan-NACE.

4. Il-klassijiet tas-CEPA msemmija fil-punti 2 u 3 huma kif stipulati fl-Anness IV, il-klassijiet tal-CReMA huma kif stipulati fl-Anness V.

Taqsima 6

DURATA TA' ŻMIEN MASSIMU TAL-PERJODI TRANŻITORJI

Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, id-durata ta' żmien massimu tal-perjodu tranżizzjonali hija ta' sentejn mill-iskadenza għall-ewwel trażmissjoni.




ANNESS IX

MODULU GĦALL-KONTIJIET TAL-EKOSISTEMA

Taqsima 1

OBJETTIVI

Il-kontijiet tal-ekosistema jippreżentaw data dwar il-firxa u l-kundizzjoni tal-assi tal-ekosistema u s-servizzi li jipprovdu lis-soċjetà u lill-ekonomija. Id-data hija konformi mal-SEEA EA u kompatibbli mad-data rrapportata fl-ESA 2010.

Il-kontijiet tal-ekosistema jużaw l-informazzjoni eżistenti, fejn possibbli, inkluż mill-osservazzjoni tad-Dinja, mir-rapportar ambjentali u minn sorsi oħrajn ta' data.

Taqsima 2

KOPERTURA

Il-kontijiet tal-ekosistema jirreġistraw il-firxa tal-ekosistemi, il-kundizzjoni tal-ekosistemi, u l-flussi tas-servizzi tal-ekosistema.

Il-firxa tal-ekosistema hija d-daqs tal-ekosistemi f'żona. Il-kontijiet tal-firxa tal-ekosistema jkopru l-ekosistemi terrestri (inkluż l-ilma ħelu) u tal-baħar fit-territorju nazzjonali.

Il-kundizzjoni tal-ekosistema hija l-kwalità ta' ekosistema mkejla f'termini tal-karatteristiċi abijotiċi, bijotiċi u tal-pajsaġġ tagħha, skont it-tipi ta' ekosistemi.

Is-servizzi tal-ekosistema huma l-benefiċċji li l-ekosistemi jipprovdu għal attivitajiet ekonomiċi u attivitajiet umani oħrajn. Dawn jinkludu (i) il-proviżjonament, (ii) ir-regolazzjoni u l-manutenzjoni, u (iii) is-servizzi kulturali. Il-kontijiet tas-servizzi tal-ekosistema jirreġistraw il-provvista u l-użu reali tas-servizzi tal-ekosistema pprovduti mill-ekosistemi fit-territorju nazzjonali.

Il-kontijiet tematiċi huma l-kontijiet li jorganizzaw data skont temi ta' politika speċifiċi bħall-bijodiversità, it-tibdil fil-klima, l-oċeani u ż-żoni urbani.

Taqsima 3

LISTA TA' KARATTERISTIĊI

L-Istati Membri għandhom jipproduċu l-kontijiet tal-ekosistema skont il-karatteristiċi li ġejjin.

1. 

Kontijiet tal-firxa tal-ekosistema li jirreġistraw iż-żona u l-bidla fiż-żona għal kull tip ta' ekosistema fit-territorju nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw kontijiet tal-firxa tal-ekosistema f'eluf ta' ettari.

2. 

Bħala komponent tal-kontijiet tal-firxa tal-ekosistema, matriċi ta' konverżjoni li tirreġistra l-konverżjonijiet bejn it-tipi ta' ekosistemi bejn żewġ punti ta' żmien, f'ettari.

3. 

Kontijiet tal-kundizzjoni tal-ekosistema li jirreġistraw il-karatteristiċi tal-ekosistema kif ġej:

(a) 

għall-insedjamenti u għal żoni artifiċjali oħrajn:

— 
iż-żoni ekoloġiċi fl-ibliet u fl-ibliet żgħar u fis-subborgi kontigwi għandhom jiġu rrapportati f'perċentwal taż-żona totali, ikkalkolati għaż-żona kollha tal-ibliet u tal-ibliet żgħar u tas-subborgi kontigwi, inkluż it-tipi kollha ta' ekosistemi f'dik iż-żona;
— 
il-konċentrazzjoni ta' materja partikolata, b'dijametru sa 2,5 μm fl-ibliet, għandha tiġi rrapportata f'μg/m3 bħala medja nazzjonali għall-perjodu ta' rapportar.
(b) 

għar-raba':

