<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑397/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0397</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:340">EU:C:2013:340</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20130530">30.5.2013</DATE> — KAWŻA C‑397/11</P><P>JŐRÖS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Direttiva 93/13/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Klawżoli inġusti inklużi f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Eżami ex officio, minn qorti nazzjonali, tan-natura inġusta ta’ klważola kuntrattwali</KEYWORD><KEYWORD>Konsegwenzi li għandhom jinsiltu mill-qorti nazzjonali mill-konstatazzjoni dwar in-natura inġusta tal-klawżola</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑397/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari abbażi tal-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Fővárosi Bíróság (l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110712">12 ta’ Lulju 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20110727">27 ta’ Lulju 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Erika Jőrös</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Aegon Magyarország Hitel Zrt.,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President tal-Awla, M. Ilešič, E. Levits, M. Safjan u M. Berger (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn K. Szíjjártó u Z. Fehér, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A. Rubio González, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Owsiany‑Hornung kif ukoll minn M. van Beek u V. Kreuschitz, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288), b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn E. Jőrös u Aegon Magyarország Hitel Zrt. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Aegon<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar ammonti dovuti abbażi tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta’ kreditu konkluż bejn dawk il-partijiet.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/13 tiddefinixxi l-klawżola inġusta kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Klawżola kuntrattwali li ma tkunx ġiet negozjata individwalment għandha titqies inġusta jekk, kontra l-ħtieġa ta’ buona fede, tkun tikkawża żbilanċ sinifikanti fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt, bi ħsara għall-konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva jippreċiża:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>[...] il-karattru inġust ta’ klawżola kuntrattwali għandu jiġi stmat, billi titqies in-natura tal-merkanzija jew servizzi li għalihom ikun kien konkluż il-kuntratt u ssir referenza, filwaqt li jiġi konkluż il-kuntratt, għaċ-ċirkostanzi kollha preżenti waqt il-konklużjoni tal-kuntratt u għall-klawżoli l-oħra kollha tal-kuntratt jew ta’ kuntratt ieħor li jiddependi fuqu.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Fil-każ ta’ kuntratti fejn ċerti klawżoli jew il-klawżoli kollha offruti lill-konsumatur ikunu bil-miktub, dawn il-klawżoli għandhom ikunu abbozzati b’lingwaġġ sempliċi u ċar [...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-effetti marbuta mal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola, l-Artikolu 6(1) tal-istess Direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li klawżoli inġusti użati f’kuntratt konkluż ma’ konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur għandhom, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur u li l-kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-dritt materjali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 209(1) tal-liġi IV tal-1959, li tistabbilixxi l-kodiċi ċivili (a Polgári Törvénykönyvről szóló 1959. évi IV. Törvény, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>kodiċi ċivili<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), li kien fis-seħħ fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu inkwistjoni fil-kawża prinċipali, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>kundizzjoni kuntrattwali ġenerali jew klawżola ta’ kuntratt mal-konsumatur li ma kinux is-suġġett ta’ negozjati individwali jkunu inġusti meta, bi ksur tal-obbligi ta’ bona fide u ta’ lealtà, jiddeterminaw id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt b’mod unilaterali u mhux motivat għad-detriment tal-parti kontraenti li ma tkunx l-awtur tal-klawżola<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 209/A(2) tal-kodiċi ċivili jipprovdi li tali klawżoli huma nulli.