<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑558/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008TJ0558</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:1080">EU:T:2014:1080</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>47</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>47</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20141212">12.12.2014</DATE> — KAWŻA T‑558/08</P><P>ENI vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20141212">12 ta’ Diċembru 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Suq tax-xema’ tal-paraffin</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE</KEYWORD><KEYWORD>Iffissar tal-prezzijiet</KEYWORD><KEYWORD>Prova tal-ksur</KEYWORD><KEYWORD>Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Ċirkustanzi aggravanti</KEYWORD><KEYWORD>Reċidiva</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ċirkustanzi attenwanti</KEYWORD><KEYWORD>Parteċipazzjoni sostanzjalment imnaqqsa</KEYWORD><KEYWORD>Ksur imwettaq b’negliġenza</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tad-difiża</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni sħiħa</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑558/08,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Eni SpA</HT>, stabbilita f’Ruma (l-Italja), irrappreżentata minn M. Siragusa, D. Durante, G. Rizza, S. Valentino u L. Bellia, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn F. Castillo de la Torre u V. Di Bucci, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett, prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali, tal-<DATE ISO="20081001">1 ta’ Ottubru 2008</DATE>, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 — Xema’ tax-xemgħa), kif ukoll, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn O. Czúcz (Relatur), President, I. Labucka u D. Gratsias, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: J. Palacio González, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20130319">19 ta’ Marzu 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-proċedura amministrattiva u l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni C(2008) 5476 finali, tal-<DATE ISO="20081001">1 ta’ Ottubru 2008</DATE>, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 — Xema’ tax-xemgħa) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ikkonstatat li r-rikorrenti, Eni SpA kienet, flimkien ma’ impriżi oħra, kisret l-Artikolu 81(1) KE u l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), billi pparteċipaw f’akkordju relatat mas-suq tax-xema’ tal-paraffin fiż-ŻEE u mas-suq Ġermaniż tax-xema’ ratba.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Id-destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata huma, minbarra r-rikorrenti, il-kumpanniji segwenti: Esso Deutschland GmbH, Esso Société anonyme française, ExxonMobil Petroleum and Chemical BVBA u Exxon Mobil Corp. (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>ExxonMobil<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>); H&amp;R ChemPharm GmbH, H&amp;R Wax Company Vertrieb GmbH u Hansen &amp; Rosenthal KG (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>H&amp;R<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>); Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG; MOL Nyrt.; Repsol YPF Lubricantes y Especialidades SA, Repsol Petróleo SA u Repsol YPF SA (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Repsol<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>); Sasol Wax GmbH, Sasol Wax International AG, Sasol Holding in Germany GmbH u Sasol Ltd (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Sasol<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>); Shell Deutschland Oil GmbH, Shell Deutschland Schmierstoff GmbH, Deutsche Shell GmbH, Shell International Petroleum Company Ltd, The Shell Petroleum Company Limited, Shell Petroleum NV u The Shell Transport and Trading Company Ltd (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Shell<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>); RWE Dea AG u RWE AG (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>RWE<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), kif ukoll Total SA u Total France SA (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Total<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) (premessa 1 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Ix-xema’ tal-paraffin tiġi prodotta fir-raffinerija abbażi ta’ żejt mhux maħdum. Hija tintuża għall-produzzjoni ta’ prodotti bħal xemgħat, prodotti kimiċi, tajers u prodotti tal-karozzi, kif ukoll għall-industriji tal-gomma, tal-ippakkettjar, tal-adeżivi u taċ-ċuwingamm (premessa 4 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Ix-xema’ ratba hija l-materja prima meħtieġa għall-produzzjoni tax-xema’ tal-paraffin. Hija prodotta f’raffineriji bħala prodott sekondarju fil-produzzjoni taż-żjut ta’ bażi miż-żejt mhux maħdum. Hija tinbiegħ ukoll lil klijenti finali, pereżempju lil produtturi ta’ particle boards (premessa 5 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni tagħha wara li Shell Deutschland Schmierstoff informatha, permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20050317">17 ta’ Marzu 2005</DATE>, dwar l-eżistenza ta’ akkordju filwaqt li ressqet quddiemha talba għal immunità abbażi tal-Avviż dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 155, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) (premessa 72 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fit-28 u fid-<DATE ISO="20050429">29 ta’ April 2005</DATE>, il-Kummissjoni pproċediet, skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE>, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), b’verifiki fil-binjiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>H &amp; R/Tudapetrol<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, ta’ ENI, ta’ MOL kif ukoll f’dawk tal-kumpanniji tal-gruppi Sasol, ExxonMobil, Repsol u Total (premessa 75 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Bejn il-25 u d-<DATE ISO="20070529">29 ta’ Mejju 2007</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet lil kull waħda mill-kumpanniji msemmija fil-punt 2 iktar ’il fuq, fosthom lir-rikorrenti wkoll (premessa 85 tad-deċiżjoni kkontestata). Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20070814">14 ta’ Awwissu 2007</DATE>, Eni wieġbet għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl-10 u fil-<DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE>, il-Kummissjoni organizzat seduta li fiha Eni pparteċipat (premessa 91 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, fid-dawl tal-provi li hija kellha, il-Kummissjoni qieset li d-destinatarji, li jikkostitwixxu l-parti l-kbira tal-produtturi tax-xema’ tal-paraffin u tax-xema’ ratba fi ħdan iż-ŻEE, kienu pparteċipaw fi ksur uniku, kumpless u kontinwu tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, li kien ikopri t-territorju taż-ŻEE. Dan il-ksur kien jikkonsisti fi ftehimiet jew fi prattiki miftiehma li jirrigwardaw l-iffissar tal-prezzijiet u l-iskambju u l-iżvelar ta’ informazzjoni sensittiva fuq livell kummerċjali li jaffettwaw ix-xema’ tal-paraffin (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>parti prinċipali tal-ksur<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>). F’dak li jirrigwarda lil RWE (sussegwentement Shell), ExxonMobil, MOL, Repsol, Sasol u Total, il-ksur li jaffettwa lix-xema’ tal-paraffin kien jirrigwarda wkoll it-tqassim ta’ klijenti jew ta’ swieq (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>tieni parti tal-ksur<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>). Barra minn hekk, il-ksur imwettaq minn RWE, ExxonMobil, Sasol u Total kien jirrigwarda wkoll ix-xema’ ratba mibjugħa lill-klijenti finali fis-suq Ġermaniż (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>parti dwar ix-xema’ ratba tal-ksur<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) (premessi 2, 95, 328 u l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-prattiki li jikkostitwixxu ksur seħħew matul laqgħat antikompetittivi msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>laqgħat tekniċi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> jew saħansitra laqgħat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Blauer Salon<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> mill-parteċipanti u matul il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>laqgħat tax-xema’ ratba<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> ddedikati speċifikament għall-kwistjonijiet dwar ix-xema’ ratba.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-ammont tal-multi imposti f’dan il-każ ġie kkalkolat abbażi tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="210" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, C 210, p. 2</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>linji gwida tal-2006<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), fis-seħħ fil-mument tan-notifika tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet lill-kumpanniji msemmija fil-punt 2 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni kkontestata tinkludi, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Artikolu 1</HT></TI.ART><ALINEA><P>L-impriżi segwenti kisru l-Artikolu 81(1) [KE] u, mill-<DATE ISO="19940101">1 ta’ Jannar 1994</DATE>, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipaw, matul il-perijodi indikati, fi ftehim kontinwu u/jew prattika miftiehma [kontinwa] fis-settur tax-xema’ tal-paraffin fis-suq komuni u, mill-<DATE ISO="19940101">1 ta’ Jannar 1994</DATE>, fiż-ŻEE:</P><P>Eni SpA: fit-[30 u fil-31] ta’ Ottubru 1997 u mill-<DATE ISO="20020221">21 ta’ Frar 2002</DATE> sat-<DATE ISO="20050428">28 ta’ April 2005</DATE>;</P><P>[…]</P></ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 2</HT></TI.ART><ALINEA><P>Il-multi segwenti huma imposti għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 1:</P><P>ENI SpA : EUR 29 120 000;</P><P>Esso Société anonyme française: EUR 83 588 400,</P><P>li minnha flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’</P><P>ExxonMobil Petroleum and Chemical BVBA u ExxonMobi1 Corporation għal EUR 34 670 400, li minnu flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’ Esso Deutschland GmbH għal EUR 27 081 600;</P><?PAGE NO="4"?><P>Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG: EUR 12 000 000;</P><P>Hansen &amp; Rosenthal KG flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’ H&amp;R Wax Company Vertrieb GmbH: EUR 24 000 000,</P><P>li minnha flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’</P><P>H&amp;R ChemPharm GmbH għal EUR 22 000 000;</P><P>MOL Nyrt.: EUR 23 700 000;</P><P>Repsol YPF Lubricantes y Especialidades SA flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’ Repsol Petróleo SA u Repsol YPF SA: EUR 19 800 000;</P><P>Sasol Wax GmbH: EUR 318 200 000,</P><P>li minnha flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’</P><P>Sasol Wax International AG, Sasol Holding in Germany GmbH u Sasol [Ltd.] għal EUR 250 700 000;</P><P>Shell Deutschland Oil GmbH, Shell Deutschland Schmierstoff GmbH, Deutsche Shell GmbH, Shell International Petroleum Company Limited, The Shell Petroleum Company Limited, Shell Petroleum NV u The Shell Transport and Trading Company Limited: EUR 0;</P><P>RWE-Dea AG flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’ RWE AG: EUR 37 440 000;</P><P>Total France SA flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’ Total SA: EUR 128 163 000.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-grupp Eni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-ksur, il-Kummissjoni qieset dan li ġej fid-deċiżjoni kkontestata:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>[...]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(342)</NO.P><TXT>Fil-Kapitolu 4 ġie stabbilit li, matul il-perijodu tal-parteċipazzjoni tagħha, Eni pparteċipat fil-ksur permezz ta’ impjegati ta’ AgipPetroli SpA u ta’ Eni SpA […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(343)</NO.P><TXT>AgipPetroli SpA kienet irrappreżentata f’laqgħa fit-30 u fil-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE> u bejn il-21 u t-<DATE ISO="20020222">22 ta’ Frar 2002</DATE> u l-<DATE ISO="20021231">31 ta’ Diċembru 2002</DATE> (meta hija ġiet inkorporata ma’ Eni SpA u għaldaqstant ma baqgħetx teżisti iktar), u Eni SpA ipparteċipat mill-<DATE ISO="20030101">1 ta’ Jannar 2003</DATE> (minn din id-data, is-sezzjonijiet raffinar u marketing ta’ Eni kienu responsabbli mill-bejgħ tax-xema’ tal-paraffin u tax-xema’ ratba) sat-<DATE ISO="20050428">28 ta’ April 2005</DATE> (data tat-tmiem tal-ksur).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(344)</NO.P><TXT>AgipPetroli SpA ġiet assorbita minn Eni SpA fil-<DATE ISO="20021231">31 ta’ Diċembru 2002</DATE>. Skont il-prinċipji ddefiniti fil-premessa (334), Eni SpA għandha, għaldaqstant, titqies li assumiet ir-responsabbiltà għall-attivitajiet ta’ AgipPetroli SpA preċedenti għall-<DATE ISO="20021231">31 ta’ Diċembru 2002</DATE> […]</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>(345)</NO.P><TXT>Għaldaqstant, Eni SpA għandha tinżamm responsabbli, mhux biss għall-parteċipazzjoni diretta tagħha fl-akkordju wara l-assorbiment ta’ AgipPetroli SpA (fil-<DATE ISO="20021231">31 ta’ Diċembru 2002</DATE>), iżda wkoll għall-attivitajiet ta’ AgipPetroli SpA fi ħdan l-akkordju preċedentement għal din id-data.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(346)</NO.P><TXT>Fit-tweġiba tagħha għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, Eni ma kkontestatx il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni relatati mar-responsabbiltà tagħha.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(347)</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet stabbiliti iktar ’il fuq, Eni SpA hija responsabbli għall-parteċipazzjoni tagħha f’laqgħa fit-30 u fil-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE> u mill-21 u t-<DATE ISO="20020222">22 ta’ Frar 2002</DATE> sat-<DATE ISO="20050428">28 ta’ April 2005</DATE> (data tat-tmiem tal-ksur).<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20081217">17 ta’ Diċembru 2008</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat din l-azzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali. Fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, hija stiednet lill-partijiet iwieġbu bil-miktub għal ċerti mistoqsijiet u jipproduċu ċerti dokumenti. Il-partijiet laqgħu din it-talba fit-terminu mogħti.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tad-<DATE ISO="20130319">19 ta’ Marzu 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-rabtiet fattwali mal-Kawżi T‑540/08, Esso <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, T‑541/08, Sasol <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, T‑543/08, RWE u RWE Dea vs Il‑Kummissjoni, T‑544/08, Hansen &amp; Rosenthal u H&amp;R Wax Company Vertrieb vs Il‑Kummissjoni, T‑548/08, Total vs Il‑Kummissjoni, T‑550/08, Tudapetrol vs Il‑Kummissjoni, T‑551/08, H&amp;R ChemPharm vs Il‑Kummissjoni, T‑562/08, Repsol YPF Lubricantes y Especialidades <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, u T‑566/08, Total Raffinage et Marketing vs Il‑Kummissjoni, u fid-dawl tal-prossimità tal-kwistjonijiet ġuridiċi mqajma, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tagħti s-sentenza f’din il-kawża biss wara s-seduti fl-imsemmija kawżi relatati, li l-aħħar waħda minnhom inżammet fit-<DATE ISO="20130703">3 ta’ Lulju 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla totalment jew parzjalment id-deċiżjoni kkontestata u tislet minnha l-konsegwenzi relatati mal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas l-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq sitt motivi.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tressaq l-ewwel żewġ motivi relatati mal-kontestazzjoni tal-parteċipazzjoni tagħha fl-akkordju, ibbażati fuq ksur tal-Artikolu 81 KE. L-ewwel motiv jirrigwarda l-istabbiliment tal-parteċipazzjoni tagħha minħabba l-preżenza tagħha fil-laqgħa teknika tat-30 u tal-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE>. It-tieni motiv jikkonċerna l-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur bejn il-<DATE ISO="20020221">21 ta’ Frar 2002</DATE> u t-<DATE ISO="20050428">28 ta’ April 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tressaq barra minn hekk erba’ motivi relatati mal-kalkolu tal-ammont tal-multa fir-rigward tagħha. It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 81 KE, tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003, tal-linji gwida tal-2006, kif ukoll tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament minħabba l-iffissar żbaljat ta’ koeffiċjent għal 17 % minħabba l-gravità tal-ksur u tal-ammont addizzjonali msejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>ħlas supplimentari<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 81 KE, tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003, tal-linji gwida tal-2006, tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza fit-trattament kif ukoll fuq abbuż ta’ setgħa minħabba ż-żieda tal-ammont tal-multa b’60 % iġġustifikata biċ-ċirkustanza aggravanti relatata mar-reċediva. Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 81 KE, tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003, tal-linji gwida tal-2006, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-obbligu ta’ motivazzjoni sa fejn il-Kummissjoni ma rrikonoxxietx l-eżistenza taċ-ċirkustanza attenwanti relatata mal-parteċipazzjoni sostanzjalment imnaqqsa tagħha fl-akkordju u mal-assenza ta’ parteċipazzjoni tagħha fl-implementazzjoni tiegħu. Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 81 KE, tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 u tal-linji gwida tal-2006 minħabba n-nuqqas ta’ rikonoxximent taċ-ċirkustanza attenwanti relatata man-negliġenza.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Peress li l-ewwel u t-tieni motivi jirrigwardaw l-evalwazzjoni tal-provi li juru l-parteċipazzjoni ta’ Eni fl-akkordju, il-Qorti Ġenerali tqis utli li dawn jiġu eżaminati flimkien.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni motivi relatati mal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fl-akkordju, ibbażati fuq ksur tal-Artikolu 81 KE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni illegalment stabbilixxiet il-parteċipazzjoni tagħha fi ftehim jew fi prattika miftiehma abbażi tal-preżenza tagħha fil-laqgħa teknika tat-30 u tal-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE> f’Hamburg (il-Ġermanja). Permezz tat-tieni motiv tagħha, hija tqajjem l-illegalità tal-istabbiliment tal-parteċipazzjoni tagħha fl-akkordju bejn il-<DATE ISO="20020221">21 ta’ Frar 2002</DATE> u t-<DATE ISO="20050428">28 ta’ April 2005</DATE>.