— 
il-ħażna tal-karbonju organiku fil-ħamrija, fil-ħamrija ta' fuq għandha tiġi rrapportata f'tunnellata/ha, bħala medja nazzjonali għall-perjodu ta' rapportar;
(c) 

għall-mergħa:

— 
il-ħażna tal-karbonju organiku fil-ħamrija, fil-ħamrija ta' fuq għandha tiġi rrapportata f'tunnellata/ha, bħala medja nazzjonali għall-perjodu ta' rapportar;
(d) 

għar-raba' u għall-mergħat flimkien:

— 
l-indiċi komuni tal-għasafar tar-raba' għandu jiġi rrapportat bħala indiċi aggregat nazzjonali għall-perjodu ta' rapportar;
(e) 

għall-foresti u l-imsaġar:

— 
l-injam mejjet għandu jiġi rrapportat f'm3/ha, bħala medja nazzjonali għall-perjodu ta' rapportar;
— 
id-densità tal-kopertura tas-siġar għandha tiġi rrapportata f'perċentwal, bħala medja nazzjonali għall-perjodu ta' rapportar;
— 
indiċi tal-għasafar komuni tal-foresti; l-indiċi tal-għasafar tal-foresti jiddeskrivi x-xejriet fl-abbundanza ta' għasafar komuni tal-foresti fil-firxiet Ewropej tagħhom maż-żmien; huwa indiċi kompost maħluq minn data ta' osservazzjoni tal-ispeċijiet tal-għasafar karatteristiċi għall-ħabitats tal-foresti fl-Ewropa; l-indiċi huwa bbażat fuq lista speċifika ta' speċijiet f'kull Stat Membru;
(f) 

għall-bajjiet kostali, għad-duni u għall-artijiet mistagħdra:

— 
is-sehem ta' kopertura ta' żoni artifiċjali impermeabbli, preżenti f'żona kostali li tinkludi bajjiet kostali, duni u artijiet mistagħdra tat-tip ta' ekosistema għandu jiġi rrapportat f'perċentwal bħala medja nazzjonali għall-perjodu ta' rapportar.

L-ibliet, l-ibliet żgħar u s-subborgi huma unitajiet amministrattivi lokali, ikkategorizzati skont il-grad ta' tipoloġija tal-urbanizzazzjoni stipulata fir-Regolament (UE) 2017/2391 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).

4. 

Kontijiet tas-servizzi tal-ekosistema li jirreġistraw il-provvista u l-użu tas-servizzi tal-ekosistema fit-tabelli tal-provvista u tal-użu. It-tabella tal-provvista għandha tirreġistra l-provvista ta' servizzi tal-ekosistema minn ekosistemi għal sistemi soċjoekonomiċi. It-tabella tal-użu għandha tirreġistra l-użu tas-servizzi tal-ekosistema skont it-tip ta' użu kif definit fit-Taqsima 5.

It-tabelli tal-provvista u tal-użu għandhom jiġu rrapportati fl-unitajiet fiżiċi li ġejjin.

(a) 

Is-servizzi ta' proviżjonament

— 
Il-provvista tal-għelejjel hija definita bħala l-kontribut tal-ekosistema għat-tkabbir tal-pjanti kif approssimat mill-ammont ta' għelejjel maħsuda għal użi differenti. Dan jinkludi l-produzzjoni tal-ikel u tal-fibra, l-għalf u l-enerġija, u l-bijomassa għall-mergħa, kif stipulat fl-Anness III, it-Tabella A, it-Taqsimiet 1.1 u 1.2.
— 
Id-dakkir huwa definit bħala l-kontribut tal-ekosistema minn dakkara selvaġġi għall-produzzjoni tal-għelejjel imsemmija fl-ewwel inċiż. Il-kontributi għandhom jiġu rrapportati f'tunnellati ta' għelejjel li jiddependu mid-dakkara li jistgħu jiġu attribwiti għad-dakkara selvaġġi, skont it-tip ta' għelejjel għat-tipi ewlenin ta' għelejjel li jiddependu mid-dakkara li jinkludu siġar tal-frott, frott artab, tadam, żrieragħ taż-żejt u “oħrajn”.
— 
Il-provvista tal-injam hija definita bħala l-kontribut tal-ekosistema għat-tkabbir tas-siġar u ta' bijomassa oħra tal-injam u għandha tiġi rrapportata bħala inkrement nett kif definit fl-Anness VII u mkejla skont il-qoxra tas-siġra, f'eluf ta' m3.
(b) 