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(d) tad-Digriet Governattiv Nru 18/1999 (II.5) dwar il-klawżoli li għandhom jitqiesu li huma inġusti fil-kuntratti mal-konsumatur (a fogyasztóval kötött szerződésben tisztességtelennek minősülő feltételekről szóló 18/1999 (II.5) kormányrendelet), tal-<DATE ISO="19990205">5 ta’ Frar 1999</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Magyar Közlöny</HT> 1999/8) għandhom b’mod partikolari jitqiesu bħala inġusti, salv prova kuntrarja, il-klawżoli li jippermettu lill-parti ko-kontraenti tal-konsumatur li temenda l-kuntratt b’mod unilaterali, mingħajr il-bżonn li tinvoka ġustifikazzjoni u, partikolarment, li żżid il-korrispettiv finanzjarju stabbilit mill-kuntratt, jew li jippermettu lil din il-parti kontraenti li temenda l-kuntratt b’mod unilaterali minħabba kawża ġusta definita fil-kuntratt, jekk, f’tali każ, il-konsumatur ma jkollux id-dritt li jittermina jew jirrexxindi l-kuntratt b’effett immedjat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-dritt proċedurali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(2) tal-Liġi Nru III tal-1952, li tistabbilixxi kodiċi ta’ proċedura ċivili (a polgári perrendtartásról szóló 1952. évi III. Törveny, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>kodiċi ta’ proċedura ċivili<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), il-qorti, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni legali kuntrarja, hija marbuta mit-talbiet u mill-argumenti legali mressqa mill-partijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 23(1)(k) tal-kodiċi tal-proċedura ċivili, il-proċeduri intiżi sabiex jistabbilixxu l-invalidità ta’ klawżoli kuntrattwali inġusti, b’mod partikolari abbażi tal-Artikolu 209/A(2) ta’ dak il-kodiċi jaqgħu taħt il-kompetenza tal-qrati reġjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-avviż 2/2010/VI.28./PK tal-awla konġunta ċivili tal-Magyar Legfelsőbb Bíróság (Qorti Superjuri tal-Ungerija), tat-<DATE ISO="20100628">28 ta’ Ġunju 2010</DATE>, relatat ma’ ċerti kwistjonijiet ta’ proċedura li jirrigwardaw il-proċeduri għal nullità, jipprovdi l-preċiżjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>4.</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Qorti għandha tikkunsidra <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> biss dawk il-każijiet ta’ nullità manifesta li jistgħu jiġu stabbiliti b’mod ċar abbażi ta’ provi disponibbli. [...]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ta’ każ ta’ nullità fl-istadju tal-appell hija obbligatora jekk l-eżistenza ta’ kawża ta’ nullità tkun tirriżulta b’mod ċar mill-elementi tal-proċedura tal-ewwel istanza. [...]</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>[...] F’kawża ċivili, il-qorti hija ġeneralment marbuta mill-espożizzjoni taċ-ċirkustanzi inkluża fir-rikors, mis-suġġett ta’ dan tal-aħħar, u għalhekk mid-dritt li l-parti tkun trid teżerċita. Skont l-Artikolu 121(1)(ċ) tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili, ir-rikors għandu jsemmi d-dritt invokat, iżda mhux il-bażi legali konkreta. Għaldaqstant, il-fatt li hija marbuta bir-rikors ma jfissirx li l-qorti hija marbut bil-bażi legali invokata b’mod żblajat mill-parti. Jekk il-fatti esposti mil-parti jkunu jagħtu lir-rikors jew lill-kontrotalba bażi legali oħra, il-qorti tista’ tirriprestina l-klassifikazzjoni vera tagħha skont il-liġi.</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20070704">4 ta’ Lulju 2007</DATE>, E. Jőrös ikkonkludiet kuntratt ta’ kreditu ma’ Aegon, entità finanzjarja Ungeriża, għal somma ta’ madwar CHF 160 000 (frank Svizzeru), imħallas fi fjorini Ungeriżi (HUF), għal perijodu fiss, jiġfieri sal-<DATE ISO="20240815">15 ta’ Awwissu 2024</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-imsemmi kuntratt, li ġie konkluż abbażi ta’ eżemplari stabbilit minn qabel minn Aegon, kien jipprevedi l-ħlas tal-interessi, li r-rata tagħhom fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt kienet ta’ 4.5 % fis-sena, u tal-ispejjeż ta’ ġestjoni, li r-rata tagħhom fl-istess mument kienet ta’ 2.2 % fis-sena.<?PAGE NO="4"?> Fil-mument tal-likwidazzjoni kienet dovuta kummissjoni tal-użu li tekwivali għal 1.5 % tal-ammont totali tas-self, b’ammont minimu ta’ CHF 250 u dak massimu ta’ CHF 1 759. Għalhekk, ir-rata annwali effettiva globali kienet tammonta għal 7.658 %.