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kunċetti ta’ ftehim u ta’ prattika miftiehma</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 81(1) KE, huma inkompatibbli mas-suq komuni u huma pprojbiti l-ftehimiet kollha bejn impriżi, id-deċiżjonijiet kollha ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi u l-prattiki miftiehma kollha li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri u li jkollhom bħala għan jew riżultat il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq komuni.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Sabiex ikun hemm ftehim fis-sens tal-Artikolu 81(1) KE, huwa biżżejjed li l-impriżi inkwistjoni jkunu esprimew l-intenzjoni komuni tagħhom li jaġixxu fis-suq b’mod determinat (sentenzi tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="19911217">17 ta’ Diċembru 1991</DATE>, Hercules Chemicals vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-7/89" PAGE.ECR="II-1711" YEAR="1991">T-7/89, Ġabra p. II-1711</REF.DOC.ECR>, punt 256, u tal-<DATE ISO="20020320">20 ta’ Marzu 2002</DATE>, HFB <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-9/99" PAGE.ECR="II-1487" YEAR="2002">T-9/99, Ġabra p. II-1487</REF.DOC.ECR>, punt 199).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Jista’ jiġi kkunsidrat li ġie konkluż ftehim fis-sens tal-Artikolu 81(1) KE meta jkun hemm qbil bejn l-intenzjonijiet fuq il-prinċipju nnifsu tar-restrizzjoni tal-kompetizzjoni, anki jekk l-elementi speċifiċi tar-restrizzjoni prevista jkunu għadhom qegħdin jiġu nnegozjati (sentenza tal-Qorti Ġenerali, tas-<?PAGE NO="7"?><DATE ISO="20110616">16 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Heineken Nederland u Heineken vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-240/07" PAGE.ECR="II-3355" YEAR="2011">T-240/07, Ġabra p. II-3355</REF.DOC.ECR>, punt 45; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza HFB <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq, punti 151 sa 157 u 206).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ prattika miftiehma jikkonċerna forma ta’ koordinazzjoni bejn l-impriżi li, mingħajr ma wasslet għal ftehim veru u proprju, xjentement tissostitwixxi kooperazzjoni prattika bejniethom b’riskju għall-kompetizzjoni (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19990708">8 ta’ Lulju 1999</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-49/92 P" PAGE.ECR="I-4125" YEAR="1999">C-49/92 P, Ġabra p. I-4125</REF.DOC.ECR>, punt 115, u Hüls vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-199/92 P" PAGE.ECR="I-4287" YEAR="1999">C-199/92 P, Ġabra p. I-4287</REF.DOC.ECR>, punt 158).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 81(1) KE jipprekludi kwalunkwe kuntatt dirett jew indirett bejn operaturi ekonomiċi ta’ natura jew li jinfluwenza l-aġir fis-suq ta’ kompetitur attwali jew potenzjali, jew li jiżvela lil tali kompetitur l-aġir li l-operatur ekonomiku kkonċernat ikun iddeċieda li jadotta huwa stess fis-suq jew li huwa jipprevedi li jadotta, meta l-kuntatti tiegħu jkollhom l-għan jew l-effett li jirrestrinġu l-kompetizzjoni (sentenza Heineken Nederland u Heineken vs Il‑Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, punt 47; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, punt 28 iktar ’il fuq, punti 116 u 117).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-prinċipji ta’ evalwazzjoni tal-provi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, il-Kummissjoni għandha tipproduċi l-prova tal-ksur li hija tikkonstata u għandha tistabbilixxi l-provi meħtieġa biex tintwera, kif meħtieġ mil-liġi, l-eżistenza ta’ fatti li jikkostitwixxu ksur (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-<DATE ISO="19981217">17 ta’ Diċembru 1998</DATE>, Baustahlgewebe vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-185/95 P" PAGE.ECR="I-8417" YEAR="1998">C-185/95 P, Ġabra p. I-8417</REF.DOC.ECR>, punt 58, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tas-<DATE ISO="20060927">27 ta’ Settembru 2006</DATE>, Dresdner Bank <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, T‑44/02 OP, T‑54/02 OP, T‑56/02 OP, T‑60/02 OP u T‑61/02 OP, Ġabra p. II‑3567, punt 59, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju, skont ġurisprudenza stabbilita, meta l-Qorti Ġenerali tiġi adita b’rikors għal annullament ta’ deċiżjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) KE, hija għandha teżerċita, b’mod ġenerali, stħarriġ sħiħ sabiex issir taf jekk il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE ġewx issodisfatti jew le (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tas‑<DATE ISO="20001026">26 ta’ Ottubru 2000</DATE>, Bayer vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-41/96" PAGE.ECR="II-3383" YEAR="2000">T-41/96, Ġabra p. II-3383</REF.DOC.ECR>, punt 62, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-eżistenza ta’ dubju f’moħħ il-qorti għandha tibbenefika lill-impriża destinatarja tad-deċiżjoni li tikkonstata ksur. Għaldaqstant, il-qorti ma tistax tikkonkludi li l-Kummissjoni wriet l-eżistenza tal-ksur inkwistjoni kif titlob il-liġi jekk jibqa’ dubju f’moħħ il-qorti dwar din il-kwistjoni, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ rikors għall-annullament ta’ deċiżjoni li timponi multa (sentenzi tal-Qorti Ġenerali Dresdner Bank <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, punt 30 iktar ’il fuq, punt 60, u tat-<DATE ISO="20110712">12 ta’ Lulju 2011</DATE>, Hitachi <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-112/07" PAGE.ECR="II-3871" YEAR="2011">T-112/07, Ġabra p. II-3871</REF.DOC.ECR>, punt 58).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’din l-aħħar sitwazzjoni, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza, hekk kif jirriżulta b’mod partikolari mill-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>, li jagħmel parti mid-drittijiet fundamentali li jikkostitwixxu prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. Fid-dawl tan-natura tal-ksur inkwistjoni kif ukoll tan-natura u tal-grad ta’ severità tas-sanzjonijiet konnessi miegħu, il-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza japplika b’mod partikolari għall-proċeduri relatati ma’ ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi li jista’ jwassal għall-impożizzjoni ta’ multi jew ta’ pagamenti ta’ penalità (sentenza Hitachi <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, punt 32 iktar ’il fuq, punt 59; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza Dresdner Bank <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, punt 30 iktar ’il fuq, punt 61, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa neċessarju li l-Kummissjoni tipproduċi provi preċiżi u konkordanti sabiex tistabbilixxi l-eżistenza tal-ksur. Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li kull prova prodotta mill-Kummissjoni ma għandhiex neċessarjament tissodisfa dawn il-kriterji għal kull element tal-ksur. Huwa biżżejjed li d-diversi indizji invokati mill-istituzzjoni, evalwati globalment, jissodisfaw dan ir-rekwiżit (ara s-sentenza Dresdner Bank <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, punt 30 iktar ’il fuq, punti 62 u 63, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>L-indizji li l-Kummissjoni tinvoka fid-deċiżjoni kkontestata sabiex tipprova l-eżistenza ta’ ksur minn naħa ta’ impriża tal-Artikolu 81(1) KE ma għandhomx jiġu evalwati b’mod iżolat, iżda flimkien (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-<DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, BPB vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-53/03" PAGE.ECR="II-1333" YEAR="2008">T-53/03, Ġabra p. II-1333</REF.DOC.ECR>, punt 185, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat ukoll, li fil-prattika, il-Kummissjoni hija spiss obbligata tipprova l-eżistenza ta’ ksur f’ċirkustanzi li ma tantx huma xierqa għal dan il-kompitu, inkwantu setgħu għaddew diversi snin wara ż-żmien tal-fatti li jikkostitwixxu l-ksur u xi wħud mill-impriżi li kienu s-suġġett tal-investigazzjoni ma jkunux ikkooperaw b’mod attiv magħha. Għalkemm il-Kummissjoni ta’ bilfors għandha tistabbilixxi li ġie konkluż ftehim illeċitu ta’ ffissar tal-prezz, ikun eċċessiv li tintalab, barra minn hekk, tipproduċi prova tal-mekkaniżmu speċifiku li permezz tiegħu kellu jinkiseb dan l-għan. Fil-fatt, ikun wisq faċli għal impriża akkużata bi ksur li tevita kull sanzjoni jekk hija tkun tista’ tinvoka l-argument dwar in-natura vaga tal-informazzjoni ppreżentata fir-rigward tal-funzjonament tal-ftehim illegali f’sitwazzjoni li fiha l-eżistenza tal-ftehim u l-għan antikompetittiv tiegħu jkunu madankollu stabbiliti b’mod suffiċjenti. L-impriżi jistgħu jiddefendu ruħhom b’mod utli f’tali sitwazzjoni, sakemm huma jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw fuq il-provi kollha invokati fil-konfront tagħhom mill-Kummissjoni (sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-<DATE ISO="20040708">8 ta’ Lulju 2004</DATE>, JFE Engineering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-67/00+T-68/00+T-71/00+T-78/00" PAGE.ECR="II-2501" YEAR="2004">T-67/00, T-68/00, T-71/00 u T-78/00, Ġabra p. II-2501</REF.DOC.ECR>, punt 203).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-provi li jistgħu jiġu invokati sabiex ikun stabbilit ksur tal-Artikolu 81 KE, il-prinċipju dominanti fid-dritt tal-Unjoni huwa dak tal-produzzjoni libera tal-provi (sentenzi tal-Qorti Ġenerali, tat-<DATE ISO="20040708">8 ta’ Lulju 2004</DATE>, Dalmine vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-50/00" PAGE.ECR="II-2395" YEAR="2004">T-50/00, Ġabra p. II-2395</REF.DOC.ECR>, punt 72, u Hitachi <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, punt 32 iktar ’il fuq, punt 64).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-valur probatorju tad-diversi provi, l-uniku kriterju rilevanti għall-evalwazzjoni tal-provi prodotti jinsab fil-kredibbiltà tagħhom (sentenza Dalmine vs Il‑Kummissjoni, punt 37 iktar ’il fuq, punt 72).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Skont ir-regoli ġenerali fil-qasam tal-provi, il-kredibbiltà u, b’hekk, il-valur probatorju ta’ dokument jiddependu mill-oriġini tiegħu, miċ-ċirkustanzi li ġie redatt fihom, mid-destinatarju tiegħu u mill-kontenut tiegħu (sentenzi tal-Qorti Ġenerali, tal-<DATE ISO="20000315">15 ta’ Marzu 2000</DATE>, Cimenteries CBR <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-25/95+T-26/95+T-30/95+T-31/95+T-32/95+T-34/95+T-35/95+T-36/95+T-37/95+T-38/95+T-39/95+T-42/95+T-43/95+T-44/95+T-45/95+T-46/95+T-48/95+T-50/95+T-51/95+T-52/95+T-53/95+T-54/95+T-55/95+T-56/95+T-57/95+T-58/95+T-59/95+T-60/95+T-61/95+T-62/95+T-63/95+T-64/95+T-65/95+T-68/95+T-69/95+T-70/95+T-71/95+T-87/95+T-88/95+T-103/95+T-104/95" PAGE.ECR="II-491" YEAR="2000">T-25/95, T-26/95, T-30/95 sa T-32/95, T-34/95 sa T-39/95, T-42/95 sa T-46/95, T-48/95, T-50/95 sa T-65/95, T-68/95 sa T-71/95, T-87/95, T-88/95, T-103/95 u T-104/95, Ġabra p. II-491</REF.DOC.ECR>, punti 1053 u 1838, u Hitachi <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, punt 32 iktar ’il fuq, punt 70).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Meta l-Kummissjoni tibbaża ruħha biss fuq l-aġir tal-impriżi inkwistjoni fis-suq għall-konklużjoni tal-eżistenza ta’ ksur, huwa biżżejjed għal dawn tal-aħħar li juru l-eżistenza ta’ fatti li jitfgħu dawl differenti fuq il-fatti stabbiliti mill-Kummissjoni u li jippermettu għalhekk li spjegazzjoni oħra plawżibbli tal-fatti tissostitwixxi dik użata minnha sabiex jiġi konkluż li hemm ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza JFE Engineering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, punt 41 iktar ’il fuq, punt 186).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-każijiet li fihom il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq provi dokumentali, l-impriżi kkonċernati għandhom mhux biss jippreżentaw alternattiva plawżibbli għat-teżi tal-Kummissjoni, iżda saħansitra jqajmu l-insuffiċjenza tal-provi użati fid-deċiżjoni kkontestata sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza tal-ksur (sentenza JFE Engineering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 41 iktar ’il fuq, punt 187).<?PAGE NO="9"?> Tali produzzjoni tal-provi ma tiksirx il-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19990708">8 ta’ Lulju 1999</DATE>, Montecatini vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-235/92 P" PAGE.ECR="I-4539" YEAR="1999">C-235/92 P, Ġabra p. I-4539</REF.DOC.ECR>, punt 181).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Billi l-projbizzjoni mill-parteċipazzjoni fi prattiki u fi ftehimiet antikompetittivi kif ukoll is-sanzjonijiet li jinkorri min jikser din il-projbizzjoni huma magħrufa, huwa komuni li l-attivitajiet li jinvolvu dawn il-prattiki u dawn il-ftehimiet iseħħu b’mod klandestin, li l-laqgħat jinżammu b’mod sigriet u li d-dokumentazzjoni relatata titnaqqas kemm jista’ jkun. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tintalab li tipproduċi l-atti li juru b’mod espliċitu l-kuntatt bejn l-operaturi kkonċernati. Anki jekk il-Kummissjoni tiskopri tali atti, dawn ikunu normalment frammentati u sparpaljati, b’mod li sabiex ċerti dettalji jiġu kkostitwiti mill-ġdid ikun hemm spiss bżonn li dawn jiġu dedotti. L-eżistenza ta’ prattika jew ta’ akkordju antikompetittiv tista’ għaldaqstant tiġi dedotta minn ċertu numru ta’ koinċidenzi u ta’ indizji li, meħuda flimkien, fl-assenza ta’ spjegazzjoni oħra koerenti, jikkostitwixxu evidenza ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas‑<DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-204/00 P+C-205/00 P+C-211/00 P+C-213/00 P+C-217/00 P+C-219/00 P" PAGE.ECR="I-123" YEAR="2004">C-204/00 P, C-205/00 P, C-211/00 P, C-213/00 P, C-217/00 P u C-219/00 P, Ġabra p. I-123</REF.DOC.ECR>, punti 55 sa 57; ara s-sentenza Dresdner Bank <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, punt 30 iktar ’il fuq, punti 64 u 65, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Waqt l-evalwazzjoni tal-valur probatorju tal-provi dokumentali, għandha tingħata importanza kbira lill-fatt li dokument ġie mħejji b’rabta immedjata mal-fatti (sentenzi tal-Qorti Ġenerali, tal-<DATE ISO="19990311">11 ta’ Marzu 1999</DATE>, Ensidesa vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-157/94" PAGE.ECR="II-707" YEAR="1999">T-157/94, Ġabra p. II-707</REF.DOC.ECR>, punt 312, u tas-<DATE ISO="20031216">16 ta’ Diċembru 2003</DATE>, Nederlandse Federatieve Vereniging voor de Groothandel op Elektrotechnisch Gebied u Technische Unie vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-5/00+T-6/00" PAGE.ECR="II-5761" YEAR="2003">T-5/00 u T-6/00, Ġabra p. II-5761</REF.DOC.ECR>, punt 181) jew minn xhud dirett ta’ dawn il-fatti (sentenza JFE Engineering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, punt 36 iktar ’il fuq, punt 207).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>L-assenza ta’ data jew ta’ firma ta’ dokument jew il-fatt li huwa miktub ħażin ma jneħħix kwalunkwe valur probatorju minn dan id-dokument, peress li l-oriġini tiegħu, id-data probabbli tiegħu u l-kontenut tiegħu jistgħu jiġu stabbiliti b’mod suffiċjentement ċar (sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-<DATE ISO="20061213">13 ta’ Diċembru 2006</DATE>, FNCBV vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-217/03+T-245/03" PAGE.ECR="II-4987" YEAR="2006">T-217/03 u T-245/03, Ġabra p. II-4987</REF.DOC.ECR>, punt 124; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tal-<DATE ISO="19920310">10 ta’ Marzu 1992</DATE>, Shell vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-11/89" PAGE.ECR="II-757" YEAR="1992">T-11/89, Ġabra p. II-757</REF.DOC.ECR>, punt 86).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Mill-prinċipju tal-produzzjoni libera tal-provi jirriżulta li, minkejja li l-assenza ta’ provi dokumentali tista’ tkun rilevanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni globali ta’ sensiela ta’ indizji invokati mill-Kummissjoni, waħedha, hija ma għandhiex il-konsegwenza li tippermetti lill-impriża kkonċernata tqiegħed inkwistjoni l-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni billi tippreżenta spjegazzjoni alternattiva tal-fatti. Dan ikun il-każ biss meta l-provi prodotti mill-Kummissjoni ma jippermettux li tiġi stabbilita l-eżistenza tal-ksur mingħajr ekwivoku u mingħajr ma tkun neċessarja interpretazzjoni (sentenza Hitachi <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, punt 32 iktar ’il fuq, punt 65; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-<DATE ISO="20070912">12 ta’ Settembru 2007</DATE>, Coat Holdings u Coats vs Il‑Kummissjoni, T‑36/05, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 74).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-ebda dispożizzjoni u l-ebda prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju ma jipprojbixxu lill-Kummissjoni milli tinqeda b’dikjarazzjonijiet ta’ impriżi oħra li huma akkużati li pparteċipaw fl-akkordju sabiex tużahom kontra impriża oħra. Kieku dan ma kienx il-każ, l-oneru tal-prova ta’ aġir li jmur kontra l-Artikolu 81 KE, li jaqa’ fuq il-Kummissjoni, ikun insostenibbli u inkompatibbli mal-missjoni tagħha ta’ sorveljanza tal-applikazzjoni tajba ta’ dawn id-dispożizzjonijiet (sentenzi JFE Engineering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, punt 36 iktar ’il fuq, punt 192, u Hitachi <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, punt 32 iktar ’il fuq, punt 67).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Valur probatorju partikolarment għoli jista’ jiġi rrikonoxxut lid-dikjarazzjonijiet li, l-ewwel nett, huma affidabbli, it-tieni nett, isiru f’isem impriża, it-tielet nett, ikunu ġejjin minn persuna li hija marbuta bl-obbligu professjonali li taġixxi fl-interess ta’ din l-impriża, ir-raba’ nett, imorru kontra l-interessi<?PAGE NO="10"?> tad-dikjarant, il-ħames nett, ġejjin minn xhud dirett tal-fatti msemmija fihom u, is-sitt nett, ġew ipprovduti bil-miktub, b’mod intenzjonali u wara riflessjoni fil-fond (sentenza Hitachi <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, punt 32 iktar ’il fuq, punt 71; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza JFE Engineering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, punt 36 iktar ’il fuq, punti 205 sa 210).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, id-dikjarazzjoni ta’ impriża akkużata li pparteċipat f’akkordju, li l-eżattezza tagħha hija kkontestata minn diversi impriżi oħra kkonċernati, ma tistax titqies li tikkostitwixxi prova suffiċjenti tal-eżistenza ta’ ksur imwettaq minn dawn tal-aħħar mingħajr ma tiġi sostnuta minn provi oħra, billi l-grad ta’ korroborazzjoni meħtieġ jista’ jkun inqas, minħabba l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet inkwistjoni (sentenzi JFE Engineering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, punt 36 iktar ’il fuq, punti 219 u 220, u Hitachi <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, punt 32 iktar ’il fuq, punt 68).