Servizzi ta' regolazzjoni u manutenzjoni

— 
Il-filtrazzjoni tal-arja hija definita bħala l-kontribut tal-ekosistema għall-filtrazzjoni ta' sustanzi niġġiesa li jinġarru fl-arja permezz tad-depożizzjoni, l-użu, l-iffissar u l-ħżin ta' sustanzi niġġiesa mill-komponenti tal-ekosistema (b'mod partikolari s-siġar). Din ittaffi l-effetti dannużi tas-sustanzi niġġiesa. Il-kontributi għandhom jiġu rrapportati f'tunnellati ta' materja partikolata adsorbita.
— 
Ir-regolazzjoni globali tal-klima hija definita bħala l-kontribut tal-ekosistema għat-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet ta' gassijiet serra fl-atmosfera permezz tat-tneħħija (sekwestru nett) tal-karbonju mill-atmosfera u ż-żamma (ħżin) tal-karbonju fl-ekosistemi. Il-kontributi għandhom jiġu rrapportati f'termini ta' tunnellati ta' sekwestru nett tal-karbonju u tunnellati tal-karbonju organiku maħżun f'ekosistemi terrestri, inkluż stokk 'il fuq mill-art u 'l isfel mill-art.
— 
Ir-regolazzjoni lokali tal-klima hija definita bħala l-kontribut tal-ekosistema għar-regolazzjoni tal-kundizzjonijiet atmosferiċi ambjentali fiż-żoni urbani permezz ta' veġetazzjoni li ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-għajxien tan-nies u tappoġġa l-produzzjoni ekonomika. Din għandha tiġi espressa u rrapportata bħala t-tnaqqis tat-temperatura fl-ibliet, minħabba l-effett tal-veġetazzjoni urbana, fi gradi Celsius f'jiem li jaqbżu l-25 grad Celsius.
(c) 

Servizzi kulturali

— 
Is-servizzi relatati mat-turiżmu bbażati fuq in-natura huma definiti bħala l-kontribut tal-ekosistema, b'mod partikolari permezz tal-karatteristiċi bijofiżiċi u l-kwalitajiet tal-ekosistemi, li jippermettu lin-nies jużaw u jgawdu l-ambjent permezz ta' interazzjonijiet diretti, in situ, fiżiċi u esperjenzali mal-ambjent. Dawk il-kontributi għandhom jiġu rrapportati f'numru ta' ljieli f'lukandi, f'hostels, f'postijiet għall-kampeġġ, eċċ. li jistgħu jiġu attribwiti għal żjarat fl-ekosistemi.
5. 

Il-kontijiet tal-ekosistema għandhom jużaw it-tabella li ġejja tat-tipi ta' ekosistemi:



Kategorija

Tip ta' ekosistema

1

Insedjamenti u żoni artifiċjali oħrajn

2

Raba'

3

Mergħat (bwar, mergħat seminaturali u naturali)

4

Foresti u msaġar

5

Xagħri u arbuxelli

6

Ekosistemi b'veġetazzjoni skarsa

7

Artijiet mistagħdra interni

8

Xmajjar u kanali

9

Lagi u ġibjuni

10

Il-bokki tal-baħar u l-ilmijiet ta' tranżizzjoni

11

Bajjiet kostali, għaram u artijiet mistagħdra

12

Ekosistemi tal-baħar (l-ilmijiet kostali, pjattaforma u oċean miftuħ)

Taqsima 4

L-EWWEL SENA TA' REFERENZA, IL-FREKWENZA U L-ISKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI

1. L-istatistika għandha tiġi kkompilata u trażmessa:

— 
kull tliet snin għall-firxa tal-ekosistema u l-kontijiet tal-kundizzjoni tal-ekosistema; id-data għandha tirreferi għal medja rappreżentattiva għas-sena ta' referenza, u għall-matriċi ta' konverżjoni għall-bidla fit-3 snin bejn is-sentejn ta' referenza;
— 
fuq bażi annwali, dment li l-Kummissjoni (il-Eurostat) tagħmel disponibbli għodod ta' mmudellar għall-kalkolu tas-servizzi tal-ekosistema għall-kontijiet tas-servizzi tal-ekosistema; f'każ ta' nuqqas ta' tali għodod, kull 3 snin għall-kontijiet tas-servizzi tal-ekosistema.