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-klawżola 3.2 tal-parti ġenerali II tal-kuntratt ta’ kreditu konkluż bejn Jőrös u Aegon kienet tipprovdi li persuna li ssellef kellha d-dritt, fi tmiem kull sena u għas-sena sussegwenti, li jemenda l-ammont tal-ispejjeż ta’ ġestjoni skont skema u skont il-modalitajiet definiti mir-regolament permanenti ta’ dik l-entità finanzjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-klawżola 8.2 ta’ dak il-kuntratt kien jistabbilixxi li l-persuna li ssellef kellha d-dritt li temenda b’mod unilaterali r-rata tal-interessi jew l-ammont tal-ispejjeż l-oħra previsti mill-imsemmi kuntratt, kif ukoll li tintroduċi kategoriji ġodda ta’ kummissjonijiet u ta’ spejjeż, f’każ ta’ tibdil tal-ispejjeż marbuta mal-finanzjament tat-tranżazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-klawżola 12.2 ta’ dak l-istess kuntratt kienet tipprevedi li jekk, wara kwalunkwe tibdil ta’ dispożizzjoni legali jew amministrattiva jew anki varjazzjonijiet fl-interpretazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, Aegon tiġi esposta għal spejjeż ġodda li hija ma setgħetx tipprevedi fil-mument tal-iffirmar tal-kuntratt, il-persuna li tissellef tkun obbligata tħallas, fuq talba ta’ din l-entità finanzjarja, somma li tkopri dawn l-ispejjeż jew, alternattivament, l-imsemmija entità jkollha d-dritt tbiddel b’mod unilaterali r-rata tas-self jew l-ammonti tal-kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-kuntratt ta’ kreditu ma kienx jipprevedi, f’każ ta’ tibdil unilaterali mill-entità finanzjarja, għad-dritt ta’ rexxissjoni b’effett immedjat min-naħa tal-persuna li tissellef.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>E. Jőrös ippreżenata rikors kontra Aegon, l-entità li ssellef, quddiem il-Pesti Központi kerületi bíróság (tribunal ċentrali taċ-ċentru ta’ Pest). Hija sostniet, fir-rikors tagħha, l-invalidità parzjali tal-kuntratt ta’ kreditu, billi allegat n-natura ta’ self b’użura, li tmur kontra l-prattika użu ġust u reali tad-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar. Madankollu, hija ma talbitx lil qorti sabiex tikkonstata n-nullità parzjali ta’ dak il-kuntratt abbażi tan-natura inġusta tad-dispożizzjonijiet tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Pesti Központi kerületi bíróság ċadet ir-rikors ta’ E. Jőrös permezz tas-sentenza tat-<DATE ISO="20101202">2 ta’ Diċembru 2010</DATE>. Mill-motivazzjoni ta’ dik is-sentenza jirriżulta li E. Jőrös ma setgħetx turi n-natura ta’ self b’użura, li tmur kontra l-użu ġust u reali tad-dispożizzjonijiet kontenzjużi tal-kuntratt ta’ kreditu.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>E. Jőrös appellat minn dik is-sentenza quddiem il-Fővárosi Bíróság (li saret il-Fővárosi Törvényszék). Hija pprevalixxiet ruħha min-nullità tal-klawżoli 3.2, 8.1, 8.2 u 12.2 tal-kuntratt ta’ kreditu, abbażi tal-fatt li dawn kienu jmorru manifestament kontra l-prattika ġusta u reali peress li dawn jagħtu lill-kreditur il-fakultà li jbiddel il-klawżoli tal-kuntratt b’mod unilaterali u li jimponu fuq id-debitur il-konsegwenzi tat-tibdil ulterjuri tal-kuntratt miġjuba mill-kreditur, iżda li fuqhom id-debitur ma’ għandu l-ebda influwenza. Hija ssostni li, wara t-tibdil li sar b’applikazzjoni ta’ dawk il-klawżoli, l-ammont tas-self u l-piż tar-rimbors żdiedu bi proporzjonijiet tali li hija ma setgħetx iktar tiffaċċjahom.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Fővárosi Bíróság iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1)</NO.P><TXT>Qorti nazzjonali taġixxi skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva [93/13] jekk, meta tkun ikkonstatata n-natura abbużiva ta’ kundizzjoni kuntrattwali ġenerali msemmija f’rikors, hija teżamina l-kwistjoni tan-nullità tal-kuntratt għal din ir-raġuni, mingħajr ma l-partijiet ikunu hekk talbuha partikolarment?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-qorti nazzjonali għandha, f’rikors ippreżentat minn konsumatur, taġixxi kif deskritt fl-ewwel domanda meta, bħala prinċipju, il-kompetenza sabiex tikkonstata n-nullità ta’ kuntratt minħabba n-natura abbużiva ta’ waħda mill-kundizzjonijiet kuntrattwali ġenerali ma hijiex dik ta’ tribunal lokali, iżda ta’ qorti ta’ livell iktar għoli, jekk il-parti leża tippreżenta rikors fuq dik il-bażi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda, qorti nazzjonali, li tagħti deċiżjoni bħala qorti tal-appell, għandha d-dritt li teżamina n-natura abbużiva ta’ kundizzjoni kuntrattwali ġenerali jekk dan il-punt ma jkunx tqajjem fl-ewwel istanza u meta, skont id-dritt nazzjonali, bħala regola ġenerali, ma jistgħux jitressqu fatti ġodda jew jiġu prodotti provi ġodda fl-appell?