</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm huwa ġeneralment aċċettabbli li xhieda mogħtija b’mod volontarju mill-parteċipanti prinċipali f’akkordju illegali tiġi ttrattata b’ċertu suspett, meta titqies il-possibbiltà li dawn il-parteċipanti jkollhom it-tendenza li jnaqqsu l-importanza tal-kontribut tagħhom fil-ksur u li jżidu dak tal-parteċipanti l-oħra, madankollu xorta jibqa’ l-fatt li persuna titlob sabiex tibbenefika mill-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 bil-għan li tikseb immunità jew tnaqqis tal-multa mhux neċessarjament joħloq inċentiv sabiex jiġu prodotti provi distorti fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-membri l-oħra tal-akkordju. Fil-fatt, kull tentattiv sabiex il-Kummissjoni tiġi indotta tagħmel żball jista’ jqajjem dubji dwar is-sinċerità kif ukoll il-kompletezza tal-kooperazzjoni ta’ min qed jagħmel it-talba u, għaldaqstant, jipperikola l-possibbiltà li dan jibbenefika b’mod sħiħ mill-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 (sentenza Hitachi <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, punt 32 iktar ’il fuq, punt 72; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tas-<DATE ISO="20061116">16 ta’ Novembru 2006</DATE>, Peróxidos Orgánicos vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-120/04" PAGE.ECR="II-4441" YEAR="2006">T-120/04, Ġabra p. II-4441</REF.DOC.ECR>, punt 70).</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>B’mod partikolari, hemm lok li jitqies li l-fatt li persuna tistqarr li wettqet ksur u li għaldaqstant tammetti l-eżistenza ta’ fatti li jmorru lil hinn minn dawk li l-eżistenza tagħhom setgħet tiġi dedotta b’mod dirett mid-dokumenti inkwistjoni jimplika <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, fl-assenza ta’ ċirkustanzi partikolari ta’ natura li jindikaw il-kuntrarju, li din il-persuna ddeċidiet li tgħid il-verità. Għaldaqstant, id-dikjarazzjonijiet li jmorru kontra l-interessi tad-dikjarant għandhom, fil-prinċipju, jitqiesu li huma provi partikolarment dgħajfa (sentenzi tal-Qorti Ġenerali JFE Engineering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, punt 36 iktar ’il fuq, punti 211 u 212; tas-<DATE ISO="20070426">26 ta’ April 2007</DATE>, Bolloré <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-109/02+T-118/02+T-122/02+T-125/02+T-126/02+T-128/02+T-129/02+T-132/02+T-136/02" PAGE.ECR="II-947" YEAR="2007">T-109/02, T-118/02, T-122/02, T-125/02, T-126/02, T-128/02, T-129/02, T-132/02 u T-136/02, Ġabra p. II-947</REF.DOC.ECR>, punti 166; u tat-<DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, Lafarge vs Il‑Kummissjoni, T‑54/03, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 59).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq hija applikabbli, b’analoġija, għall-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-deskrizzjoni tal-parti prinċipali tal-ksur fid-deċiżjoni kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar li l-Kummissjoni qieset, fil-premessa 2 tad-deċiżjoni kkontestata, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Sunt tal-ksur<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], li d-destinatarji ta’ din id-deċiżjoni kienu pparteċipaw fi ksur uniku, kumpless u kontinwu tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Il-parti prinċipali ta’ dan il-ksur kienet tikkonsisti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>fi ftehimiet jew fi prattiki miftiehma dwar l-iffissar tal-prezzijiet u l-iskambju u l-iżvelar ta’ informazzjoni sensittiva fuq livell kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] li jirrigwardaw ix-xema’ tal-paraffin. Din il-parti prinċipali kienet l-unika parti tal-ksur li r-rikorrenti pparteċipat fiha skont id-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>4.1. Prinċipji bażiċi u funzjonament tal-akkordju<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], il-Kummissjoni ddeskriviet, fil-premessi 106 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> ta’ din id-deċiżjoni, il-parti prinċipali tal-ksur skont kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>[...]</P><?PAGE NO="11"?><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(106)</NO.P><TXT>Il-laqgħat tekniċi dejjem inqasmu f’żewġ partijiet: diskussjoni inizjali dwar kwistjonijiet tekniċi, u wara diskussjonijiet ta’ natura antikompetittiva dwar, fost l-oħrajn, l-iffissar tal-prezz, it-tqassim tas-swieq u tal-klijentela (f’ċerti każijiet), u l-iskambju u l-iżvelar ta’ informazzjoni sensittiva fuq livell kummerċjali bħal pereżempju l-politika tal-prezz attwali u futura, il-klijenti, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-volumi ta’ bejgħ.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(107)</NO.P><TXT>Id-diskussjonijiet dwar il-prezzijiet u ż-żiediet tal-prezz potenzjali normalment kienu jseħħu lejn l-aħħar tal-laqgħat tekniċi. Ġeneralment, Sasol kienet teżamina d-diskussjonijiet dwar il-prezzijiet, iżda sussegwentement il-prezzijiet u l-istrateġiji politiċi tal-prezz kienu jiġu diskussi mill-parteċipanti kollha permezz tal-involviment ta’ kull membru bilqiegħda mal-mejda. Id‑diskussjonijiet kienu jikkonċernaw kemm iż-żidiet tal-prezz u l-prezzijiet indikattivi għal klijenti speċifiċi u ż-żidiet tal-prezz ġenerali, kif ukoll il-prezzijiet minimi u l-prezzijiet indikattivi għas-suq kollu. Iż-żidiet tal-prezz kienu normalment miftiehma f’ċifri assoluti u mhux f’perċentwali (pereżempju, EUR 60 għal kull tunnellata għax-xema’ tal-paraffin totalment raffinata). Il-prezzijiet minimi kienu mhux biss miftiehma meta kien hemm ftehim għal żieda fil-prezz, iżda wkoll meta żieda fil-prezz ma kinitx tista’ sseħħ (pereżempju, fil-perijodu ta’ tnaqqis tal-prezz).</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(109)</NO.P><TXT>Ir-rappreżentanti tal-impriżi kienu jaqsmu ma’ xulxin, barra minn hekk, informazzjoni kummerċjali sensitiva u kienu jħabbru l-istrateġija ġenerali tagħhom.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(110)</NO.P><TXT>L-impriżi, bl-eċċezzjoni ta’ MOL, kienu rrappreżentati minn persuni li kellhom is-setgħa li jiddeterminaw l-istrateġija tal-prezz tal-impriża rispettiva tagħhom u li jiffissaw il-prezzijiet għal klijenti partikolari […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(111)</NO.P><TXT>Matul il-parti l-kbira tal-laqgħat tekniċi, id-diskussjonijiet dwar il-prezzijiet kienu ġeneralment jikkonċernaw ix-xema’ tal-paraffin [...] u rarament biss id-differenti tipi ta’ xema’ tal-paraffin (bħax-xema’ tal-paraffin totalment raffinata, ix-xema’ tal-paraffin nofsha raffinata, it-taħlitiet ta’ xema’/speċjalitajiet, ix-xema’ tal-paraffin solida jew l-idroxema’). Barra minn hekk, kien ċar għall-impriżi kollha li l-prezzijiet għal kull tip ta’ xema’ tal-paraffin kellu jiżdied bl-istess ammont jew bl-istess perċentwali.[...]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(113)</NO.P><TXT>Ir-riżultat tal-laqgħat tekniċi kien ġeneralment implementat permezz tat-tħabbir ta’ żieda fil-prezz lill-klijenti jew permezz tal-annullament tat-tabella tariffarja eżistenti. Il-każijiet okkażjonali ta’ qerq jew ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni kienu jiġu diskussi matul il-laqgħat segwenti [ara, pereżempju, il-premessi (149) u (157)]. Ġeneralment, waħda mill-impriżi rrappreżentata kienet tieħu l-inizjattiva u kienet tibda tgħolli l-prezzijiet tagħha. Ġeneralment, din l-impriża kienet tkun Sasol, iżda din ġieli kienet titlob li parteċipant ieħor jieħu l-inizjattiva. Ftit wara t-tħabbir minn impriża lill-klijentela dwar l-intenzjoni tagħha li żżid il-prezzijiet, il-fornituri l-oħra kienu jsegwu l-moviment u kienu jħabbru wkoll żidiet fil-prezz [...] Il-persuni li kienu jirrappreżentaw lill-impriżi matul il-laqgħat tekniċi kienu jinformaw lill-oħrajn dwar l-attività meħuda sabiex jiġu applikati r-riżultati tal-laqgħat tekniċi. Din l-informazzjoni kienet tiġi pprovduta oralment [...] jew billi tintbagħat kopja tat-tħabbir taż-żieda tal-prezz jew tal-annullament tal-prezz ikkonċernat lil waħda jew lill-impriżi l-oħra kollha [parteċipanti]. Il-Kummissjoni fil-fatt skopriet li tali tħabbir kien skambjat bejn il-partijiet. Kampjun ta’ xi 150 ittra ta’ dan it-tip ġie identifikat bħala li ġie skambjat fis-sitt ġimgħat wara l-laqgħat tekniċi [...]<?PAGE NO="12"?> Ġie wkoll iddikjarat li skont ftehim, l-impriżi rrappreżentati ma kellhomx japprofittaw mill-applikazzjoni ta’ żieda tal-prezz miftiehma sabiex iżidu s-sehem tagħhom fis-suq. Din id-dikjarazzjoni ma ġietx ikkontestata fit-tweġibiet għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>4.2. Informazzjoni ddettaljata dwar il-laqgħat tekniċi<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], il-Kummissjoni l-ewwel nett ippreżentat fid-deċiżjoni kkontestata tabella sommarja li tindika l-post, id-data tal-laqgħat tekniċi kif ukoll l-impriżi preżenti (premessa 124 tad-deċiżjoni kkontestata). Sussegwentement hija eżaminat il-provi disponibbli dwar kull waħda mil-laqgħat tekniċi (premessi 126 sa 177 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>5.3. Natura tal-ksur inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], il-Kummissjoni ppreċiżat fid-deċiżjoni kkontestata l-prinċipji li jirregolaw il-klassifikazzjoni tal-aġir antikompetittiv, applikabbli f’dan il-każ:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>5.3.1.</NO.P><TXT>Prinċipji</TXT></NP></TI></TITLE><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(205)</NO.P><TXT>[F]il-każ ta’ ksur kumpless li jdum għaddej, ma hemmx bżonn li l-Kummissjoni tikklassifikah [bħala ftehim [jew] prattika miftiehma]. Il-kunċetti ta’ ftehim jew ta’ prattika miftiehma huma vagi u jistgħu jikkoinċidu. L-aġir antikompetittiv jista’ ċertament ikun varja f’mument jew ieħor, jew il-mekkaniżmi tiegħu jistgħu jkunu ġew adottati jew imsaħħa sabiex jittieħed kont tal-iżvilupp tas-sitwazzjoni. Fil-fatt, tali distinzjoni tista’ wkoll tkun impossibbli, sa fejn ksur jista’ fl-istess ħin jippreżenta l-karatteristiċi ta’ kull waħda mill-forom ta’ aġir ipprojbit, filwaqt li, ikkunsidrati waħdehom, xi wħud mill-manifestazzjonijiet tiegħu jistgħu jiġu ddefiniti bħala li jaqgħu preċiżament taħt forma waħda iktar milli taħt l-oħra. Madankollu, ikun artifiċjali li fl-analiżi dak li jikkostitwixxi b’mod ċar l-implementazzjoni tal-aġir li għandu biss għan wieħed u uniku jinqasam f’diversi forom differenti ta’ ksur. Akkordju jista’ għalhekk jikkostitwixxi kemm ftehim kif ukoll prattika miftiehma. L-Artikolu 81 [KE] ma jipprovdix klassifikazzjoni speċifika għal ksur kumpless tat-tip bħal dak deskritt fid-deċiżjoni preżenti [...]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(206)</NO.P><TXT>Fil-preżenza ta’ bosta membri f’akkordju li l-aġir antikompetittiv tagħhom jista’ jiġi kklassifikat, fuq medda ta’ żmien, bħala ftehim jew prattika miftiehma (ksur kumpless), il-Kummissjoni ma għandhiex bżonn tevalwa b’mod preċiż f’liema kategorija għandu jaqa’ kull tip ta’ aġir.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></GR.SEQ></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Sussegwentement, dejjem taħt l-istess titolu tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ddeskriviet il-kontenut tal-ksur skont kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>5.3.2.</NO.P><TXT>Applikazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(210)</NO.P><TXT>Ġie stabbilit permezz tal-fatti deskritti fil-Kapitolu 4 ta’ din id-deċiżjoni li l-impriżi kollha li jifformaw parti minn din il-proċedura pparteċipaw f’attivitajiet kollużivi dwar ix-xema’ tal-paraffin u, għall-kumpanniji identifikati fil-premessa 2, ix-xema’ ratba […] u li huma regolarment ipparteċipaw f’laqgħat li matulhom l-elementi segwenti ġew diskussi:</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>l-iffissar tal-prezz[;]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>[…] it-tqassim tal-klijenti u/jew it-tqassim ta’ swieq[;]</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="13"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>l-iżvelar u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensibbli, b’mod partikolari fuq il-klijenti, it-tariffi, il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni u l-volumi ta’ bejgħ [...]</TXT></NP></ITEM></LIST><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>5.3.2.2.</NO.P><TXT>L-iffissar tal-prezz</TXT></NP></TI></TITLE><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(240)</NO.P><TXT>Il-premessi 98, 107, 126, 128, 131, 133, 135, 137, 139, 140, 142, 145, 147, 149, 152, 153, 156, 157, 163, 168, 174, 176 u 177 juru li l-impriżi inkwistjoni kienu jiffissaw tariffi minimi u kienu jiftiehmu meta jgħollu t-tariffi (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>iffissar tal-prezz<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/>).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(241)</NO.P><TXT>ExxonMobil, Repsol, Sasol u Shell ikkonfermaw l-eżistenza ta’ prattiki ta’ ffissar tal-prezz [ara l-premessa 107] u kkonfermaw mill-ġdid din l-informazzjoni matul is-seduta tagħhom kif ukoll fit-tweġibiet bil-miktub tagħhom għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></GR.SEQ></P></GR.SEQ></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni pproċediet għal konklużjoni dwar il-parteċipazzjoni ta’ Eni fl-akkordju fil-premessa 298 tad-deċiżjoni kkontestata, skont kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Kif ġie muri fil-Kapitolu 4, Eni pparteċipati f’laqgħa fl-1997 u fi ħdax-il laqgħa bejn Frar 2002 u Frar 2005. Il-laqgħa tal-1997 (ara l-premessa 145) ippermettiet li jintlaħaq ftehim dwar il-prezzijiet fis-sens tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Fir-rigward tal-laqgħat li seħħew wara Frar 2002 [ara l-premessi 165 sa 178], il-Kummissjoni tikkonkludi, fid-dawl tal-provi disponibbli u skont id-deskrizzjoni ġenerali tal-istruttura abitwali tal-laqgħat tekniċi, li Eni assistiet, ipparteċipat u kkontribwixxiet għall-iffissar tal-prezz u għall-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva. Peress li wara l-2002 Eni pparteċipat għal ħdax-il laqgħa’ minn tlettax-il laqgħa l-Kummissjoni tqis li Eni kienet taf dwar l-għan antikompetittiv u dwar il-miżuri adottati waqt il-laqgħat tekniċi, jew kien imissha kienet taf dwarhom. Għalkemm ma teżisti ebda prova li Eni pparteċipat fil-laqgħat tal-14 u tal-<DATE ISO="20040115">15 ta’ Jannar 2004</DATE> u tal-11 u tat-<DATE ISO="20040512">12 ta’ Mejju 2004</DATE>, il-Kummissjoni tqis li l-parteċipazzjoni kontinwa ta’ Eni fil-ksur hija murija għall-perijodu ta’ bejn il-21 u t-<DATE ISO="20020222">22 ta’ Frar 2002</DATE> u t-<DATE ISO="20050428">28 ta’ April 2005</DATE> [...] Il-Kummissjoni tqis, b’mod partikolari, li l-avvenimenti deskritti fil-premessa 165 juru li Eni ħadet inkunsiderazzjoni l-informazzjoni miksuba dwar l-aġir tal-kompetituri tagħha fis-suq, adatta l-aġir tagħha u ħadet miżuri ta’ implementazzjoni. Din is-sitwazzjoni tista’ tiġi kklassifikata bħala prattika miftiehma.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></CONSID></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-parteċipazzjoni ta’ Eni fl-akkordju minħabba l-preżenza tagħha fil-laqgħa teknika tat-30 u tal-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE></HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma tistax validament tasal għall-konklużjoni tal-parteċipazzjoni tagħha fl-akkordju abbażi tal-preżenza tagħha fil-laqgħa teknika tat-30 u tal-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE>. Fil-fatt, il-preżenza tagħha kienet spjegata minn żjara tar-rappreżentant tagħha f’Hamburg għal negozzjazzjonijiet legali ma’ Sasol. Barra minn hekk, dan ir-rappreżentant tbiegħed mill-kontenut antikompetittiv tal-laqgħa teknika inkwistjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Eżami tal-provi</P></TI></TITLE><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Fil-premessa 145 tad-deċiżjoni kkontestata, dwar il-laqgħa teknika tat-30 u tal-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE>, il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq il-minuti tal-laqgħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Blauer Salon<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> ta’ Sasol, li jinkludu l-indikazzjonijiet segwenti:</TXT></NP><TBL NO.SEQ="0001" COLS="4" CLASS="GEN"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>.</CELL><CELL COL="2">Data</CELL><CELL COL="3">Żieda</CELL><CELL COL="4">Prezz min.</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">√ SCHS, D</CELL><CELL COL="2">.</CELL><CELL COL="3">.</CELL><CELL COL="4">.</CELL></ROW><?PAGE NO="14"?><ROW><CELL COL="1">√ Dea, D</CELL><CELL COL="2">.</CELL><CELL COL="3">.</CELL><CELL COL="4">.</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">√ SRS-Tuda, D</CELL><CELL COL="2">.</CELL><CELL COL="3">.</CELL><CELL COL="4">.</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">√ MOL, HU</CELL><CELL COL="2">1.1.</CELL><CELL COL="3">.</CELL><CELL COL="4">.</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">√ Total, F</CELL><CELL COL="2">1.1.</CELL><CELL COL="3">DEM 10,-</CELL><CELL COL="4">DEM 120</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Mobil-Bp, F</CELL><CELL COL="2">.</CELL><CELL COL="3">.</CELL><CELL COL="4">.</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">√ Repsol, E</CELL><CELL COL="2">.</CELL><CELL COL="3">.</CELL><CELL COL="4">.</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">√ Agip, I</CELL><CELL COL="2">1.1.</CELL><CELL COL="3">DEM 10</CELL><CELL COL="4">.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></CELL></ROW></CORPUS></TBL><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Sassol iddikjarat li minn dawn il-minuti jirriżulta li l-parteċipanti kollha impenjaw ruħhom sabiex iżidu l-prezzijiet minn bejn DEM 10 sa bejn DEM 12 għal kull 100 kg, li Total u Agip kienu xtaqu li jżidu l-prezzijiet b’DEM 10 u li dan kellu jwassal għal prezz minimu ta’ DEM 120 għal kull 100 kg, tal-inqas għal Total.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Il-livelli u d-dati għaż-żieda huma totalment ikkonfermati minn żewġ noti dwar din il-laqgħa, misjuba fil-bini ta’ MOL.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Fil-premessa 145 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonkludiet, abbażi ta’ dawn id-dokumenti u tad-dikjarazzjonijiet tal-impriżi li jispjegawhom, dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>[L-]impriżi parteċipanti ftiehmu dwar strateġija sabiex jarmonizzaw u jżidu l-prezzijiet. In-nota tikkonċerna kemm ix-xema’ tal-paraffin kif ukoll ix-xema’ ratba. Barra minn hekk, in-nota [ta’ MOL] turi li l-impriżi skambjaw informazzjoni dwar iż-żamma u l-istrateġija ġenerali tal-prezz.