2. L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 24 xahar mit-tmiem tas-sena ta' referenza.

3. Sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta' data kompluti u fil-ħin, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tipproduċi estimi għat-totali tal-UE, hekk kif tkun disponibbli data suffiċjenti skont il-pajjiżi. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika estimi għad-data li ma tkunx ġiet trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenza speċifikata fil-punt 2.

4. L-ewwel sena ta' referenza hija l-2024. Għall-matriċi ta' konverżjoni, l-ewwel sena ta' referenza hija l-2027.

5. Fl-ewwel trażmissjoni tad-data, l-Istati Membri għandhom jinkludu data mill-2024 għall-kontijiet tal-firxa u tal-kundizzjoni u għat-tabelli tal-provvista u tal-użu tas-servizzi tal-ekosistema f'unitajiet fiżiċi. Għall-matriċi ta' konverżjoni, id-data għandha turi l-bidliet bejn l-2024 u l-2027.

6. F'kull trażmissjoni sussegwenti tad-data lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu data dwar il-kontijiet tas-servizzi tal-ekosistema, il-firxa u l-kundizzjoni għas-snin n-3 u n, fejn n hija s-sena ta' referenza. L-Istati Membri għandhom jerġgħu jissottomettu d-data mill-2024 'il quddiem kull meta d-data tiġi riveduta. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe data disponibbli għas-snin li jiġu qabel l-2024.

Taqsima 5

TABELLI TA' RAPPORTAR

1. Kontijiet tal-firxa tal-ekosistema: għat-tipi kollha ta' ekosistemi msemmija fit-Taqsima 3, id-data fl-ewwel trażmissjoni għandha tiġi rrapportata għall-ewwel sena ta' referenza. Għat-trażmissjonijiet tad-data sussegwenti kollha, id-data għandha tiġi rrapportata kif ġej:

— 
il-firxa fis-sena ta' referenza preċedenti;
— 
iż-żidiet;
— 
it-tnaqqis;
— 
il-firxa fis-sena ta' referenza attwali.

Il-matriċi ta' konverżjoni għandha tirrapporta l-konverżjonijiet bejn it-tipi kollha ta' ekosistemi msemmija fit-Taqsima 3 bejn is-sena ta' referenza preċedenti u attwali.

2. Kontijiet tas-servizzi tal-ekosistema: għas-servizzi tal-ekosistema msemmija fit-Taqsima 3, id-data għandha tiġi rrapportata fit-tabelli tal-provvista u tal-użu kif ġej:

(a) 

tabella tal-provvista li tirreġistra l-provvista annwali tas-servizzi kif imsemmi fit-Taqsima 3 mit-tipi kollha ta' ekosistemi kif imsemmi fit-Taqsima 3, ħlief il-Kategoriji 10 u 12;

(b) 

uża t-tabella li tirreġistra l-użu tas-servizzi tal-ekosistema skont id-diżaggregazzjoni li ġejja:

— 
konsum intermedju tal-industrija;
— 
konsum finali tal-gvern;
— 
konsum finali tal-unitajiet domestiċi;
— 
formazzjoni grossa tal-kapital;
— 
esportazzjonijiet.

3. Stat Membru ma għandux ikun obbligat jirrapporta data jekk iż-żona totali tal-art tiegħu ma taqbiżx iż-0,3  % taż-żona totali tal-art tal-Unjoni.

Taqsima 6

DURATA TA' ŻMIEN MASSIMU TAL-PERJODI TRANŻITORJI

Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, id-durata ta' żmien massimu tal-perjodu tranżizzjonali hija ta' sentejn mill-iskadenza għall-ewwel trażmissjoni.



( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).

( 2 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1).

( 3 ) Ir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014 (ĠU L 153, 3.5.2021, p. 1).

( 4 ) Il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

( 5 ) Il-Konvenzjoni fuq it-Tniġġis tal-Arja Transkonfini fuq Distanza Kbira.

( 6 ) Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2003 dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura fil-Komunità (ĠU L 33, 5.2.2004, p. 1).

( 7 ) Ir-Regolament (UE) 2017/2391 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 fir-rigward tat-tipoloġiji territorjali (Tercet) (ĠU L 350, 29.12.2017, p. 1).