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ dik id-domanda, li għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 93/13 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li qorti nazzjonali, adita b’appell ta’ kawża li tirrigwarda l-validità tal-klawżoli inklużi f’kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur abbażi ta’ eżemplari stabbilit minn qabel mill-bejjiegħ jew fornitur, għandha d-dritt li teżamina n-natura inġusta tal-klawżoli kontenzjużi jekk din il-kawża ta’ invalidità ma tkunx tqajjmet fl-ewwel istanza, meta, skont id-dritt nazzjonali, bħala regola ġenerali, fl-istadju tal-appell ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni fatti ġodda jew provi ġodda.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Preliminarjament, jeħtieġ li jiġi rrilevat li, kif enfasizzat il-Kummissjoni Ewropea, id-deċiżjoni tar-rinviju ma tinkludi l-ebda indikazzjoni dwar il-produzzjoni mill-partijiet fil-kawża prinċipali, fl-istadju tal-appell, ta’ fatti jew ta’ provi ġodda. Peress li t-tielet domanda għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tirrigwarda, parzjalment, il-punt dwar jekk qorti tal-appell, adita b’kawża li tirrigwarda l-validità ta’ klawżoli inklużi f’kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, hijiex obbligata taċċetta l-produzzjoni ta’ fatti jew provi ġodda, dik il-parti tad-domanda hija għalhekk ipotetika u, bħala tali, inammissibbli (ara, b’mod partikolari, b’analoġija, s-sentenza tad-<DATE ISO="20130129">29 ta’ Jannar 2013</DATE>, Radu, C-396/11, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Bil-għan li tingħata risposta għall-parti ammissibbli tad-domanda, għandu jitfakkar li l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, li jipprovdi li l-klawżoli inġusti ma jorbtux lill-konsumaturi, jikkostitwixxi dispożizzjoni mandatorja li hija maħsuba sabiex tissostitwixxi l-bilanċ formali stabbilit mill-kuntratt bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet kontraenti b’bilanċ reali ta’ natura li jistabbilixxi mill-ġdid l-ugwaljanza bejn dawn il-partijiet (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20120614">14 ta’ Ġunju 2012</DATE>, Banco Español de Crédito, C‑618/10, punt 40, u tal-<DATE ISO="20130221">21 ta’ Frar 2013</DATE>, Banif Plus Bank, C‑472/11, punt 20).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni mixtieqa mid-Direttiva 93/13, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà enfasizzat diversi drabi li s-sitwazzjoni ta’ inugwaljanza li teżisti bejn il-konsumatur u l-bejjiegħ jew fornitur tista’ tiġi kkumpensata biss b’intervent pożittiv, li ma jiġix mill-partijiet fil-kuntratt (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Banco Español de Crédito, punt 41, u Banif Plus Bank, punt 21 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-qorti nazzjonali hija obbligata, meta jkollha l-punti neċessarji ta’ liġi u ta’ fatt, li tevalwa <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 93/13 u, b’dan il-mod, li tirrimedja l-iżbilanċ li jeżisti bejn il-konsumatur u l-bejjiegħ jew fornitur (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Banco Español de Crédito, punt 42 sa 44, u Banif Plus Bank, punt 22 sa 24).</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-rwol li huwa attribwit mid-dritt tal-Unjoni lill-qorti nazzjonali fil-qasam ikkunsidrat ma huwiex limitat għas-sempliċi possibbiltà li tiddeċiedi dwar in-natura possibbilment inġusta ta’ klawżola kuntrattwali, iżda jinkludi wkoll l-obbligu li teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> din il-kwistjoni, meta jkollha għad-dispożizzjoni tagħha l-punti ta’ liġi u ta’ fatt neċessarji għal dan il-għan (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Banco Español de Crédito, punt 43, u Banif Plus Bank, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-implementazzjoni ta’ dawn l-obbligi mill-qorti nazzjonali fil-fażi tal-appell, jeħtieġ li jitfakkar li, fl-assenza ta’ regolamentazzjoni mid-dritt tal-Unjoni, il-modalitajiet proċedurali tal-appell intiżi sabiex jiġi żgurat il-ħarsien tad-drittijiet li l-individwi jgawdu taħt id-dritt tal-Unjoni jiddependu mill-ordinament ġuridiku intern tal-Istati Membri skont il-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali ta’ dawn tal-aħħar. Madankollu, dawn il-modalitajiet ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili ta’ natura interna (prinċipju ta’ ekwivalenza) u lanqas ma għandhom ikunu organizzati b’tali mod li, fil-prattika, l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni jkun impossibbli jew eċċessivament diffiċli (prinċipju ta’ effettività) (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Banco Español de Crédito, punt 46, u Banif Plus Bank, punt 26).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, jeħtieġ li jiġi rrilevat li minn dan tal-aħħar jirriżulta li, meta qorti nazzjonali fl-istadju tal-appell ikollha l-fakultà jew l-obbligu li tevalwa <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> il-validità ta’ att ġuridiku fid-dawl tar-regoli nazzjonali ta’ ordni pubbliku, anki jekk tali kwistjoni ma tkunx tqajjmet fl-ewwel istanza, hija xorta waħda għandha tevalwa <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, fid-dawl tal-kriterji tad-Direttiva 93/13, in-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-direttiva. F’każ li l-qorti tar-rinviju tistabbilixxi li, fis-sitwazzjonijiet ta’ natura interna, hija għandha dik il-kompetenza, hija tkun obbligata teżerċita din tal-aħħar f’sitwazzjoni bħal dik eżistenti fil-kawża prinċipali, li tpoġġi f’dubju il-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur naxxenti mid-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20091006">6 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Asturcom Telecomunicaciones, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-40/08" PAGE.ECR="I-9579" YEAR="2009">C-40/08, Ġabra p. I-9579</REF.DOC.ECR>, punti 53 u 54, kif ukoll tat-<DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE>, Asbeek Brusse u de Man Garabito, C‑488/11, punti 45 u 46).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, hemm lok li jiġi rrilevat li, abbażi tal-proċess li ġie ppreżentat quddiemha, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-ebda element ta’ natura li jqajjem dubju fir-rigward tal-konformità tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali mal-imsemmi prinċipju.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-prinċipju ta’ effettività, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, kull każ fejn tqum il-kwistjoni dwar jekk dispożizzjoni proċedurali nazzjonali tirrendix impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi analizzat filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-post ta’ din id-dispożizzjoni fit-totalità tal-proċedura, tal-iżvolġiment u tal-partikolaritajiet tagħha, quddiem id-diversi qrati nazzjonali (ara s-sentenza Banco Español de Crédito, iċċitata iktar ’il fuq, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata). Il-Qorti nazzjonali hija obbligata li tinterpreta u tapplika id-dispożizzjonijiet nazzjonali kollha li jirregolaw il-kawża li tkun adita biha f’sens li jippermetti, sa fejn dan ikun possibbli, li tiġi żgurata l-implementazzjoni effettiva tad-drittijiet żgurati mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li skont il-punt 4(b) tal-Avviż 2/2010/VI.28./PK tal-awla konġunta ċivili tal-Legfelsőbb Bíróság, tat-<DATE ISO="20100628">28 ta’ Ġunju 2010</DATE>, il-qorti tal-appell għandha tieħu inkunsiderazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> każ ta’ nullità jekk l-eżistenza tal-klawżola ta’ din tal-aħħar tkun tirriżulta b’mod ċar mill-elementi tal-proċedura tal-ewwel istanza.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Dak l-avviż jippreċiża wkoll, fil-punt 5(a) tiegħu, li jekk il-fatti esposti mir-rikorrenti jkunu jagħtu lir-rikors bażi ġuridika oħra minn dik invokata mill-imsemmija parti, il-qorti adita tista’ tipproċedi bir-riklassifikazzjoni adegawata, skont il-liġi, tal-bażi tat-talba ppreżentata quddiemha.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Kif sostna l-Gvern Ungeriż fl-osservazzjonijiet li ppreżenta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, hemm lok li jiġi dedott minn dak l-avviż li, fis-sistema ġuridika Ungeriża, il-qorti fl-istadju tal-appell hija kompetenti, meta jkollha għad-dispożizzjoni tagħha l-elementi ta’ fatt u ta’ dritt neċessarji għal dan<?PAGE NO="7"?