<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>L-ewwel nett, f’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat li Sasol u Repsol iddikjaraw li l-laqgħa teknika tat-30 u tal-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE> kellha kontenut antikompetittiv. Barra minn hekk, Sasol ipproċediet ukoll sabiex tinterpreta d-dokumenti misjuba mill-Kummissjoni, billi b’mod partikolari ppreċiżat li l-parteċipanti kollha kienu impenjaw ruħhom sabiex iżidu l-prezzijiet (ara l-punt 60 iktar ’il fuq). Dawn id-dikjarazzjonijiet saru minn persuni li pparteċipaw fil-laqgħat tekniċi, wara kunsiderazzjoni bir-reqqa, u jinkriminaw ukoll lill-impriżi li f’isimhom dawn saru. Għaldaqstant, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 47 iktar ’il fuq, dawn huma partikolarment affidabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi rrilevat li l-kontenut tad-diskussjonijiet li saru waqt il-laqgħa teknika tat-30 u tal-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE> huwa b’mod partikolari ddokumentat sewwa permezz tan-noti ta’ MOL u tal-minuti tal-laqgħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>Blauer Salon<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> ta’ Sasol. Hemm lok li jingħad ukoll li, hekk kif il-Kummissjoni qieset fil-premessa 215 tad-deċiżjoni kkontestata, in-noti ta’ MOL ġew ippreparati matul il-laqgħat mill-persuna li assistiet għalihom u l-kontenut tagħhom huwa strutturat u relattivament iddettaljat. Għaldaqstant, il-valur probatorju ta’ dan in-noti huwa għoli ħafna. Fir-rigward tal-minuti tal-laqgħat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>Blauer Salon<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> ta’ Sasol, dawn huma dokumenti li jiddataw għaż-żmien tal-fatti u li ġew redatti <HT TYPE="ITALIC">in tempore non suspecto</HT>, jiġifieri ftit wara kull laqgħa teknika. Anke jekk il-persuna li rrediġiethom ma kinitx preżenti għal-laqgħat tekniċi, hija bbażat ruħha fuq l-informazzjoni miksuba minn parteċipant. Għaldaqstant, il-valur probatorju ta’ dawn il-minuti huwa wkoll għoli.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali tikkonkludi li l-provi kollha prodotti mill-Kummissjoni fil-premessa 145 tad-deċiżjoni kkontestata jippermettu li jiġi kkonfermat li l-parteċipanti effettivament ftiehmu dwar iż-żidiet tal-prezzijiet tax-xema’ tal-paraffin matul il-laqgħa teknika tat-30 u tal-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Fuq il-preżenza ta’ Eni fil-laqgħa teknika tat-30 u tal-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE> u fuq il-kwistjoni tat-tbegħid tagħha</P></TI></TITLE><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ma tikkontestax li r-rappreżentant tagħha DS., ipparteċipa fil-laqgħa teknika tat-30 u tal-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Madankollu, hija ssostni li l-preżenza ta’ DS. f’din il-laqgħa teknika kienet bi żball. Fil-fatt, wara laqgħa bilaterali mar-rappreżentant ta’ Sasol, klijent ta’ Eni, dan tal-aħħar stiednu jipparteċipa wkoll f’laqgħa organizzata minn Sasol fuq skala ħafna ikbar, ma’ produtturi oħra Ewropej tal-paraffin.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti tbiegħdet mill-kontenut antikompetittiv tal-laqgħa teknika inkwistjoni. Peress li DS. ma kienx interessat fil-kwistjonijiet relatati mal-prezzijiet ipprattikati u mal-kwantitajiet offruti, huwa ma pparteċipax fid-diskussjoni, iżda baqa’ sat-tmiem tal-laqgħa sempliċement b’korteżija lejn Sasol. Madankollu, mill-bidu nett, huwa ddikjara mal-kontropartijiet tiegħu ta’ Sasol li la Eni u lanqas huwa stess ma kienu interessati f’tali laqgħat, hekk kif jirriżulta mid-dikjarazzjoni tiegħu. Il-fatt li Sasol fehmet it-tbegħid tiegħu huwa muri mill-fatt li Eni ma ġietx mistiedna għal-laqgħat tekniċi sussegwenti sal-21 ta’ Frar 202. Barra minn hekk, Eni ħassret ukoll l-adeżjoni tagħha mal-assoċjazzjoni professjonali European Wax Federation (EWF) fit-<DATE ISO="19980612">12 ta’ Ġunju 1998</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, fir-rigward ta’ ftehimiet ta’ natura antikompetittiva li jiġu konklużi, bħal f’dan il-każ, waqt laqgħat ta’ impriżi kompetituri, ikun hemm ksur tal-Artikolu 81 KE meta dawn il-laqgħat ikollhom bħala għan li jirrestrinġu, jipprevjenu jew joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni u jkunu għaldaqstant intiżi sabiex jorganizzaw b’mod artifiċjali l-funzjonament tas-suq. F’tali każ, huwa biżżejjed li l-Kummissjoni turi li l-impriża kkonċernata pparteċipat f’laqgħat li matulhom ġew konklużi ftehimiet ta’ natura antikompetittiva, sabiex tiġi pprovata l-parteċipazzjoni ta’ din l-impriża fl-akkordju. Meta l-parteċipazzjoni f’tali laqgħat tkun ġiet stabbilita, hija din l-impriża li għandha tipproduċi l-provi li jkunu ta’ natura li jistabbilixxu li l-parteċipazzjoni tagħha f’dawn il-laqgħat ma kellha ebda spirtu antikompetittiv, billi turi li hija kienet indikat lill-kompetituri tagħha li hija kienet qiegħda tieħu sehem f’dawn il-laqgħat b’perspettiva differenti minn tagħhom (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni, punt 29 iktar ’il fuq, punt 81, u tal-<DATE ISO="20070125">25 ta’ Jannar 2007</DATE>, Sumitomo Metal Industries u Nippon Steel vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-403/04 P+C-405/04 P" PAGE.ECR="I-729" YEAR="2007">C-403/04 P u C-405/04 P, Ġabra p. I-729</REF.DOC.ECR>, punt 47).</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Ir-raġuni wara dan il-prinċipju tad-dritt hija li, peress li pparteċipat fl-imsemmija laqgħa mingħajr ma tbiegħdet pubblikament mill-kontenut tagħha, l-impriża tat x’tifhem lill-parteċipanti l-oħra li hija kienet qed taqbel ma’ dak li ġie deċiż fiha u li kienet ser timxi miegħu (sentenzi Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 42 iktar ’il fuq, punt 82, u Sumitomo Metal Industries u Nippon Steel vs Il-Kummissjoni, punt 69 iktar ’il fuq, punt 48).</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li kemm min-noti ta’ kif ukoll mill-minuti tal-laqgħat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>Blauer Salon<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> ta’ Sasol jirreferu għal Eni, sa fejn jinsabu kemm l-isem tal-kumpanija Agip, is-sussidjarja ta’ Eni attiva fil-qasam tal-produzzjoni ta’ xemgħat tal-paraffin, kif ukoll il-miżura ta’ żieda fil-prezzijiet proposti minn Agip (skont in-nota ta’ MOL, DEM 100 għal kull tunnellata, u skont il-minuti tal-laqgħat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>Blauer Salon<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> DEM kull 100 kg), u d-data proposta tal-żieda fil-prezz (l-<DATE ISO="19980101">1 ta’ Jannar 1998</DATE>). Il-korrispondenza tan-noti fuq dawn id-dettalji turi bla ebda dubju li r-rappreżentant ta’ Eni effettivament ħabbar l-ammont u d-data taż-żieda fil-prezz għall-prodotti tagħha li jikkorrispondu għax-xemgħat tal-paraffin, bħala r-rappreżentanti tal-impriżi l-oħra preżenti f’din il-laqgħa teknika. Din il-konstatazzjoni hija kkorroborata wkoll mid-dikjarazzjoni ta’ Sasol, li l-interpretazzjoni tat-tabelli li jinsabu fid-dokumenti inkwistjoni hija li l-parteċipanti kollha impenjaw ruħhom li jżidu l-prezzijiet minn DEM 10 sa DEM 12 kull 100 kg (ara l-punt 60 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti tallega li DS. sempliċement l-assenza ta’ interess tiegħu dwar ir-rappreżentanti ta’ Sasol. L-aċċenna tal-miżura inkwistjoni u d-data taż-żieda tal-prezzijiet proġettati mill-Eni f’żewġ noti, redatti b’mod indipendentement minn żewġ impriżi, jirriflettu l-kontenut<?PAGE NO="16"?> tad-diskussjonijiet waqt l-imsemmija laqgħa teknika, jindika li l-parteċipanti l-oħra qiesu li Eni qablet mal-arranġamenti kompetittivi. B’hekk, l-argument tar-rikorrenti li hija tbiegħdet pubblikament mill-kontenut antikompetittiv ta’ din il-laqgħa teknika għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Konklużjoni dwar il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti għall-akkordju tat-30 u tal-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE></P></TI></TITLE><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Abbażi tal-analiżi ta’ hawn fuq, għandu jiġi kkonstatat li fit-30 u l-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE>, ir-rikorrenti pparteċipat f’laqgħa teknika li l-kontenut kien jaqa’ taħt il-parti prinċipali tal-ksur, jiġifieri ftehim jew prattiki miftiehma li jirrigwardaw l-iffissar tal-prezzijiet, u l-iskambju kif ukoll l-iżvelar ta’ informazzjoni sensittiva kummerċjalment li taffettwa x-xemgħat tal-paraffin. Barra l-provi diretti li juru l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fl-arranġamenti dwar l-iffissar tal-prezzijiet tax-xama’ tal-paraffin, hemm lok li jitqies li hija ma ddistakkatx ruħha pubblikament mill-kontenut antikompetittiv tal-imsemmija laqgħa teknika. Għaldaqstant, il-Kummissjoni stabbilixxiet ġustament li r-rikorrenti kien ħa sehem fl-ewwel parti tal-ksur fit-30 u l-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>L-argumenti l-oħra mressqa mir-rikorrenti ma jistgħux jikkontestaw din il-konstatazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-assenza ta’ stedina tar-rikorrenti minn Sasol għal-laqgħat tekniċi sussegwenti u t-terminazzjoni tas-sħubija fl-EWF, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat il-fatt li Eni ma ġiex mistiedna għal-laqgħat tekniċi sussegwenti huwa rifless b’mod korrett fid-deċiżjoni kkontestata mill-istabbiliment tat-tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur. Fil-fatt, il-Kummissjoni llimitat ruħha sabiex tikkonstata li Eni kienet ipparteċipat fl-akkordju fit-30 u l-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE>, mingħajr ma jiżdied perijodu addizzjonali wara l-laqgħa teknika inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Dan jgħodd ukoll għall-argument tar-rikorrenti li l-Kummissjoni wettqet żball f’dak li jirrigwarda l-ammont li bih hija żiedet il-prezzijiet tagħha wara l-laqgħa teknika tat-30 u l-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE>. Peress li l-parteċipazzjoni ta’ Eni għall-ftehim ma nżammitx għall-perjodu mill-<DATE ISO="19971101">1 ta’ Novembru 1997</DATE> u l-<DATE ISO="20020220">20 ta’ Frar 2002</DATE>, l-argumenti dwar l-ammont taż-żidiet fil-prezzijiet minn Eni fl-<DATE ISO="19980101">1 ta’ Jannar 1998</DATE> ma jistgħux jikkompromettu l-validità tal-konstatazzjoni tal-parteċipazzjoni tagħha fl-akkordju tat-30 u l-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE>, ikkonfermat b’mod ċar mill-provi disponibbli għall-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-argumenti tar-rikorrenti dwar il-konstatazzjoni żbaljata tal-parteċipazzjoni tagħha fi ftehim kontinwu jew prattika miftiehma kontinwa abbażi tal-preżenza tagħha fil-laqgħa teknika tal-30 u l-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE> lanqas ma jistgħu jintlaqgħu. Fil-fatt, l-aġġettiv <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>kontinwu<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> huwa użat fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata, minħabba l-istabbiliment ta’ perijodi iktar estensivi tal-parteċipazzjoni fl-akkordju, abbażi ta’ preżenza regolari għal-laqgħat tekniċi inkwistjoni. Fil-każ ta’ Eni, il-parteċipazzjoni tagħha għal ftehim kontinwu jew prattika miftiehma hija meqjusa għall-perijodu mill-<DATE ISO="20020221">21 ta’ Frar 2002</DATE> sat-<DATE ISO="20050428">28 ta’ April 2005</DATE>. Madankollu, il-Kummissjoni kienet intitolata li tqis il-parteċipazzjoni ta’ Eni għall-akkordju, fit-30 u l-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE>, abbażi ta’ provi diretti għal-laqgħa teknika kkonċernata, mingħajr ma hija kellha tissodisfa l-elementi li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ ksur kontinwu.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, għandha tiġi kkonfermata l-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li r-rikorrenti pparteċipat fil-ksur fit-30 u l-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-parteċipazzjoni ta’ Eni fil-ksur bejn il-<DATE ISO="20020221">21 ta’ Frar 2002</DATE> u t-<DATE ISO="20050428">28 ta’ April 2005</DATE></HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tirrikonoxxi li pparteċipat f’għaxar laqgħat tekniċi bejn il-<DATE ISO="20020221">21 ta’ Frar 2002</DATE> u t-<DATE ISO="20050428">28 ta’ April 2005</DATE>. Hija tqis madankollu li l-Kummissjoni ma setgħetx validament tikkonkludi fir-rigward tal-preżenza f’dawn il-laqgħat tekniċi li hija kienet ipparteċipat fi ftehim u/jew prattika miftiehma intiża li jiġu ffissati l-prezzijiet (l-ewwel taqsima) u/jew l-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva (it-tieni taqsima).</TXT></NP><?PAGE NO="17"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Fuq in-nuqqas ta’ parteċipazzjoni ta’ Eni fi ftehim jew prattika miftiehma għall-iffissar tal-prezzijiet ta’ xemgħat tal-paraffin</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Eżami tal-provi</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma ppruvatx il-parteċipazzjoni tagħha fi ftehim jew prattika miftiehma intiża għall-iffissar ta’ prezzijiet tax-xemgħat tal-paraffin.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni għandha provi li juru li mill-inqas waqt il-laqgħat tekniċi saret b’mod ġenerali diskussjoni fuq il-prezzijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>B’mod partikolari, skont id-dikjarazzjoni ta’ Sasol tat-<DATE ISO="20050512">12 ta’ Mejju 2005</DATE>, il-laqgħat tekniċi taw lok inġenerali għal attività ta’ kollużjoni, sa fejn ġew diskussi żidiet u tnaqqis fil-prezzijiet tax-xemgħat tal-paraffin u li informazzjoni dwar il-prezzijiet grossi u l-ippjanar fil-qasam tal-kapaċità ġiet skambjata.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Skont id-dikjarazzjoni ta’ Repsol tad-<DATE ISO="20050519">19 ta’ Mejju 2005</DATE>, diskussjoni dwar il-livell tal-prezzijiet tax-xemgħat tal-paraffin applikati mill-parteċipanti kienet tagħmel parti mil-laqgħat tekniċi.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Shell iddikjarat li l-laqgħat tekniċi kollha kkonċernaw l-iffissar tal-prezzijiet. Skont id-dikjarazzjoni tagħha tal-<DATE ISO="20060614">14 ta’ Ġunju 2006</DATE>, għall-inqas sa mill-1999, meta r-rappreżentant tagħha kien xehed beda jipparteċipa fil-laqgħat tekniċi, il-prezzijiet tax-xemgħat tal-paraffin qatt ma ġew deċiżi unilateralment, iżda dejjem kienu maqbula mill-kompetituri matul il-laqgħat tekniċi.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-istess impriżi ddikjaraw ukoll, fl-istess dikjarazzjonijiet, li, waqt diversi laqgħat tekniċi, il-parteċipanti effettivament kienu qablu dwar il-prezzijiet minimi jew iż-żidiet fil-prezzijiet, xi kultant anki fuq l-ammonti ta’ żieda.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Dawn id-dikjarazzjonijiet, li l-Kummissjoni barra minn hekk irreferiet għalihom b’mod partikolari fil-premessi 107 u 113 tad-deċiżjoni kkontestata, kienu saru abbażi ta’ xhieda ta’ persuni li pparteċipaw għal-laqgħat tekniċi, wara kunsiderazzjoni bir-reqqa, u wkoll jinkriminaw l-impriżi li f’isimhom huma kienu saru. Barra minn hekk, id-dikjarazzjonijiet huma konsistenti dwar il-linji ġenerali tad-deskrizzjoni tal-ksur, u dan iżid iktar l-affidabbiltà tagħhom. B’hekk, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 47 iktar ’il fuq, huma partikolarment affidabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hemm lok li jiġi enfasizzat li, fid-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punti 82 sa 84 iktar ’il fuq, kif ukoll fid-dikjarazzjonijiet l-oħra li jirreferu għalihom il-premessi 107, 109, 111 u 113 tad-deċiżjoni kkontestata u li l-estratti tagħhom kienu prodotti mill-Kummissjoni bi tweġiba għad-domanda bil-miktub tal-Qorti Ġenerali, sar riferiment għall-preżenza ta’ Eni għal-laqgħat tekniċi inkwistjoni u għall-parteċipazzjoni tar-rappreżentant tagħha fid-diskussjonijiet li saru hemmhekk.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, madankollu, li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni, fid-dikjarazzjoni ta’ Shell tal-<DATE ISO="20060614">14 ta’ Ġunju 2006</DATE>, is-silta li tgħid <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet miftiehma fil-laqgħa teknika [S.] ma [kienx] jafx jekk Eni u Repsol, li kellhom rwol pjuttost passiv waqt it-laqgħat tekniċi, [kinux] qablux mad-data u mal-ammont miftiehem għaż-żieda fil-prezz<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>. Ir-rikorrenti minn dan ikkonkluda li ma hemm l-ebda prova li hija irrispettat l-arranġamenti tal-prezz li ġew deċiżi waqt il-laqgħat tekniċi.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li, fl-istess dikjarazzjoni, Shell issemmi wkoll lil Eni fost l-impriżi li jkunu qablu fuq iż-żidiet fil-prezzijiet u l-prezzijiet minimi. Din id-dikjarazzjoni tispeċifika li MOL, Repsol u Eni ma bagħtux ittri ta’ żieda fil-prezz lill-klijenti wara l-laqgħat tekniċi, iżda pjuttost ikkomunikaw oralment iż-żidiet fil-prezzijiet.</TXT></NP><?PAGE NO="18"?><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Din id-dikjarazzjoni għaldaqstant tagħmel parti mill-provi kollha li juru l-parteċipazzjoni ta’ Eni fil-ftehim u, b’mod partikolari, għall-ftehimiet jew prattiki miftiehma li jirrigwardaw l-iffissar ta’ prezzijiet tax-xemgħat tal-paraffin. Fil-fatt, l-assenza ta’ ċertezza ta’ S. ta’ Shell rigward il-modalitajiet ta’ implementazzjoni tal-ftehimiet minn Eni ma tistax twassal sabiex tneħħi l-valur probatorju tagħhom għad-dikjarazzjonijiet l-oħra li jirrigwardaw speċifikament il-parteċipazzjoni ta’ Eni f’tali ftehimiet jew prattiki miftiehma.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi kkonstatat li d-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 82 sa 84 iktar ’il fuq huma kkorroborati b’noti bil-miktub kontemporanji tal-laqgħat tekniċi u li l-Kummissjoni sabet matul l-ispezzjonijiet, misjuba matul l-ispezzjonijiet, li r-rikorrenti kellha aċċess għalihom matul il-proċedura amministrattiva u li parti minnhom huma ċċitati b’mod partikolari fil-premessi 165 u 177 tad-deċiżjoni kkontestata. Rigward in-nota ta’ Eni ċċitata fil-premessa 165 tad-deċiżjoni kkontestata, dan huwa dokument li jmur lura għaż-żmien tal-ksur u kien abbozzat <HT TYPE="ITALIC">tempore non suspecto</HT>, jiġifieri ftit wara l-laqgħa teknika li hija tirreferi għaliha. Għaldaqstant, il-valur probatorju tagħha huwa għoli. In-nota ta’ MOL iċċitata fil-premessa 177 tad-deċiżjoni kkontestata hija nota miktuba bl-idejn ippreparata matul il-laqgħat mill-persuna li kien qed jassisti u l-kontenut tagħha huwa strutturat u relattivament iddettaljat. Għaldaqstant, il-valur probatorju tagħha huwa għoli ħafna.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>L-ewwel nett, f’dak li jirrigwarda l-kontenut tan-nota ta’ Eni, relatata mal-laqgħa teknika tal-21 u tat-<DATE ISO="20020222">22 ta’ Frar 2002</DATE>, il-Kummissjoni ċċitat is-silta li ġejja għall-premessa 165 tad-deċiżjoni kkontestata:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>Il-laqgħa li saret fi klima trasparenti ħafna kkonfermat — li ħadet ukoll inkunsiderazzjoni d-differenzi fis-swieq individwali u l-istrateġiji differenti rigward il-prodotti u s-suq — il-possibbiltà li jiżdied id-dħul skont l-azzjonijiet aħna diġà adottajna. Konsegwentement, nistgħu nkomplu l-azzjonijiet attwali rigward ir-reviżjoni tal-oqfsa kuntrattwali u ta’ prezzijiet relatati li naturalment jimplikaw il-klijenti u d-distributuri ewlenin tal-paraffin.