> l-għan, sabiex, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jew waqt li ttikklassifika mill-ġdid il-bażi legali tat-talba, tevalwa l-eżistenza ta’ kawża ta’ nullità ta’ klawżola kuntrattwali li tirriżulta minn dawk l-elementi, anki meta l-parti fil-kawża li setgħet tipprevalixxi ruħha minnha ma tkunx invokat dik il-kawża ta’ nullità.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Kif ġie mfakkar fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, ġaladarba qorti nazzjonali fl-istadju tal-appell ikollha dik il-kompetenza fis-sitwazzjonijiet ta’ natura interna, hija għandha teżerċitha f’sitwazzjoni bħal dik preżenti fil-kawża prinċipali, li tpoġġi f’dubju il-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur naxxenti mid-Direttiva 93/13.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jitqies li r-regoli nazzjonali proċedurali applikabbli fil-kawża prinċipali ma jidhrux li huma, fihom innifishom, ta’ natura li jirrendu impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-protezzjoni tad-drittijiet li d-Direttiva 93/13 tagħti lill-konsumatur.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li tingħata risposta għat-tielet domanda li d-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li, meta qorti nazzjonali, adita b’appell minn kawża li tirrigwarda l-validità ta’ klawżoli inklużi f’kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur abbażi ta’ eżemplari stabbilit minn qabel mill-imsemmi bejjiegħ jew fornitur, ikollha s-setgħa, skont ir-regoli proċedurali interni tagħha, li teżamina kwalunkwe kawża ta’ nullità li tkun tirriżulta b’mod ċar mill-elementi ppreżentati fl-ewwel istanza u, fejn xieraq, li tikklassifika mill-ġdid, skont il-fatti stabbiliti, il-bażi ġuridika invokata sabiex tiġi stabbilita l-invalidità ta’ dawk il-klawżoli, hija għandha, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jew waqt li tikklassifika mill-ġdid il-bażi legali tat-talba, tevalwa n-natura inġusta tal-imsemmija klawżoli fid-dawl tal-kriterji ta’ dik id-direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tixtieq tkun taf jekk l-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13 għandux jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali li tkun ikkonstatat in-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali tistax teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk hemmx lok li tannulla l-kuntratt għal din ir-raġuni, meta l-partijiet ma jkunux ippreżentaw talba f’dan is-sens.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-azzjonijiet li jinvolvu konsumatur individwali, l-ewwel parti tas-sentenza tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 tobbliga lill-Istati Membri jadottaw dispożizzjonijiet li jistabbilixxu li l-klawżoli inġusti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat din id-dispożizzjoni fis-sens li l-qorti nazzjonali għandha tislet il-konsegwenzi kollha li, skont id-dritt nazzjonali, jirriżultaw mill-konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżola inkwistjoni sabiex jiġi żgurat li l-konsumatur ma jkunx marbut b’din il-klawżola (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Banco español de Crédito, punt 63, u Banif Plus Bank, punt 27). F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-qorti nazzjonali, meta tikkunsidra li klawżola kuntrattwali hija inġusta, hija obbligata li ma tapplikahiex, sakemm il-konsumatur, wara li jkun ġie avżat mill-imsemmija qorti, ma jopponix dan (ara f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20090604">4 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Pannon GSM, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-243/08" PAGE.ECR="I-4713" YEAR="2009">C-243/08, Ġabra p. I-4713</REF.DOC.ECR>, punt 35).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li l-effikaċja sħiħa tal-protezzjoni prevista mid-Direttiva 93/13 teħtieġ li l-qorti nazzjonali li tkun ikkonstatat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> n-natura inġusta ta’ klawżola għandha tkun tista’ tislet il-konsegwenzi kollha ta’ din il-konstatazzjoni, mingħajr ma tistenna li l-konsumatur, informat dwar id-drittijiet tiegħu, jippreżenta dikjarazzjoni fejn jitlob li din il-klawżola tiġi annullata (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Banif Plus Bank, punt 28, kif ukoll Asbeek Brusse u de Man Garabito, punt 50).