<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Skont id-deċiżjoni kkontestata, il-kontenut ta’ din in-nota turi li d-diskussjonijiet seħħew fil-livelli tal-prezzijiet tax-xemgħat tal-paraffin.</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni għandha tiġi kkonfermata. Fil-fatt, il-fatt li n-nota ta’ Eni ssemmi r-reviżjoni tal-prezzijiet bħala li hija l-proċess li għandu jitkompla fid-dawl tad-diskussjonijiet li saru fil-laqgħa indikata fejn il-parteċipanti fiha skambjaw informazzjoni dwar il-prezzijiet. Dan huwa barra minn hekk ikkonfermat ukoll mid-dikjarazzjoni ta’ Shell tat-<DATE ISO="20050330">30 ta’ Marzu 2005</DATE>, li jsemmi l-lista intitlolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>Ħarsa ġenerali lejn il-laqgħat u l-komunikazzjonijiet relatati fuq il-prezzijiet<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li n-nota tagħha inkwistjoni turi speċifikament li hija ddefinixxiet l-istrateġija kummerċjali tagħha b’mod indipendenti mil-laqgħat tekniċi. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-aħħar parti tal-estratt riprodott fil-punt 92 iktar ’il fuq, qabel ma stabbilixxiet l-inqas kuntatt mal-kompetituri Ewropej tagħha, hija kienet diġà ddeċidiet li tibdel l-istrateġiji kummerċjali tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali qieset li din l-interpretazzjoni ma hijiex plawżibbli fid-dawl tal-formulazzjoni tas-silta inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-konferma minn Eni tal-possibbiltà li tkompli żżid id-dħul tagħha, grazzi għar-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>reviżjoni tal-oqfsa kuntrattwali u tal-prezzijiet relattivi<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> mill-informazzjoni riċevuta fil-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>laqgħa li seħħet fi klima trasparenti ħafna<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> u li n-natura antikompetittiva tagħha kienet rikonoxxuta b’mod indipendenti minn Shell u Sasol, tindika lil hinn minn dubju raġonevoli jindika li l-informazzjoni dwar il-prezzijiet li Eni kisbet matul il-laqgħa teknika kienu utli għaliha u kienu setgħu jinfluwenza l-aġir kummerċjali tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>It-tieni nett, hemm lok li tiġi eżaminata n-nota ta’ MOL, iċċitata fil-premessa 177 tad-deċiżjoni kkontestata, li hija relatata mal-laqgħa teknika tat-23 u tal-<DATE ISO="20050224">24 ta’ Frar 2005</DATE> f’Hamburg u li fiha Eni kienet preżenti.</TXT></NP><?PAGE NO="19"?><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>L-imsemmija nota tindika kif ġej:</TXT></NP><TBL NO.SEQ="0002" COLS="3" CLASS="GEN"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>ExxonMobil</CELL><CELL COL="2">[=1 ta’ April]</CELL><CELL COL="3">EUR 15/t</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Shell</CELL><CELL COL="2">Prezz miżjud</CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Sasol</CELL><CELL COL="2">[= 12 ta’ April]</CELL><CELL COL="3">Għoli tal-prezzijiet<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/></CELL></ROW></CORPUS></TBL><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Sasol qalet li diskussjoni dwar żieda fil-prezz kif ukoll komunikazzjoni min-naħa tagħha lill-parteċipanti l-oħra dwar iż-żieda fil-prezz tagħha stess kienet seħħet. Kemm Shell kif ukoll Sasol iddeskrivew din il-laqgħa bħala kollużiva fid-dikjarazzjonijiet li d-deċiżjoni kkontestata tirreferi għalihom.</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dan, hemm lok li jiġi konkluż li l-Kummissjoni għandha noti miktuba bl-idejn kontemporanji tal-fatti allegati u relatati mal-ftehimiet jew mal-prattiki miftiehma li jikkonċernaw l-iffissar tal-prezzijiet tax-xemgħat tal-paraffin li seħħew waqt laqgħat tekniċi li għalihom Eni ħadet sehem.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq il-preżenza ta’ Eni fil-laqgħat antikompetittivi u n-nuqqas ta’ laqgħat antikompetittivi u n-nuqqas ta’ tbegħid</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Skont id-deċiżjoni kkontestata, matul il-perijodu ewlieni tal-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur, jiġifieri bejn il-<DATE ISO="20020221">21 ta’ Frar 2002</DATE> u t-<DATE ISO="20050428">28 ta’ April 2005</DATE>, ir-rikorrenti kienet irrappreżentata minn MO. fi ħdax mit-tlettax-il laqgħa teknika li nżammu. Ir-rikorrenti tammetti l-preżenza tagħha f’għaxar laqgħat tekniċi, madankollu kkontestat il-parteċipazzjoni tagħha f’dik tas-27 u tat-<DATE ISO="20030228">28 ta’ Frar 2003</DATE> f’München.</TXT></NP><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Għaldaqstant huwa paċifiku li r-rikorrenti pparteċipat f’għaxra mit-tlettax-il laqgħa teknika li nżammu bejn il-<DATE ISO="20020221">21 ta’ Frar 2002</DATE> u t-<DATE ISO="20050428">28 ta’ April 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>Issa, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 69 u 70 iktar ’il fuq, sabiex tiġi pprovata l-parteċipazzjoni ta’ impriża f’akkordju, huwa biżżejjed għall-Kummissjoni li turi li hija pparteċipat f’laqgħat li fihom ġew konklużi ftehimiet ta’ natura antikompetittiva. Ladarba tiġi stabbilita l-parteċipazzjoni f’tali laqgħat, hija l-impriża kkonċernata li għandha tressaq provi ta’ natura li jistgħu jistabbilixxu li l-parteċipazzjoni tagħha fl-imsemmija laqgħat kienet nieqsa minn kull għan antikompetittiv, billi turi li hija kienet indikat lill-kompetituri tagħha li hija kienet qed tipparteċipa f’dawk il-laqgħat fi spirtu differenti minn tagħhom. Ir-raġuni wara dan il-prinċipju tad-dritt hija li, peress li pparteċipat fl-imsemmija laqgħat mingħajr ma tbiegħdet pubblikament mill-kontenut tagħhom, l-impriża tat x’tifhem lill-parteċipanti l-oħra li hija kienet qed taqbel ma’ dak li ġie deċiż fihom u li kienet ser timxi miegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>F’din il-kawża, ir-rikorrenti ma tallegax madankollu li pubblikament tbiegħdet mil-laqgħat antikompetittivi.</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li l-eżistenza ta’ provi diretti relatati mal-eżistenza ta’ ftehimiet jew prattiki miftiehma fil-laqgħat tekniċi li r-rikorrenti pparteċipat fihom, mingħajr ma tbiegħdet mill-kontenut antikompetittiv tagħhom, hija fiha nnifisha suffiċjenti sabiex ikun hemm ir-responsabbiltà tagħha għal ksur tal-Artikolu 81 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>Issa, f’din il-kawża, il-Kummissjoni għandha numru ta’ provi li juru li l-ftehimiet jew prattiki miftiehma jirrigwardaw l-iffissar tal-prezzijiet, kif ukoll l-iskambju u l-iżvelar ta’ informazzjoni sensittiva fil-livell kummerċjali dwar ix-xemgħat tal-paraffin li seħħew waqt laqgħat tekniċi li r-rikorrenti kienet preżenti għalihom.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="20"?><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-allegat assenza ta’ interess tar-rikorrenti li tipparteċipa fi ftehimiet jew prattiki miftiehma intiżi għall-iffissar tal-prezzijiet tax-xemgħat tal-paraffin</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tibbaża ruħha fuq il-fatt li hija ma kellha l-ebda interess li tipparteċipa fl-akkordju. Peress li operat esklużivament fuq is-suq Taljan tax-xemgħat tal-paraffin, ikkaratterizzat minn domanda ferm ogħla mill-produzzjoni nazzjonali, hija dejjem irnexxielha tpoġġi l-produzzjoni kollha tagħha fl-imsemmi suq. Barra minn hekk, volum minn 60 sa 70 % tal-produzzjoni tagħha kien iddestinat għall-klijenti prinċipali tagħha, il-bejjiegħ SIMP u l-l-proċessatur SER, li magħhom ir-relazzjonijiet kummerċjali, rispettivament mill-<DATE ISO="20040101">1 ta’ Jannar 2004</DATE> u l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE>, kienu rregolati minn kuntratti li jipprevedu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>formuli tal-prezzijiet marbuta mal-kwotazzjonijiet indikati fil-bulettini uffiċjali ICIS-LOR<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, peress li dawn il-formuli huma direttament jew indirettament ibbażati fuq il-prezz medju tax-xemgħat tal-paraffin <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>Chinese Origin CIF NWE<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> (prezz CAF NWE għal prodotti li joriġinaw miċ-Ċina).</TXT></NP><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija ma kellha l-ebda interess li tipparteċipa f’kollużjoni mal-produtturi Ewropej l-oħrajn, peress li hija ma setgħetx tikseb xi benefiċċju mill-iffissar konġunt tal-prezzijiet f’livelli għolja li hija ma setgħetx tapplika fil-prattika. Il-problema kummerċjali ewlenija ta’ Eni kienet relatata mal-permeabbiltà tal-Italja għall-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx, li għalihom l-akkordju bl-ebda mod ma seta’ jirrimedja.</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>Barra minn hekk, Eni ma kellhiex interess li tipparteċipa f’kollużjoni intiża għaż-żieda ġenerali fil-prezzijiet fis-swieq nazzjonali tal-membri tal-akkordju, peress li ma kellhiex kapaċitajiet għall-esportazzjoni lejn l-Istati Membri l-oħra. Bl-istess mod, il-produtturi kompetituri ma kellhomx bżonn li jiftiehmu ma’ Eni sabiex jiffissaw żieda fil-prezz tal-bejgħ tagħhom fl-Italja, peress li s-suq Taljan kien jeħtieġ xemgħat tal-paraffin li ġejjin minn barra l-pajjiż.</TXT></NP><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont il-ġurisprudenza, huwa irrilevanti, f’dak li jikkonċerna l-eżistenza tal-ksur, jekk il-konklużjoni tal-ftehim jew il-prosegwiment tal-prattika miftiehma kinitx jew ma kinitx saret fl-interess kummerċjali tal-impriżi kkonċernati. Tali argument, min-naħa tar-rikorrenti, ma setax iwassal lill-Qorti Ġenerali li tirrikjedi mill-Kummissjoni eżiġenzi iktar stretti f’dak li għandu x’jaqsam mal-provi li għandhom jiġu ppreżentati. Fil-fatt, meta l-Kummissjoni jirnexxielha tipproduċi provi ddokumentati insostenn tal-ksur allegat, u meta dawn il-provi, flimkien mad-dikjarazzjonijiet tal-impriżi, jidhru suffiċjenti sabiex juru l-eżistenza ta’ ftehim ta’ natura antikompetittiva, ma huwiex meħtieġ li tiġi eżaminata l-kwistjoni dwar jekk l-impriża akkużata kellhiex interess kummerċjali fl-imsemmi ftehim (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Sumitomo Metal Industries u Nippon Steel vs Il-Kummissjoni, punt 69 iktar ’il fuq, punti 44 sa 46).</TXT></NP><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-argument tar-rikorrenti huwa nieqes minn kull plawżibbiltà peress li hija pparteċipat regolarment, fuq perijodu ta’ iktar minn tliet snin, għal-laqgħat tekniċi li l-kontenut antikompetittiv ġie rikonoxxut b’mod indipendenti minn erba’ impriżi li pparteċipaw fl-akkordju. Ir-rikorrenti ma tispjegax kif operatur raġonevoli seta’ jitwassal li jipparteċipa fil-prattiki illegali, u b’hekk jirriskja l-impożizzjoni ta’ multa sinjifikattiva, fl-assenza li jkun jista’ fil-futur jieħu benefiċċju mill-arranġamenti inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>Barra minn hekk, it-teżi tar-rikorrenti li tinvoka l-assenza ta’ interess tagħha għall-parteċipazzjoni fl-akkordju hija rrifjutata direttament min-nota tagħha dwar il-laqgħa teknika tal-21 u t-<DATE ISO="20020222">22 ta’ Frar 2002</DATE>, iċċitata fil-punt 92 iktar ’il fuq, li minnha jirriżulta li hija stenniet, fid-dawl tad-diskussjonijiet matul il-laqgħa teknika inkwistjoni, li żżid id-dħul tagħha permezz ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>reviżjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> tal-prezz.</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li dan l-argument jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="21"?><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-ispjegazzjoni alternattiva pprovduta mir-rikorrenti</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat tekniċi kienet iġġustifikata biss permezz tad-deċiżjoni strateġika tagħha li toħroġ mill-iżolament internazzjonali tagħha u li tibni relazzjonijiet mal-operaturi Ewropej ewlenin, billi jerġgħu jibdew il-kuntatti mal-EWF, kif ukoll mill-interess tagħha għall-kwistjonijiet tekniċi relatati b’mod partikolari mal-karatteristiċi tal-prodotti tal-paraffin.</TXT></NP><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġi enfasizzat li, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 41 iktar ’il fuq, fil-każijiet li fihom il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq provi dokumentali, huma l-impriżi kkonċernati li għandhom mhux biss jippreżentaw alternattiva plawżibbli għat-teżi tal-Kummissjoni, iżda saħansitra jqajmu l-insuffiċjenza tal-provi użati fid-deċiżjoni kkontestata sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza tal-ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>117</NO.P><TXT>Issa, ir-rikorrenti ma tressaq ebda argument sabiex tirrifjuta l-eżattezza u r-rilevanza tad-dikjarazzjonijiet tal-impriżi u tan-noti miktuba bl-idejn kontemporanji ta’ fatti kkritikati miġbura mill-Kummissjoni, li fuqhom hija bbażata l-konklużjoni dwar il-parteċipazzjoni ta’ Eni fil-ftehimiet jew prattiki miftiehma intiżi għall-iffisar tal-prezzijiet tax-xemgħat tal-paraffin.</TXT></NP><NP><NO.P>118</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-allegazzjoni biss li l-interess tar-rikorrenti li jipparteċipa fil-laqgħat tekniċi kien iġġustifikat biss mix-xewqa tagħha li tistabbilixxi kuntatti internazzjonali u li ssegwi diskussjonijiet tekniċi ma hijiex tali li turi l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>119</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma tispjega bl-ebda mod għaliex ir-rappreżentant tagħha ma telaqx mil-laqgħat tekniċi meta, wara d-diskussjonijiet tekniċi, kien diskuss il-kontenut antikompetittiv.</TXT></NP><NP><NO.P>120</NO.P><TXT>Barra minn hekk, in-nota ta’ Eni relatata mal-laqgħa teknika tal-21 u t-<DATE ISO="20020222">22 ta’ Frar 2002</DATE> (ara l-punti 92 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> u l-punt 113 iktar ’il fuq) lil hinn minn dubju raġonevoli li hija ħadet inkunsiderazzjoni, matul ir-reviżjoni tal-prezzijiet tagħha u sabiex jiżdied id-dħul tagħha, il-kontenut antikompetittiv tal-imsemmija laqgħa teknika. Dan l-element fih innifsu jirrifjuta l-allegazzjoni li l-unika raġuni għall-preżenza tagħha kienet l-interess tagħha fid-diskussjonijiet tekniċi relatati max-xemgħat tal-paraffin.</TXT></NP><NP><NO.P>121</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li dan l-argument tar-rikorrenti jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-allegata assenza ta’ qbil tal-intenzjonijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>122</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li hija ma tistax tinżamm responsabbli għal ftehim li huwa intiż għall-iffissar ta’ prezzijiet fl-assenza ta’ qbil tal-intenzjonijiet mal-membri l-oħra tal-akkordju.</TXT></NP><NP><NO.P>123</NO.P><TXT>Ir-rappreżentant tiegħu, MO., kien perfettament konxju li kien ikun impossibbli għall Eni li żżid il-prezzijiet tagħha kif mixtieq mill-parteċipanti l-oħra għall-akkordju, minħabba pressjonijiet kompetittivi minn prodotti Ċiniżi u peress li 60 sa 70 % tal-bejgħ tar-rikorrenti kien iddestinat għal żewġ xerrejja (SIMP u SER), li l-prezzijiet tagħhom ġew iffissati b’referenza għall-kwotazzjonijiet internazzjonali ppubblikati fil-bulettini <HT TYPE="ITALIC">ICIS-LOR</HT>. Iż-żidiet lanqas ma setgħu japplikaw għal xi klijenti finali moqdija minn Eni minħabba l-possibbiltà għal dawn tal-aħħar li jinqdew minn SIMP.</TXT></NP><NP><NO.P>124</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, f’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi enfasizzat li, skont id-dikjarazzjoni ta’ Shell tal-<DATE ISO="20060614">14 ta’ Ġunju 2006</DATE>, il-pressjoni kompetittiva mill-produtturi Ċiniżi kienet ta’ tħassib għall-parteċipanti kollha fl-akkordju, u waħda mir-raġunijiet għall-iffissar ta’ prezzijiet minimi kif ukoll ta’ żidiet żgħar fil-prezzijiet kienu sabiex ifixklu l-effett ta’ din il-pressjoni. Għaldaqstant, din ma kinitx tfisser tħassib għar-rikorrenti biss, li seta’ kien ta’ ostakolu għall-formazzjoni ta’ intenzjoni komuni, iżda pjuttost żvilupp tas-suq li jaffettwa l-parteċipanti kollha u li seta’ jippromwovi t-tqarrib tagħhom.</TXT></NP><?PAGE NO="22"?><NP><NO.P>125</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-affermazzjonijiet tar-rikorrenti, hija kienet tkopri biss 60 sa 65 % tal-bejgħ fl-Italja, inkluż ix-xemgħa tal-paraffin prodotti minnha u wara mibjugħa jew ipproċessati minn SIMP u SER. Skont iċ-ċifri tagħha stess, bejn l-2002 u l-2004, bejn 18 u 33 % tax-xemgħat tal-paraffin mibjugħa fl-Italja kienu ġejjin minn produtturi stabbiliti fil-pajjiżi membri l-oħra tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-bejgħ dirett minn Eni lill-klijenti Taljani l-oħra għajr RES u SIMP kien ukoll sinjifikattiv, ekwivalenti għal 20 jew 22 % tas-suq Taljan.</TXT></NP><NP><NO.P>126</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fir-rigward tal-bejgħ dirett lill-klijenti finali Taljani klijenti, ir-rikorrenti kienet qed tikkompeti mhux biss ma’ SIMP, SER, jew il-produtturi Ċiniżi, iżda wkoll mal-produtturi l-oħra stabbiliti fl-Unjoni. Issa, kważi l-produtturi Ewropej ewlenin kollha pparteċipaw fl-akkordju. Fil-fatt, kif iddikjarat il-Kummissjoni fil-punti 67 u 68 tad-deċiżjoni kkontestata, il-membri tal-akkordju kartell kellhom madwar 75 % tas-suq tax-xemgħat tal-paraffin fiż-ŻEE, filwaqt li l-bqija tas-suq kien, ħafna minnu, kopert mill-importazzjonijiet ta’ oriġini Ċiniża.</TXT></NP><NP><NO.P>127</NO.P><TXT>Għandu wkoll jiġi rrilevat li, matul is-seduta, Eni ddikjarat li ma pparteċipatx fi tqassim ta’ swieq ġeografiċi fil-kuntest tal-akkordju, peress li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>produtturi Ewropej l-oħra<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> biegħu fl-Italja. B’hekk, Eni indirettament ammettiet li l-membri l-oħra tal-akkordju effettivament kienu jbigħu fl-Italja. Għandu jitfakkar f’dan ir-rigward li l-membri tal-akkordju kienu jiddominaw il-produzzjoni fiż-ŻEE u li bejn 18 u 33 % tax-xemgħat tal-paraffin mibjugħa fl-Italja kienet ġejja minn produtturi Ewropej.</TXT></NP><NP><NO.P>128</NO.P><TXT>Għall-inqas Eni kellha tistenna li d-domanda Taljana għax-xiri li hija ma setgħetx tissodisfa kienet issodisfatta mill-membri l-oħra tal-akkordju, hekk li kien hemm relazzjoni ta’ kompetizzjoni bejnha u bejn dawn tal-aħħar. Barra minn hekk, huwa ċar li, permezz tal-aġir ikkoordinat tagħhom, il-membri tal-akkordju kellhom influwenza deċiżiva fuq il-livell tal-prezzijiet tax-xemgħat tal-paraffin fiż-ŻEE, minħabba l-importanza tas-sehem ikkombinat tagħhom tas-suq. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rikorrenti ma tistax validament tiċħad il-benefiċċji possibbli li setgħet tistenna billi tipparteċipa fl-akkordju.