</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tkun tipprevedi li l-klawżoli ddikjarati inġusti huma nulli, tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, Invitel, C‑472/10, punti 39 u 40).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn dan, il-qorti nazzjonali għandha tevalwa l-inċidenza tal-konstatazzjoni dwar in-natura inġusta tal-klawżola inkwistjoni fuq il-validità tal-kuntratt ikkonċernat u tiddetermina jekk l-imsemmi kuntratt jistax jissussisti mingħajr dik il-klawżola (ara, f’dan is-sens, id-digriet tas-<DATE ISO="20101116">16 ta’ Novembru 2010</DATE>, Pohotovost’, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-76/10" PAGE.ECR="I-11557" YEAR="2010">C-76/10, Ġabra p. I-11557</REF.DOC.ECR>, punt 61).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 6(1), <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT>, tad-Direttiva 93/13 jindika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> (sentenza tal-<DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, Pereničová u Perenič, C‑453/10, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Kif irrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja, l-għan imfittex mil-leġiżlatur tal-Unjoni fil-kuntest tad-Direttiva 93/13 fil-fatt ma huwiex dak li jiġu annullati l-kuntratti kollha li jkunu jinkludu klawżoli inġusti iżda dak li jiġi stabbilit mill-ġdid il-bilanċ bejn il-partijiet, filwaqt li jinżamm fil-prinċipju l-validità tal-kuntratt kollu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Pereničová u Perenič, iċċitata iktar ’il fuq, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kriterji li bihom jista’ jiġi evalwat jekk kuntratt jistax effettivament jissussisti mingħajr il-klawżoli inġusti, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li kemm il-formulazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 kif ukoll ir-rekwiżiti dwar iċ-ċertezza legali tal-attivitajiet ekonomiċi jargumentaw favur approċċ oġġettiv fl-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni (sentenza Pereničová u Perenič, iċċitata iktar ’il fuq, punt 32). Madankollu, peress li din id-direttiva wettqet biss approssimizzazzjoni parzjali u minimali tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali relatati ma’ klawżoli inġusti, hija ma tipprekludix lil Stat Membru milli jipprovdi, fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni, leġiżlazzjoni nazzjonali li biha jista jiġi ddikjarat null kollu kemm hu kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur u li jkun fih klawżola waħda jew iktar inġusti meta dan jiżgura protezzjoni aħjar tal-konsumatur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Pereničová u Perenič, iċċitata iktar ’il fuq, punt 35).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Għaldaqstant hemm lok li tingħata risposta għall-ewwel domanda li l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali li tikkonstata n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali hija obbligata, minn naħa, mingħajr ma tistenna lill-konsumatur jippreżenta talba f’dan is-sens, li tislet il-konsegwenzi kollha li jirriżultaw, skont id-dritt nazzjonali, minn dik il-konstatazzjoni bil-għan li tiżgura ruħha li dak il-konsumatur ma jkunx marbut bl-imsemmija klawżola u, min-naħa l-oħra, li tevalwa, fil-prinċipju abbażi ta’ kriterji oġġettivi, jekk il-kuntratt ikkonċernat jistax jissussisti mingħajr l-imsemmija klawżola.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk id-Direttiva 93/13 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li qorti nazzjonali li tikkonstata <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali tista’ teżamina jekk hemmx lok li tannulla l-kuntratt għal din ir-raġuni, anki meta, skont ir-regoli proċedurali interni, l-azzjonijiet intiżi għall-invalidità ta’ klawżoli kuntrattwali inġusti jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ organu ġudizzjarju ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi rrilevat li huwa l-ordinament ġuridiku ta’ kull Stat Membru li għandu jindika l-qorti kompetenti sabiex tiddeċiedi kwistjonijiet li jpoġġu f’dubju d-drittijiet individwali naxxenti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, bil-premessa madankollu li l-Istati Membri huma responsabbli li jiżguraw, f’kull każ, protezzjoni effettiva ta’ dawk id-drittijiet. Abbażi ta’ din ir-riżerva, il-Qorti tal-Ġustizzja ma’ għandhiex tintervjeni fis-soluzzjoni tal-problemi ta’ kompetenza li tista’ tqajjem, fil-livell tal-organizzazzjoni ġudizzjarja nazzjonali, il-klassifikazzjoni ta’ ċerti sitwazzjonijiet<?PAGE NO="9"?