</TXT></NP><NP><NO.P>129</NO.P><TXT>Bl-istess mod, l-argument tar-rikorrenti dwar il-pressjoni kompetittiva ta’ SIMP ma jistax jirnexxi. Billi 75 % tal-bejgħ tax-xemgħat tal-paraffin fiż-ŻEE u l-maġġoranza l-kbira tal-produzzjoni kienu koperti mill-akkordju, iż-żieda ġenerali fil-prezzijiet għall-xama’ tal-paraffin fiż-ŻEE minħabba l-akkordju kien seta’ jaffettwa l-prezzijiet li bihom SIMP setgħet tixtri x-xemgħat tal-paraffin minn produtturi oħra għajr ir-rikorrenti, li jista’, min-naħa tiegħu, jaffettwa l-prezzijiet ta’ SIMP lejn il-klijenti tagħha. Għaldaqstant, ir-rikorrenti tista’ raġonevolment tistenna li żieda ġenerali fil-livell tal-prezzijiet għax-xemgħat tal-paraffin minħabba l-akkordju tista’ tkun ta’ benefiċċju għaliha.</TXT></NP><NP><NO.P>130</NO.P><TXT>Bl-istess mod, għandu jiġi rrilevat li l-indiċjar tal-prezzijiet tar-rikorrenti rigward is-SMP fuq il-kwotazzjonijiet bbażati fuq il-prezzijiet medji tax-xemgħat tal-paraffin <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>Chinese Origin CIF NWE<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> beda biss fl-<DATE ISO="20040101">1 ta’ Jannar 2004</DATE>. Barra minn hekk, l-indiċjar tal-prezzijiet fir-rigward ta’ SER, ibbażat fuq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>l-aħjar prezz ipprattikat mill-aħjar distributur<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, beda fl-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE>. Minn dan jirriżulta li r-rikorrenti esaġerat ħafna l-limitazzjonijiet kummerċjali li jirriżultaw mill-ftehimiet tagħha ma’ SIMP u SER. Fil-fatt, dawn kienu preżenti simultanjament biss matul l-aħħar xhur li r-rikorrenti pparteċipat fil-ksur bejn l-1 ta’ Jannar u t-<DATE ISO="20050428">28 ta’ April 2005</DATE>. Barra minn hekk, peress li l-akkordju kopra l-biċċa l-kbira tal-produzzjoni tax-xemgħat tal-paraffin fiż-ŻEE, u 75 % tal-bejgħ, huwa plawżibbli li wieħed jaħseb li huwa kellu impatt fuq il-livell ġenerali tal-prezzijiet (inklużi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>aħjar offerti<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>) u b’hekk fuq il-prezzijiet mitluba mir-rikorrenti li jirriżultaw mill-indiċjar imsemmi iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>131</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argumenti tar-rikorrenti ma jistgħux jikkonvinċu.</TXT></NP><NP><NO.P>132</NO.P><TXT>Fit-tieni lok u fi kwalunkwe każ, għandu jitfakkar li l-argumenti dwar l-assenza ta’ interess għal parteċipazzjoni fl-akkordju, inklużi dawk intiżi għal-assenza ta’ intenzjoni li jiġu konklużi ftehimiet illegali fid-dawl tal-allegata impossibbiltà prattika ta’ aġir bi qbil magħhom, ma jistgħux jiġġustifikaw li l-Qorti Ġenerali tirrikjedi provi mill-Kummissjoni lil hinn minn dak li huwa biżżejjed sabiex tintwera l-parteċipazzjoni fl-akkordju skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 30 sa 50, 69 u 70 iktar ’il fuq. Issa, f’dan il-każ, jidher li l-Kummissjoni ġabret biżżejjed provi sabiex tibbaża l-konklużjoni tagħha dwar<?PAGE NO="23"?> il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fl-ewwel parti tar-reat matul il-perijodu mill-21 ta’ Frar sat-<DATE ISO="20050428">28 ta’ April 2005</DATE>, u b’mod partikolari għal-ftehimiet jew għall-prattiki miftiehma intiżi għall-iffissar tal-prezzijiet tax-xemgħat tal-paraffin.</TXT></NP><NP><NO.P>133</NO.P><TXT>Bl-istess mod, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 27 iktar ’il fuq, sabiex ikun stabbilit li hemm ftehim li jikser l-Artikolu 81(1) KE, meta jkun hemm qbil bejn l-intenzjonijiet fuq il-prinċipju nnifsu tar-restrizzjoni tal-kompetizzjoni, anki jekk l-elementi speċifiċi tar-restrizzjoni prevista jkunu għadhom qegħdin jiġu nnegozjati. Għaldaqstant, l-argumenti tar-rikorrenti bbażati fuq l-allegata impossibbiltà li fiha kienet tinsab li timplementa ż-żidiet fil-prezzijiet deċiżi fil-laqgħat tekniċi ma humiex rilevanti, peress li l-qbil tal-intenzjonijiet fuq il-prinċipju stess tal-iffissar jew tal-allinjament tal-prezzijiet, jiġifieri l-eżerċizzju ta’ influwenza artifiċjali fuq il-livelli tagħhom, huwa suffiċjenti sabiex jiġi kkonstatat qbil tal-intenzjonijiet tal-parteċipanti, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata. Issa, ir-rikorrenti ma tressaq ebda argument speċifiku sabiex tirrifjuta d-dikjarazzjonijiet ta’ Sasol, ta’ Repsol u ta’ Shell li qalu li l-għan tal-laqgħat tekniċi kien l-iffissar tal-prezzijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>134</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li jiġi miċħud l-argument tar-rikorrenti bbażat fuq l-assenza tagħha li tikkonkludi ftehimiet intiżi għall-iffissar tal-prezzijiet tax-xemgħat tal-paraffin.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-allegata assenza ta’ parteċipazzjoni għal prattika miftiehma</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>135</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni ma setgħetx validament tistabbilixxi li hija kienet ipparteċipat fi prattika miftiehma bil-għan li jiġu ffissati l-prezzijiet tax-xemgħat tal-paraffin.</TXT></NP><NP><NO.P>136</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li l-Kummissjoni għandha provi diretti, li jikkonsistu f’dikjarazzjonijiet ta’ impriżi li pparteċipaw fil-ftehim u noti miktuba bl-idejn li minnhom jirriżulta li l-laqgħat tekniċi, li għalihom ir-rikorrenti kienet preżenti, taw lok għall-ftehimiet jew għall-prattiki miftiehma li jikkonċernaw l-iffissar tal-prezzijiet tax-xemgħat tal-paraffin.</TXT></NP><NP><NO.P>137</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn dawn il-provi jirriżulta li l-parteċipanti regolarment skambjaw informazzjoni dwar il-prezzijiet tagħhom, waqt il-laqgħat tekniċi matul iktar minn tnax-il sena, inkluż matul il-perijodu ta’ parteċipazzjoni ta’ Eni. Ir-rikorrenti ma pprovdiet l-ebda spjegazzjoni koerenti għal dawn l-attivitajiet, tali li jistgħu jikkontestaw id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li l-għan ta’ dawn il-prattiki kien, b’mod partikolari, l-iffissar tal-prezzijiet. Għall-kuntrarju, il-perijodu twil li matulu l-laqgħat kienu sistematikament miżmuma jikkostitwixxi fih innifsu indizju intiż li juri li l-parteċipanti kellhom l-għan li jarmonizzaw il-politika tal-prezzijiet tagħhom, billi xjentement jissostitwixxu kooperazzjonijiet bejniethom għar-riskji tas-suq.</TXT></NP><NP><NO.P>138</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti, madankollu, li pprovdiet, fit-tweġiba tagħha għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, il-prova li l-istrateġiji tagħha dwar il-prezzijiet kienet indipendenti mill-għażliet magħmula matul il-laqgħat tekniċi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma setgħetx validament tiddikjara, fil-premessa 298 tad-deċiżjoni kkontestata, li Eni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>[kienet] ħadet inkunsiderazzjoni informazzjoni miksuba dwar l-aġir tal-kompetituri tagħha fis-suq, adattata għall-aġir tagħha stess u li ttieħdu passi għall-applikazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP><NP><NO.P>139</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti pproduċiet tabella dwar l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-bejgħ tagħha lil SIMP fir-rigward tal-paraffin tagħha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>133<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> bejn l-2002 u l-2005. Minn dan hija ddeduċiet li ma hemm l-ebda sinkronizzazzjoni bejn il-prezzijiet iffissati matul il-laqgħat tekniċi u l-bidliet fil-prezzijiet li hija talbet u li ż-żieda fil-prezzijiet tagħha ta’ EUR 542 mil-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE> sa EUR 588 sal-<DATE ISO="20050401">1 ta’ April 2005</DATE>, kienet inqas mill-inflazzjoni u ma hijiex ir-riżultat tal-implementazzjoni ta’ kollużjoni intiża għall-iffissar tal-prezzijiet. Barra minn hekk, mill-<DATE ISO="20040101">1 ta’ Jannar 2004</DATE>, hija kienet iffissat il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha lil SIMP b’riferiment <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>għall-medja tal-prezzijiet medji fix-xahar tal-paraffin 'Chinese Origin CIF NWE' indikata fil-bulettini <HT TYPE="ITALIC">ICIS-LOR</HT> tax-xahar preċedenti<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>. Sussegwentement, arranġament identiku kien<?PAGE NO="24"?> applikat għall-bejgħ lil SER. Għaldaqstant, l-allegata prattika miftiehma ma setgħatx tirrigwarda l-kwota assolutament dominanti (60 % sa 70%) tal-produzzjoni tagħha li kienet is-suġġett ta’ ftehimiet mal-kumpanniji SIMP u SER.</TXT></NP><NP><NO.P>140</NO.P><TXT>L-ewwel nett, hemm lok li jiġi osservat li t-tabella pprovduta mir-rikorrenti hija preżentazzjoni selettiva ħafna tal-iżvilupp tal-prezzijiet tagħha. Fil-fatt, hija għandha biss informazzjoni dwar il-paraffin <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>133<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, wieħed mill-ħafna tipi ta’ xemgħat tal-paraffin ikkummerċjalizzati minn Eni. Barra minn hekk, dawn huma prezzijiet applikati lil SIMP, kumpannija li, skont ir-rikorrenti stess, kellha setgħa ta’ akkwist sinjifikattiv u għaldaqstant il-kapaċità li tikseb kundizzjonijiet ta’ xiri vantaġġużi mingħand Eni. It-tabella ma fiha l-ebda indikazzjoni dwar l-iżvilupp tal-prezzijiet ta’ ENI applikati f’dan ir-rigward għall-klijenti finali tagħha, loġikament l-iktar esposti għall-manipulazzjonijiet tal-prezzijiet li jirriżultaw mill-ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>141</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti ma tistax validament toġġezzjona lill-Kummissjoni li ma hemm l-ebda korrelazzjoni bejn l-informazzjoni disponibbli fuq il-laqgħat tekniċi u t-tabella li tinsab fir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>142</NO.P><TXT>Minn diversi dikjarazzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq jirriżulta li ż-żidiet fil-prezzijiet miftiehma fil-laqgħat tekniċi ma jistgħux, b’mod ġenerali, jiġu applikati għall-klijenti. Shell tiddikjara li madwar żewġ terzi taż-żidiet miftiehma jistgħu jiġu implementati. Barra minn hekk, hemm diversi indikazzjonijiet fil-proċess li juru li l-parteċipanti ma setgħu ħafna drabi bl-ebda mod jimplementaw iż-żieda miftiehma.</TXT></NP><NP><NO.P>143</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 42 iktar ’il fuq, il-provi dwar dawn l-akkordju huma biss normalment frammentati u sparpaljati. B’hekk, peress li l-Kummissjoni għandha biss provi ddettaljati relatati mal-kontenut tad-diskussjonijiet li saru waqt kull laqgħa teknika, ir-rikorrenti ma tista’ tiġbed ebda argument validu mill-allegata assenza ta’ korrispondenza tal-iżvilupp tal-prezzijiet tagħha tal-bejgħ tal-paraffin <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>133<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> lil SIMP bil-kontenut parzjali tal-laqgħat tekniċi li jista’ jiġi rrikostitwit mill-Kummissjoni, speċjalment meta l-prezzijiet ta’ diversi prodotti ta’ xemgħat tal-paraffin huma varji u li l-klijenti loġikament jippruvaw jirreżistu ż-żidiet.</TXT></NP><NP><NO.P>144</NO.P><TXT>It-tielet nett, skont il-ġurisprudenza, il-fatt li l-impriżi kienu effettivament ħabbru ż-żidiet fil-prezzijiet miftiehma u li l-prezzijiet hawn imħabbra servew bħala bażi għall-iffissar prezzijiet ta’ tranżazzjonijiet individwali huwa biżżejjed, fih innifsu, sabiex jiġi kkonstatat li l-kollużjoni dwar il-prezzijiet kellha bħala għan kif ukoll bħala effett restrizzjoni serja tal-kompetizzjoni (sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="19980514">14 ta’ Mejju 1998</DATE>, Cascades vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-308/94" PAGE.ECR="II-925" YEAR="1998">T-308/94, Ġabra p. II-925</REF.DOC.ECR>, punt 194). F’tali każ, il-Kummissjoni ma kinitx marbuta teżamina d-dettalji tal-argumenti tal-partijiet intiżi sabiex jiġi stabbilit li l-ftehimiet inkwistjoni ma kellhomx bħala effett li l-prezzijiet jiżdiedu iktar minn dawk li kienu jiġu osservati f’kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni u li tweġibhom punt b’punt (sentenza Bolloré <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 50 iktar ’il fuq, punt 451).</TXT></NP><NP><NO.P>145</NO.P><TXT>Issa, kif jirriżulta mill-eżami tal-provi fil-kuntest ta’ dan il-motiv, il-Kummissjoni wriet b’mod suffiċjenti fid-dritt li l-prattiki kollużorji f’dan il-każ jirrigwardaw l-iffisar tal-prezzijiet ta’ xemgħat tal-paraffin u li r-riżultat tal-laqgħat li matulhom kienu ġew diskussi jew iffissati żidiet fil-prezz kienu jiġu spiss implementati permezz tal-annullament tal-prezzijiet fir-rigward tal-klijenti u permezz tat-tħabbir ta’ żidiet, u bl-istess mod il-prezzijiet hekk imħabbra kienu servew ta’ bażi għall-iffissar tal-prezzijiet matul tranżazzjonijiet individwali, Bl-istess mod, meta, fid-dawl tal-kundizzjonijiet tas-suq, il-parteċipanti ftiehmu li jżommu l-prezzijiet, dan għandu wkoll jitqies li jifforma parti mill-implementazzjoni tal-ksur uniku, kumpless u kontinwu ta’ din il-kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>146</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-tabella li tirrigwarda l-iżvilupp tal-prezzijiet tagħha lil SIMP tal-paraffin <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>133<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> bejn l-2002 u l-2005 u l-argumenti mressqa mir-rikorrenti f’dan il-kuntest huma irrilevanti.</TXT></NP><?PAGE NO="25"?><NP><NO.P>147</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li jiġi konkluż li l-Kummissjoni stabbilixxiet ġustament li Eni kienet ħadet sehem fi ftehimiet jew prattiki miftiehma intiżi għall-iffissar ta’ prezzijiet tax-xemgħat tal-paraffin miftiehma u li tiċħad l-ewwel parti tat-tieni motiv.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Fuq in-nuqqas ta’ parteċipazzjoni ta’ Eni għall-ftehim jew għal-prattika miftiehma sabiex isir skambju ta’ informazzjoni.</P></TI></TITLE><NP><NO.P>148</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tikkontesta li l-informazzjoni skambjata waqt il-laqgħat tekniċi kellhom għaliha natura strateġika jew ta’ natura kompetittiva. Għaldaqstant, kuntrarjament għad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni, hija ma ħaditx din inkunsiderazzjoni u ddeterminat l-aġir kummerċjali tagħha b’mod indipendenti mill-informazzjoni skambjata. Fi kwalunkwe każ, hija ma pprovdietx informazzjoni sensittiva lill-parteċipanti l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>149</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali diġà ddeċidiet li, fil-każ fejn il-kompetituri jipparteċipaw f’laqgħat li matulhom huma skambjaw informazzjoni dwar, b’mod partikolari, il-prezzijiet li huma intenzjonati jadottaw fis-suq, impriża, permezz tal-parteċipazzjoni tagħha f’laqgħa li għandha għan antikompetittiv, mhux biss kienet segwiet l-għan li telimina minn qabel l-inċertezza relatata mal-aġir futur tal-kompetituri tagħha, iżda kellha neċessarjament tieħu inkunsiderazzjoni, direttament jew indirettament, l-informazzjoni miksuba matul dawn il-laqgħat sabiex tiddetermina l-politika li kellha l-intenzjoni li ssegwi fis-suq (sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="19911024">24 ta’ Ottubru 1991</DATE>, Rhône-Poulenc vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-1/89" PAGE.ECR="II-867" YEAR="1991">T-1/89, Ġabra p. II-867</REF.DOC.ECR>, punti 122 u 123, u tat-<DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, Knauf Gips vs Il-Kummissjoni, T‑52/03, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 276, mhux annullata fuq dan il-punt).</TXT></NP><NP><NO.P>150</NO.P><TXT>Bl-istess mod, skont il-ġurisprudenza, għandu jiġi preżunt, bla ħsara għall-prova kuntrarja li għandhom jipproduċu l-operaturi kkonċernati, li l-impriżi li jipparteċipaw fil-prattika miftiehma u li jibqgħu attivi fis-suq jieħdu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni skambjata mal-kompetituri tagħhom sabiex jiddeterminaw l-aġir tagħhom f’dan is-suq. Dan huwa applikabbli iktar u iktar meta l-prattika miftiehma tkun seħħet fuq bażi regolari matul perijodu twil (sentenza Hüls vs Il-Kummissjoni, punt 28 iktar ’il fuq, punt 162).</TXT></NP><NP><NO.P>151</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dan l-argument għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>152</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti tirrileva l-grad għoli ta’ trasparenza li jikkaratterizza ġeneralment is-settur tax-xemgħat tal-paraffin. Il-prezzijiet medji fid-diversi pajjiżi Ewropej ġew ippubblikati regolarment fil-bulettin <HT TYPE="ITALIC">ICIS-LOR</HT>. Għaldaqstant, hija ma kellhiex interess li tieħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni kkomunikata waqt il-laqgħat tekniċi.</TXT></NP><NP><NO.P>153</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li l-bulettin <HT TYPE="ITALIC">ICIS-LOR</HT> tat-<DATE ISO="20020130">30 ta’ Jannar 2002</DATE> anness mar-rikors għandu l-firxa tal-prezzijiet medji ta’ ċerti tipi ta’ paraffin, ibbażati fuq l-informazzjoni tas-swieq tal-prezzijiet f’Jannar 2002 u xi previżjonijiet vagi dwar l-iżvilupp tal-prezzijiet fil-futur, peress li t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>xnieha<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> huwa użat mill-editur tal-bulettin.</TXT></NP><NP><NO.P>154</NO.P><TXT>Għandu jiġi nnotat li, waqt il-laqgħat tekniċi, il-parteċipanti spiss ikkomunikaw iż-żidiet fil-prezzijiet li għandhom l-intenzjoni li jaffettwaw fil-futur, għal kull produttur, u mhux biss il-medja tal-industrija. Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-provi miġbura mill-Kummissjoni, il-parteċipanti ġew informati wkoll dwar id-data li fiha huma jaħsbu jħabbru l-prezzijiet il-ġodda lill-klijenti. Għaldaqstant, l-informazzjoni maqsuma matul il-laqgħat tekniċi kienet inkomparabbilment iktar dettaljata u ffokat fuq il-futur u mhux il-passat.</TXT></NP><NP><NO.P>155</NO.P><TXT>Konsegwentement, id-dokument anness mir-rikorrenti ma huwiex tali li juri l-assenza ta’ utilità tal-informazzjoni fuq il-prezzijiet skambjati mill-parteċipanti matul il-laqgħat tekniċi, lanqas l-illegalità ta’ tali skambji, u ma jistax jikkonfuta l-preżunzjoni dwar it-teħid inkunsiderazzjoni, mir-rikorrenti, ta’ informazzjoni dwar il-prezzijiet matul il-laqgħat tekniċi.</TXT></NP><?PAGE NO="26"?><NP><NO.P>156</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dan l-argument għandu wkoll jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>157</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, hemm lok li jitfakkar li l-parti ewlenija tal-ksur ikkunsidrata kontra r-rikorrenti kienet tikkonsisti fi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>ftehimiet jew prattiki miftiehma li jirrigwardaw l-iffissar tal-prezzijiet u l-iskambju u l-iżvelar ta’ informazzjoni sensittiva fuq il-pjan kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>. Issa, il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fi ftehimiet jew fi prattiki miftiehma li jirrigwardaw l-iffissar tal-partijiet ġie ampjament muri fl-analiżi tal-ewwel parti ta’ dan il-motiv. Dan l-element fih innifsu kien jiġġustifika l-kwalifika tal-ksur inkwistjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>gravi ħafna<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> u, għaldaqstant, il-multa imposta. Barra minn hekk, dawn il-prattiki jinvolvi wkoll skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva, jiġifieri dawk li jikkonċernaw il-prezzijiet tax-xemgħat tal-paraffin. Għaldaqstant, l-argumenti mressqa fil-kuntest ta’ din il-parti ma jistgħux jikkontestaw il-legalità tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>158</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet premessi, għandha tiġi kkonfermata l-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li r-rikorrenti pparteċipat fil-parti prinċipali tar-reat bejn 21 Frar 2002 u t-<DATE ISO="20050428">28 ta’ April 2005</DATE> u, għaldaqstant, it-tieni motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-motivi mqajma fid-dawl tal-kalkolu tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>159</NO.P><TXT>Għat-tieni grupp ta’ motivi, ir-rikorrenti tippreżenta lmenti u argumenti li jikkontestaw kemm il-legalità tal-kalkolu tal-ammont tal-multa imposta fuqha kif ukoll l-adegwatezza tal-imsemmija multa. Għaldaqstant, l-imsemmija lmenti u argumenti huma intiżi l-iktar, mingħajr l-ebda separazzjoni ċara, kemm l-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata kif ukoll ir-riforma tagħha fil-kuntest tal-eżerċizzju mill-Qorti Ġenerali tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>160</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, l-istħarriġ tal-legalità ta’ deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni hija kkompletata mill-ġurisdizzjoni sħiħa, li hija rikonoxxuta lill-qorti tal-Unjoni fl-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, skont l-Artikolu 229 KE. Din il-ġurisdizzjoni tawtorizza lill-qorti, lil hinn mis-sempliċi stħarriġ tal-legalità tas-sanzjoni, tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha għal dik tal-Kummissjoni u, konsegwentement, tħassar, tnaqqas jew iżżid l-ammont tal-multa jew il-pagamenti ta’ penalità imposti. Għaldaqstant l-istħarriġ previst mit-Trattati jimplika, skont ir-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva li jinsab fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li l-qorti tal-Unjoni teżerċita stħarriġ kemm legali kif ukoll fattwali u li għandha s-setgħa tevalwa l-provi, tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u temenda l-ammont tal-multi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20070208">8 ta’ Frar 2007</DATE>, Groupe Danone vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-3/06 P" PAGE.ECR="I-1331" YEAR="2007">C-3/06 P, Ġabra p. I-1331</REF.DOC.ECR>, punti 60 sa 62, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20031021">21 ta’ Ottubru 2003</DATE>, General Motors Nederland u Opel Nederland vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-368/00" PAGE.ECR="II-4491" YEAR="2003">T-368/00, Ġabra p. II-4491</REF.DOC.ECR>, punt 181).</TXT></NP><NP><NO.P>161</NO.P><TXT>Konsegwentement, hija l-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, li tevalwa, fid-data li hija tadotta d-deċiżjoni tagħha, jekk ir-rikorrenti kinitx imposta fuqha multa li l-ammont tagħha jirriflettix b’mod korrett il-gravità u t-tul tal-ksur inkwistjoni, b’tali mod li l-imsemmija multa tkun proporzjonata fid-dawl tal-kriterji previsti fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003 (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="19990311">11 ta’ Marzu 1999</DATE>, Aristrain vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-156/94" PAGE.ECR="II-645" YEAR="1999">T-156/94, Ġabra p. II-645</REF.DOC.ECR>, punti 584 sa 586, u tad-<DATE ISO="20030709">9 ta’ Lulju 2003</DATE>, Cheil Jedang vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-220/00" PAGE.ECR="II-2473" YEAR="2003">T-220/00, Ġabra p. II-2473</REF.DOC.ECR>, punt 93).</TXT></NP><NP><NO.P>162</NO.P><TXT>Madankollu għandu jiġi enfasizzat li l-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa ma huwiex ekwivalenti għal stħarriġ <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> u għandu jitfakkar li l-proċedura quddiem il-qrati tal-Unjoni ssegwi l-prinċipju tal-kontradittorju.</TXT></NP><?PAGE NO="27"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq l-iffissar żbaljat għal 17 % tal-koeffiċjent għall-gravità tal-ksur u tal-ammont addizzjonali msejjaħ</HT> <HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>dritt għal dħul</HT><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/></HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>163</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>Konklużjoni dwar il-gravità<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>, il-Kummissjoni, b’mod partikolari, qieset kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>[...]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(651)</NO.P><TXT>Rigward l-estensjoni ġeografika, il-ksur kopra l-ŻEE kollha, minħabba l-fatt li l-impriżi inkwistjoni biegħu [xemgħat tal-paraffin] fil-pajjiżi kollha taż-ŻEE [... ]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(653)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-fatti ta’ dan il-każ, il-kriterji preċedentement diskussi dwar in-natura tal-ksur u l-portata ġeografika, il-proporzjon tal-valur ta’ bejgħ li għandu jiġi kkunsidrat għal ENI u H&amp;R/Tudapetrol għandu jkun ta’ 17 %. Intwera li għal ExxonMobil, MOL, Repsol, RWE, Sasol, Shell u Total, il-ksur uniku u kontinwu kien ukoll ikkaratterizzat mit-tqassim ta’ klijenti u/jew ta’ swieq. It-tqassim ta’ swieq u t-tqassim ta’ klijenti huma inklużi, min-natura tagħhom stess, fost ir-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni l-iktar gravi, sa fejn dawn il-prattiki jwasslu għat-tnaqqis jew għall-eliminazzjoni tal-kompetizzjoni f’ċerti swieq jew għal ċerti klijenti […]. Fid-dawl ta’ din il-gravità addizzjonali, il-proporzjon tal-valur tal-bejgħ li għandu jiġi kkunsidrat għal ExxonMobil, MOL, Repsol, RWE, Sasol, Shell u Total għandu jkun ta’ 18 %.<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>164</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tikkritika l-fatt li l-Kummissjoni użat koeffiċjent ta’ 17 % li għandha tiġi applikata fir-rigward tal-gravità tal-ksur taħt il-paragrafu 21 tal-linji gwida tal-2006 u bħala deterrent taħt il-paragrafu 25 tal-imsemmija linji gwida (ammont addizzjonali msejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>dritt ta’ dħul<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>). Fil-fatt, l-imsemmi koeffiċjent użat fir-rigward tal-impriżi li pparteċipaw mhux biss fil-parti prinċipali tal-ksur, iżda wkoll fit-tieni parti, li jikkonsisti fit-tqassim tas-swieq u tal-klijenti, ikun biss ta’ 18 %. Id-differenza fil-gravità ma hijiex riflessa proporzjonalment b’differenza ta’ punt perċentwali wieħed. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 81 KE, l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, il-linji gwida tal-2006 u l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni. Abbażi ta’ dan, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali sabiex tnaqqas l-imsemmija koeffiċjent fuq livell inqas ta’ 17 %.</TXT></NP><NP><NO.P>165</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, mill-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jirriżulta li s-severità tal-piena ma għandhiex tkun sproporzjonata għall-ksur u li, skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003, sabiex tiddetermina l-ammont tal-multa, huwa xieraq li tittieħed inkunsiderazzjoni l-gravità tal-ksur u t-tul tiegħu. Il-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ adegwatezza tal-piena għall-ksur jipprevedu wkoll li l-ammont tal-multa imposta għandha tkun proporzjonata, għall-gravità u tat-tul tal-ksur (ara f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20010712">12 ta’ Lulju 2001</DATE>, Tate &amp; Lyle <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-202/98+T-204/98+T-207/98" PAGE.ECR="II-2035" YEAR="2001">T-202/98, T-204/98 u T-207/98, Ġabra p. II-2035</REF.DOC.ECR>, punt 106, u tas-<DATE ISO="20060927">27 ta’ Settembru 2006</DATE>, Jungbunzlauer vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-43/02" PAGE.ECR="II-3435" YEAR="2006">T-43/02, Ġabra p. II-3435</REF.DOC.ECR>, punt 226).</TXT></NP><NP><NO.P>166</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-prinċipju ta’ proporzjonalità jimplika li l-Kummissjoni għandha tiffissa l-multa proporzjonalment għall-elementi meħuda inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata l-gravità tal-ksur u hija għandha tapplika dawn l-elementi b’mod koerenti u oġġettivament iġġustifikat (sentenzi tal-Qorti Ġenerali Jungbunzlauer vs Il-Kummissjoni, punt 165 iktar ’il fuq, punti 226 sa 228 u tat-<DATE ISO="20100428">28 ta’ April 2010</DATE>, Amann &amp; Söhne u Cousin Filterie vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-446/05" PAGE.ECR="II-1255" YEAR="2010">T-446/05, Ġabra p. II-1255</REF.DOC.ECR>, punt 171).</TXT></NP><NP><NO.P>167</NO.P><TXT>Barra minn hekk, waqt id-determinazzjoni tal-ammont tal-multa, elementi oġġettivi bħall-kontenut u t-tul ta’ żmien tal-aġir antikompetittiv, in-numru tagħhom u l-intensità tagħhom, il-portata tas-suq affettwat u d-deterjorazzjoni subita mill-ordni pubbliku ekonomiku kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni. L-analiżi għandha wkoll tieħu inkunsiderazzjoni l-importanza relattiva u s-sehem<?PAGE NO="28"?> tas-suq tal-impriżi responsabbli kif ukoll l-eventwali reċidiva. Fl-interess tat-trasparenza, il-Kummissjoni adottat il-linji gwida, fejn indikat fuq liema bażi ser tikkunsidra tali jew tali ċirkustanza tal-ksur u l-konsegwenzi li jistgħu jinsiltu minnhom fuq l-ammont tal-multa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Chalkor vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-386/10 P" PAGE.ECR="I-13085" YEAR="2011">C-386/10 P, Ġabra p. I-13085</REF.DOC.ECR>, punti 57 sa 59).</TXT></NP><NP><NO.P>168</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward ta’ dan il-każ, hemm lok li jiġi rrilevat, kif indikat fil-paragrafu 23 tal-Linji gwida tal-2006, li l-ftehimiet u prattiki miftiehma intiżi li jiffissaw il-prezzijiet, f’dan il-każ jagħmlu parti mill-komponent prinċipali tal-ksur, huma, min-natura tagħhom, fost il-ksur l-iktar gravi għar-regoli tal-kompetizzjoni. Għaldaqstant, fost il-paragrafi 21 u 23 tal-imsemmija linji gwida, il-koeffiċjent li jirrifletti l-gravità tal-ksur reat għandu jkun iffissat fil-parti għolja ta’ skala li tvarja minn 0 sa 30 %. Barra minn hekk, f’dan il-każ, il-ftehimiet u l-prattiki miftiehma prezz huma intiżi għall-iffissar tal-prezzijiet li jikkonċernaw il-pajjiżi kollha taż-ŻEE, li huwa wkoll rilevanti skont il-paragrafu 22 tal-Linji gwida tal-2006.</TXT></NP><NP><NO.P>169</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, il-Kummissjoni ma kisret la l-Artikolu 81 KE, la l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 u lanqas il-linji gwida tal-2006 meta qieset koeffiċjent ta’ 17 % għall-gravità tal-ksur fir-rigward tal-parti prinċipali tiegħu, li jikkonsisti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>fi ftehimiet jew prattiki miftiehma li jirrigwardaw l-iffissar tal-prezzijiet [u] l-iskambju u l-iżvelar ta’ informazzjoni sensittiva fuq il-pjan kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> li jirrigwardaw ix-xemgħat tal-paraffin. Dan jgħodd ukoll rigward l-istabbiliment tal-ammont li għandu jiżdied bħala deterrent skont il-paragrafu 25 tal-Linji gwida tal-2006, magħrufa bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>dritt tad-dħul<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>. Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat ir-rabtiet bejn il-fatturi rilevanti meħuda inkunsiderazzjoni għall-gravità tal-ksur u l-koeffiċjent użat, hekk li ssodisfat l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>170</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li l-iffissar tal-koeffiċjent inkwistjoni għal 17 % hija wkoll iġġustifikata fid-dawl tal-kriterji ta’ evalwazzjoni użati mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 167 iktar ’il fuq. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali tqis li l-imsemmi koeffiċjent huwa proporzjonat mal-gravità tal-ksur imwettaq mir-rikorrenti, fi kliem ieħor, li jirrifletti l-gravità tal-ksur b’mod xieraq.</TXT></NP><NP><NO.P>171</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandhom jiġu eżaminati l-argumenti tar-rikorrenti li jgħidu li d-differenza bejn il-koeffiċjenti użati għall-komponent ewlieni tal-ksur, minn naħa, u għall-ewwel u t-tieni komponenti flimkien, min-naħa l-oħra, peress li tammonta għal punt perċentwali, ma tirriflettix id-differenza fil-gravità li tikkonsisti f’li tiżdied il-parteċipazzjoni għal tqassim ta’ klijenti u ta’ swieq.</TXT></NP><NP><NO.P>172</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li, skont il-Linji gwida tal-2006, it-tqassim tas-swieq u tal-klijenti hija wkoll waħda mir-restrizzjonijiet l-iktar gravi tal-kompetizzjoni, jekk li huwa sproporzjonat li jitqies 1 % tal-valur tal-bejgħ bħala gravità u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>dritt ta’ dħul<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>, filwaqt li dawn il-koeffiċjenti għall-komponent ewlieni tal-ksur kienu ta’ 17 %.</TXT></NP><NP><NO.P>173</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, kif jirriżulta mill-premessi 240 u 248 tad-deċiżjoni kkontestata, il-ftehimiet li jikkonsistu fit-tqassim tas-swieq jew fil-klijentela kienu sporadiċi waqt il-laqgħat tekniċi pparagunati ma’ ftehimiet jew prattiki miftiehma intiżi għall-iffissar tal-prezzijiet tax-xemgħat tal-paraffin. Barra minn hekk, skont id-dikjarazzjonijiet indipendenti ta’ impriżi li pparteċipaw ukoll fl-akkordju (ara l-punti 82 sa 84 iktar ’il fuq), diskussjoni dwar il-livelli tal-prezzijiet applikati għall-parteċipanti kienet għadha parti mil-laqgħat tekniċi, peress li dawn il-laqgħat ġeneralment jikkonċernaw l-iffissar tal-prezzijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>174</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-premessa 267 tad-deċiżjoni kkontestata, l-għan illegali segwit u ssanzjonat mill-parteċipanti fil-ksur uniku u kontinwu f’dan il-każ kien li titnaqqas jew li tiġi eliminata l-pressjoni kompetittiva bl-għan aħħari li jinkisbu profitti aħjar u, finalment, li jkunu stabbilizzati jew saħansitra jiżdiedu dawn il-profitti. Ċertament, it-tieni komponent tal-ksur seta’ jaggrava l-effetti negattivi tal-ksur fir-rigward tal-klijenti u tas-swieq affettwati. Madankollu, ma kienx maħsub għal għan antikompetittiv li seta’ jiġi sseparat b’mod ċar minn dak li jaqa’ taħt il-komponent prinċipali tal-ksur,<?PAGE NO="29"?> peress li l-istess prodotti u l-istess suq ġeografiku kienu kkonċernati, u li, fl-analiżi finali, it-tqassim tas-swieq u tal-klijenti serva wkoll l-għan li jintlaħqu livelli ta’ prezzijiet ogħla minn livelli kompetittivi, bħall-prattiki intiżi għall-iffissar tal-prezzijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>175</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dan, il-Qorti Ġenerali tqis li l-koeffiċjent ta’ 17 % użati għall-kumpaniji li jipparteċipaw fil-komponent ewlieni tal-ksur ma humiex sproporzjonati pparagunati ma’ dawk użati għall-impriżi li pparteċipaw ukoll fit-tieni komponent tal-ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>176</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tirreferi wkoll għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20031211">11 ta’ Diċembru 2003</DATE>, Adriatica di Navigazione vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-61/99" PAGE.ECR="II-5349" YEAR="2003">T-61/99, Ġabra p. II-5349</REF.DOC.ECR>). Hija tenfasizza li, bħal f’dan il-każ, fl-imsemmija kawża, il-Kummissjoni kkonstatat l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>l-istess ksur wieħed ininterrott<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Kummissjoni ma tistax tippenalizza bl-istess mod l-impriżi li ħadu sehem, fir-realtà, fiż-żewġ ksur, u dawk li ħadu sehem biss fi ksur wieħed minnhom, bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>177</NO.P><TXT>Għadu jiġi kkonstatat li, fis-sentenza Adriatica di Navigazione vs Il-Kummissjoni, punt 176 iktar ’il fuq (punti 188 sa 190), il-Qorti Ġenerali kkritikat il-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li qalet li ż-żewġ akkordji distinti jikkonċernaw, minn naħa, il-linji tal-laneċ mit-Tramuntana u, min-naħa l-oħra, il-linji tal-laneċ min-Nofsinhar, bejn il-Greċja u l-Italja, kienu jikkostitwixxu ksur wieħed. Wara din il-konstatazzjoni, hija qieset li l-Kummissjoni ma setgħetx tippenalizza bl-istess severità lill-kumpanniji li d-deċiżjoni kkontestata sabet responsabbli għaż-żewġ ksur u dawk li, bħal Adriatica di Navigazione, kienu responsabbli biss għal wieħed mill-ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>178</NO.P><TXT>Issa, ir-rikorrenti ma tikkontestax il-konklużjoni tal-Kummissjoni li tgħid li l-ftehimiet jew il-prattiki miftiehma li jirrigwardaw l-iffissar tal-prezzijiet u fuq l-iskambju u l-iżvelar ta’ informazzjoni sensittiva li taffettwa x-xemgħat tal-paraffin (komponent prinċipali tal-ksur) u t-tqassim tal-klijenti jew tas-swieq fir-rigward tax-xemgħat tal-paraffin (it-tieni komponent tal-ksur) jagħmlu parti mill-istess ksur uniku, kumpless u kontinwu.</TXT></NP><NP><NO.P>179</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, kif ġie rrilevat fil-punt 172 iktar ’il fuq, it-tqassim tal-klijenti jew tas-swieq ma huwiex intiż b’għan antikompetittiv li jista’ jiġi sseparat b’mod ċar mill-komponent prinċipali tal-ksur. Ġeneralment, it-tqassim tas-swieq u tal-klijenti jservi wkoll l-għan sabiex jinkisbu livelli ta’ prezzijiet ogħla minn livelli kompetittivi, bħall-prattiki intiżi għall-iffissar tal-prezzijiet. L-arranġamenti li jaqgħu fiż-żewġ komponenti inkwistjoni jikkonċernaw l-istess prodotti u suq ġeografiċi u jinkisbu permezz tal-istess mekkaniżmu bbażat fuq il-laqgħat tekniċi. Barra minn hekk, l-iffissar tal-prezzijiet huwa iktar faċli li jiġi implementat meta l-possibbiltà ta’ klijenti li jduru għal fornituri oħra titnaqqas, minħabba t-tqassim bejniethom. Barra minn hekk, l-impriżi kollha li jipparteċipaw fit-tieni komponent tal-ksur kienu wkoll implikati fil-komponent prinċipali tal-ksur u ż-żewġ komponenti tal-ksur seħħew matul l-istess perjodu. B’hekk huwa possibbli li wieħed jikkonkludi li l-komplementarjetà taż-żewġ komponenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Amann &amp; Söhne u Cousin Filterie vs Il-Kummissjoni, punt 166 iktar ’il fuq, punti 89 sa 92), hekk li l-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar l-uniċità tal-ksur reat f’dan il-każ għandha tkun ikkonfermata.