> ibbażati fuq id-dritt tal-Unjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19970917">17 ta’ Settembru 1997</DATE>, Dorsch Consult, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-54/96" PAGE.ECR="I-4961" YEAR="1997">C-54/96, Ġabra p. I-4961</REF.DOC.ECR>, punt 40, u tat-<DATE ISO="20030522">22 ta’ Mejju 2003</DATE>, Connect Austria, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-462/99" PAGE.ECR="I-5197" YEAR="2003">C-462/99, Ġabra p. I-5197</REF.DOC.ECR>, punt 35).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Madankollu, kif tfakkar fil-punti 43 u 44 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 fis-sens li l-qorti nazzjonali għandha tislet il-konsegwenzi kollha li, skont id-dritt nazzjonali, jirriżultaw mill-konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżola inkwistjoni bil-għan li tiżgura ruħha li l-konsumatur ma jkunx marbut minn din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dawk il-kundizzjonijiet, mill-eżiġenzi ta’ interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali b’mod konformi mad-Direttiva 93/13 u ta’ protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-konsumatur, jirriżulta li hija l-qorti nazzjonali li għandha, sa fejn possibbli, tapplika r-regoli proċedurali interni tagħha sabiex tikseb ir-riżultat stabbilit mill-Artikolu 6(1) ta’ dik id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jeħtieġ li tingħata risposta għat-tieni domanda li d-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li qorti nazzjonali li tkun ikkonstatat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> in-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali għandha, sa fejn possibbli, tapplika r-regoli proċedurali interni tagħha b’tali mod li jkunu jistgħu jinsiltu l-konsegwenzi kollha li, skont id-dritt nazzjonali, jirriżultaw mill-konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżola inkwistjoni bil-għan li tiżgura ruħha li l-konsumatur ma jkunx marbut b’din tal-aħħar.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandha tiġi interpretata fis-sens li, meta qorti nazzjonali, adita b’appell minn kawża li tirrigwarda l-validità ta’ klawżoli inklużi f’kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur abbażi ta’ eżemplari stabbilit minn qabel mill-imsemmi bejjiegħ jew fornitur, ikollha s-setgħa, skont ir-regoli proċedurali interni tagħha, li teżamina kwalunkwe kawża ta’ nullità li tkun tirriżulta b’mod ċar mill-elementi ppreżentati fl-ewwel istanza u, fejn xieraq, li tikklassifika mill-ġdid, skont il-fatti stabbiliti, il-bażi ġuridika invokata sabiex tiġi stabbilita l-invalidità ta’ dawk il-klawżoli, hija għandha, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jew waqt li ttikklassifika mill-ġdid il-bażi legali tat-talba, tevalwa n-natura inġusta tal-imsemmija klawżoli fid-dawl tal-kriterji ta’ dik id-direttiva.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali li tikkonstata n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali hija obbligata, minn naħa, mingħajr ma tistenna lill-konsumatur jippreżenta talba f’dan is-sens, li tislet il-konsegwenzi kollha li jirriżultaw, skont id-dritt nazzjonali, minn dik il-konstatazzjoni bil-għan li tiżgura ruħha li dak il-konsumatur ma jkunx marbut bl-imsemmija klawżola u, min-naħa l-oħra, li tevalwa, fil-prinċipju abbażi ta’ kriterji oġġettivi, jekk il-kuntratt ikkonċernat jistax jissussisti mingħajr l-imsemmija klawżola.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="10"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li qorti nazzjonali li tkun ikkonstatat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> in-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali għandha, sa fejn possibbli, tapplika r-regoli proċedurali interni tagħha b’tali mod li jkunu jistgħu jinsiltu l-konsegwenzi kollha li, skont id-dritt nazzjonali, jirriżultaw mill-konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżola inkwistjoni bil-għan li tiżgura ruħha li l-konsumatur ma jkunx marbut b’din tal-aħħar.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>