</TXT></NP><NP><NO.P>180</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kuntrarjament għall-kuntest fattwali u ġuridiku tal-kawża li tat lok għas-sentenza Adriatica di Navigazione vs Il-Kummissjoni, punt 176 iktar ’il fuq, f’dan il-każ hemm ksur wieħed. Barra minn hekk, it-tieni komponent tal-ksur ma kellux piż ekwivalenti għal dak tal-komponent prinċipali tal-ksur u, barra minn hekk, il-parteċipanti fit-tieni komponent kienu ppenalizzati iktar severament minn dawk implikati biss fil-komponent ewlieni tal-ksur. Għaldaqstant, l-argument tar-rikorrenti bbażat fuq din is-sentenza għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><?PAGE NO="30"?><NP><NO.P>181</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrenti tallega li hemm diskriminazzjoni manifesta ċara bejn l-impriżi parteċipanti fil-ksur. Iż-żewġ ksur l-iktar gravi tal-Artikolu 81 KE kienu ppenalizzati b’mod totalment differenti, f’dan il-każ, fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet, b’ammont bażiku u ammont addizzjonali ta’ 17 % tal-valur tal-bejgħ, u, fir-rigward tat-tqassim tas-swieq jew tal-klijenti, b’ammont bażiku u ammont addizzjonali ugwali għal dak negliġibbli 1 % tad-dħul mill-bejgħ ta’ referenza.</TXT></NP><NP><NO.P>182</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament huwa miksur biss meta sitwazzjonijiet paragunabbli jiġu ttrattati b’mod differenti jew li sitwazzjonijiet differenti jiġu ttrattati b’mod ugwali, sakemm trattament bħal dan ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19841213">13 ta’ Diċembru 1984</DATE>, Sermide, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="106/83" PAGE.ECR="4209" YEAR="1984">106/83, Ġabra p. 4209</REF.DOC.ECR>, punt 28, u tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE>, Hoek Loos vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-304/02" PAGE.ECR="II-1887" YEAR="2006">T-304/02, Ġabra p. II-1887</REF.DOC.ECR>, punt 96).</TXT></NP><NP><NO.P>183</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li l-parteċipanti kollha kienu f’sitwazzjoni identika sa fejn ir-responsabbiltà tagħhom ġiet aċċettata għall-parti prinċipali tal-ksur. Il-Kummissjoni għaldaqstant, peress li osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, ħadet inkunsiderazzjoni, fir-rigward tal-parteċipanti kollha, 17 % tal-valur tal-bejgħ għall-gravità tal-ksur, kif ukoll għall-kalkolu tad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>dritt għal dħul<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>184</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li t-tieni komponent tal-ksur kien jikkonsisti f’arranġamenti pjuttost sporadiċi, li jimplikaw inqas parteċipanti u, konsegwentement, għandhom importanza ekonomika inqas. Barra minn hekk, jista’ jitqies li huwa komplementari għall-komponent prinċipali tal-ksur. Għaldaqstant, din hija sitwazzjoni oġġettivament differenti pparagunata mal-komponent prinċipali tal-ksur, hekk li l-Kummissjoni ma kisritx il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament billi ma użatx koeffiċjent ugwali jew qrib għall-gravità u għad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0070" ID="QS0070"/>dritt għad-dħul<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> għall-komponent ewlieni tal-ksur, minn naħa waħda, u għat-tieni komponent tal-ksur, b’mod iżolat, min-naħa l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>185</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament għandu wkoll jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>186</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, il-Qorti Ġenerali, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, tqis li t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ 17 % tal-valur tal-bejgħ tal-impriżi li pparteċipaw biss fil-komponent prinċipali tal-ksur jirrifletti l-gravità tal-ksur b’mod xieraq, kif rikjest mill-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003 u l-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 165 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>187</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-iżviluppi preċedenti, it-tielet motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq l-assenza żbaljata tat-teħid inkunsiderazzjoni tar-rwol marġinali ta’ Eni fl-akkordju u tan-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-ftehimiet fuq il-prezzijiet bħala ċirkustanza attenwanti</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>188</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni b’mod żbaljat irrifjutatilha li tibbenefika miċ-ċirkustanza attenwanti marbuta mar-rwol marġinali tagħha fl-akkordju u man-nuqqas ta’ implementazzjoni ta’ arranġamenti antikompetittivi. Meta għamlet dan, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 81 KE, l-Artikolu 23 tar-Regolament 1/2003, il-Linji gwida tal-2006 u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha. Konsegwentement, ir-rikorrent titlob lill-Qorti Ġenerali sabiex tannula totalment jew parzjalment id-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonċerna l-ammont tal-multa imposta fuqha u li terġa’ tikkalkula l-ammont tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>189</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont it-tielet inċiż tal-paragrafu 29 tal-Linji gwida tal-2006, l-ammont bażiku tal-multa jista’ jitnaqqas meta l-Kummissjoni tikkonstata l-eżistenza ta’ ċirkustanzi attenwanti, b’mod partikolari meta l-impriża kkonċernata tipproduċi l-prova li l-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur hija sostanzjalment limitata u konsegwentement turi li, matul il-perijodu li fih aderixxiet għall-ftehimiet ta’ ksur, hija effettivament evitat l-applikazzjoni tagħhom billi adottat aġir kompetittiv<?PAGE NO="31"?> fis-suq. Skont l-istess punt, is-sempliċi fatt li impriża tkun ipparteċipat fi ksur għal tul iqsar mill-oħrajn ma jistax jitqies li huwa ċirkustanza attenwanti, peress li din iċ-ċirkustanza diġà hija riflessa fl-ammont bażiku tal-multa.</TXT></NP><NP><NO.P>190</NO.P><TXT>Il-partijiet ftiehmu li, skont l-ittra u l-istruttura tal-Linji gwida tal-2006, l-applikazzjoni taċ-ċirkustanza attenwanti li tirriżulta mit-tielet inċiż tal-paragrafu 29 tal-Linji gwida 2006 teħtieġ, minbarra li tintwera l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0071" ID="QS0071"/>parteċipazzjoni sostanzjalment imnaqqsa<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> fl-akkordju, ukoll li jintwera <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0072" ID="QS0072"/>nuqqas tal-applikazzjoni tagħha<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>, peress li dawn iż-żewġ elementi jikkostitwixxu żewġ kundizzjonijiet kumulattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>191</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li, skont l-ewwel inċiż tal-paragrafu 3 tal-Linji gwida tal-1998, ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0073" ID="QS0073"/>rwol esklużivament passiv jew li jsegwi<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/> ta’ impriża fit-twettiq tal-ksur jista’ jikkostitwixxi ċirkustanza attenwanti. Il-partijiet jaqblu ma’ din il-fehma li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0074" ID="QS0074"/>parteċipazzjoni sostanzjalment imnaqqsa<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/> fil-Linji gwida tal-2006, għandu jiġi interpretat b’mod analogu għal dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0075" ID="QS0075"/>rwol esklużivament passiv<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> fil-Linji gwida tal-1998.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Fuq ir-rwol passiv u/jew marġinali ta’ Eni fl-akkordju</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq il-mertu tad-deċiżjoni kkontestata</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>192</NO.P><TXT>Fil-premessa 690 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ċaħdet l-argumenti mressqa mir-rikorrenti sabiex turi r-rwol marġinali tagħha fl-akkordju, billi qieset li, għall-perijodu li fih Eni kienet ipparteċipat fl-akkordju, l-aġir tagħha ma kienx differenti minn dak tal-membri l-oħra, bl-eċċezzjoni ta’ Sasol. Fir-rigward ta’ din tal-aħħar, skont il-premessi 685 u 686 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonkludiet li hija kellha rwol ta’ tmexxija u żiedet l-ammont bażiku applikabbli għaliha għal 50 % għal din iċ-ċirkustanza aggravanti.</TXT></NP><NP><NO.P>193</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, mill-fajl amministrattiv jirriżulta li r-rwol tagħha kien marġinali waqt il-laqgħat tekniċi. Madankollu, bi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, il-Kummissjoni ttrattatha bħall-parteċipanti l-oħra kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>194</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, meta ksur twettaq minn diversi impriżi, għandha tiġi eżaminata l-gravità relattiva tal-parteċipazzjoni fil-ksur ta’ kull waħda fosthom (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-<DATE ISO="19751216">16 ta’ Diċembru 1975</DATE>, Suiker Unie <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="40/73+41/73+42/73+43/73+44/73+45/73+46/73+47/73+48/73+50/73+54/73+55/73+56/73+111/73+113/73+114/73" PAGE.ECR="1663" YEAR="1975">40/73 sa 48/73, 50/73, 54/73 sa 56/73, 111/73, 113/73 u 114/73, Ġabra p. 1663</REF.DOC.ECR>, punt 623), sabiex jiġi ddeterminat jekk jixraqx li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi attenwanti jew aggravanti (sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20100913">13 ta’ Settembru 2010</DATE>, Trioplast Industrier vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-40/06" PAGE.ECR="II-4893" YEAR="2010">T-40/06, Ġabra p. II-4893</REF.DOC.ECR>, punt 105).</TXT></NP><NP><NO.P>195</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali diġà ddeċidiet ukoll, fil-kuntest tal-ewwel inċiż tal-punt 3 tal-linji gwida tal-1998, li r-rwol passiv jimplika l-adozzjoni ta’ approċċ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0076" ID="QS0076"/>low-profile<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/> mill-impriża kkonċernata, jiġifieri assenza ta’ parteċipazzjoni attiva fl-elaborazzjoni ta’ xi ftehim jew ftehimiet antikompetittivi (sentenza Trioplast Industrier vs Il-Kummissjoni, punt 194 iktar ’il fuq, punt 106; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza Cheil Jedang vs Il-Kummissjoni, punt 161 iktar ’il fuq, punt 167).</TXT></NP><NP><NO.P>196</NO.P><TXT>Bl-istess mod, skont il-ġurisprudenza, fost l-elementi li jistgħu jiżvelaw ir-rwol passiv ta’ impriża fi ħdan akkordju, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm in-natura sostanzjalment iktar sporadika tal-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat meta mqabbla ma’ dik tal-membri ordinarji tal-akkordju kif ukoll id-dħul tardiv tagħha fis-suq li kien is-suġġett tal-ksur, indipendentement mit-tul tal-parteċipazzjoni tagħha f’dan il-ksur jew saħansitra l-eżistenza tad-dikjarazzjonijiet espliċiti f’dan is-sens magħmula minn rappreżentanti ta’ impriżi terzi li jkunu pparteċipaw fil-ksur (sentenzi tal-Qorti Ġenerali Cheil Jedang vs Il-Kummissjoni, punt 161 iktar ’il fuq, punt 168, u tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, Tokai Carbon <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-236/01+T-239/01+T-244/01+T-245/01+T-246/01+T-251/01+T-252/01" PAGE.ECR="II-1181" YEAR="2004">T-236/01, T-239/01, T-244/01 sa T-246/01, T-251/01 u T-252/01, Ġabra p. II-1181</REF.DOC.ECR>, punt 331, u Trioplast Industrier vs Il-Kummissjoni, punt 194 iktar ’il fuq, punt 107).</TXT></NP><?PAGE NO="32"?><NP><NO.P>197</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti tqis li daħlet tard fis-suq inkwistjoni. Sal-2002, il-bejgħ tagħha kien prattikament limitat għall-provvista biss tal-kumpanniji SIMP u SER, li assorbew iktar minn 80 % tal-produzzjoni tagħha tax-xemgħat tal-paraffin u ta’ slack wax. Huwa biss wara l-2002 Eni gradwalment bdiet tforni direttament numru ikbar ta’ klijenti finali.</TXT></NP><NP><NO.P>198</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota quddiem il-Qorti Ġenerali li, mill-1977, Agip kienet diġà attiva fis-suq tax-xemgħat tal-paraffin.</TXT></NP><NP><NO.P>199</NO.P><TXT>Fit-tweġiba tagħha għall-mistoqsija bil-miktub tal-Qorti Ġenerali, ir-rikorrenti ssostni li Agip, li lilha hija ssuċċediet, effettivament ipproduċiet xemgħat tal-paraffin mill-1975. Madankollu, hija tenfasizza li, sal-2001, hija biegħet kważi esklużivament lil SIMP u lil SER, mingħajr ma kellha struttura proprja ta’ kummerċjalizzazzjoni għal dawn il-prodotti.</TXT></NP><NP><NO.P>200</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkunsidrat li l-fatt biss li l-biċċa l-kbira tal-produzzjoni ta’ xemgħat tal-paraffin ta’ Eni kienet inbiegħet minn SIMP u SER qabel l-2002 ma huwiex tali li juru d-dħul tardiv fis-suq inkwistjoni, peress li l-produzzjoni tax-xemgħat tal-paraffin u l-kummerċjalizzazzjoni lill-bejjiegħa jew lill-proċessuri tikkostitwixxi wkoll preżenza fis-suq.</TXT></NP><NP><NO.P>201</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi rrilevat li l-ġurisprudenza msemmija mir-rikorrenti, li tikkonsisti f’sentenzi li jirreferu għad-dħul tardiv fis-suq, tirreferi għall-applikazzjoni tal-linji gwida tal-1998. Issa, f’dawn il-linji gwida, l-ammont tal-multa kien inqas influwenzat mit-tul tal-ksur, peress li n-numru ta’ snin ta’ parteċipazzjoni fl-akkordju jikkostitwixxu biss ammont addizzjonali. Għall-kuntrarju, fl-istruttura tal-linji gwida tal-2006, in-numru ta’ snin huwa element multiplikatur tal-valur tal-bejgħ, hekk li l-ammont tal-multa huwa aritmetikament proporzjonali mat-tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur, ħlief il-parti żgħira mill-ammont tal-multa imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0077" ID="QS0077"/>dritt għal dħul<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>202</NO.P><TXT>Għaldaqstant, skont l-istruttura l-ġdida tal-linji gwida tal-2006, fil-prinċipju, id-dħul tardiv fis-suq huwa diġà rifless b’mod suffiċjenti mill-valur imnaqqas tal-koeffiċjent multiplikatur użat għat-tul.</TXT></NP><NP><NO.P>203</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tqis li, f’dan il-każ, il-fatt biss li, qabel l-2002, ir-rikorrenti kkumerċjalizzat il-biċċa l-kbira tax-xemgħat tal-paraffin li hija pproduċiet ma’ żewġ kumpaniji biss jikkostitwixxi biss fattur li jista’ jikkostitwixxi ċirkustanza attenwanti, anki flimkien mal-elementi l-oħra msemmija mir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>204</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li t-tieni argument tar-rikorrenti jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>205</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, Eni tallega li ma ġietx implikata fil-laqgħat bilaterali ħlief meta l-provvisti inkroċjati bejn il-fornituri tax-xemgħat tal-paraffin jew tas-slack wax kienu jeħtieġu tali kuntatti.</TXT></NP><NP><NO.P>206</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar dak li tgħid il-premessa 275 tad-deċiżjoni kkontestata:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0078" ID="QS0078"/>[I]l-Kummissjoni għażlet li ma tinvestigax il-kuntatti bilaterali, għaliex l-isforz meħtieġ biex jiġu pprovati l-elementi addizzjonali ta’ dan il-ksur mingħajr ma jinbidel ir-riżultat finali kien ser ikun sproporzjonat. Għal din l-istess raġuni, il-Kummissjoni għażlet li ma tinvestigax il-kuntatti l-oħra li saru lil hinn mil-laqgħat tekniċi. Il-Kummissjoni tqis ukoll li hija stabbilixxiet biżżejjed l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu dwar il-prattiki li dwarhom hija investigat.<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>207</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni ma ħaditx iktar inkunsiderazzjoni l-elementi relatati mal-kuntatti bilaterali barra l-laqgħat tekniċi fir-rigward tal-parteċipanti l-oħra fl-akkordju, lanqas. Fil-fatt, ġiet stabbilita l-parteċipazzjoni fl-akkordju, fil-każ tal-impriżi kollha, abbażi tal-kontenut tal-laqgħat tekniċi li attendew. Konsegwentement, l-argument tar-rikorrenti dwar l-assenza ta’ involviment fil-kuntatti bilaterali ma huwiex tali li juri l-parteċipazzjoni limitata tagħha fl-akkordju.</TXT></NP><NP><NO.P>208</NO.P><TXT>B’hekk, dan l-argument jiġi miċħud bħala irrilevanti.</TXT></NP><?PAGE NO="33"?><NP><NO.P>209</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, Eni argumentat li hija qatt ma bagħtet ittri lill-kompetituri tagħha dwar il-bidliet fil-prezzijiet. Mill-150 ittra miġbura mill-Kummissjoni, ir-rikorrenti tissemma biss darbtejn bħala destinatarja reċipjent, għal raġunijiet barra minn hekk indipendenti mill-akkordju, jiġifieri x-xiri tagħha tal-paraffin minn Sasol.</TXT></NP><NP><NO.P>210</NO.P><TXT>L-ewwel nett, mill-premessi 113 u 299 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li ċerti parteċipanti fl-akkordju skambjaw ittri tat-tariffi li huma bagħtu lill-klijenti. Madankollu, l-iskambju tal-ittri tat-tariffi ma jirrelatawx direttament mad-diskussjonijiet u l-arranġamenti antikompetittivi imposti fuq Eni, iżda biss mal-mekkaniżmi ta’ kontroll tal-implementazzjoni ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>211</NO.P><TXT>It-tieni nett, Shell indikat fid-dikjarazzjoni tagħha tal-<DATE ISO="20060614">14 ta’ Ġunju 2006</DATE> li MOL, Eni u Repsol ma bagħtux ittri tat-tariffi lill-klijenti, iżda kkomunikaw il-prezzijiet tagħhom bil-fomm. Bl-istess mod, Total spiss ma bagħtitx ittri tat-tariffi. Għaldaqstant, fin-nuqqas ta’ ittri tat-tariffi lill-klijenti, parti sinjifikattiva tal-parteċipanti, jiġifieri tlieta jew erbgħa fuq disgħa, ma setgħux jiġu involuti fl-iskambju ta’ ittri tat-tariffi bejn kompetituri eżistenti minħabba prattiki kummerċjali, u dan irrispettivament mill-kwistjoni tal-intenzjoni li jaderixxu għal din il-prattika. Dawn l-impriżi lanqas ma bbenefikaw minn ċirkustanza attenwanti għal parteċipazzjoni limitata fl-akkordju.</TXT></NP><NP><NO.P>212</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma wettqet ebda illegalità meta ma ħaditx inkunsiderazzjoni din iċ-ċirkustanza favur Eni.</TXT></NP><NP><NO.P>213</NO.P><TXT>Dan l-argument, konsegwentement, għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>214</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, irrispettivament minn kwistjonijiet relatati mad-diskussjonijiet bilaterali u mal-iskambju ta’ ittri tat-tariffi, ir-rikorrenti ssostni li l-attività tagħha matul il-laqgħat tekniċi kienet limitata meta mqabbla mal-parteċipanti oħra. F’dan ir-rigward, hija tirreferi għad-dikjarazzjoni ta’ Sasol li tgħid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0079" ID="QS0079"/>Eni ma kinitx parteċipant attiv ħafna tal-'Blue Saloon'<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/>, u dik ta’ Shell, li tgħid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0080" ID="QS0080"/>f’dak li jirrigwarda l-prezzijiet iffissati bi qbil reċiproku matul il-laqgħat tekniċi, S. ma tafx jekk Eni u Repsol, li kellhom rwol passiv ħafna fil-laqgħat tekniċi, kinux aderixxew għaż-żieda fil-prezz u għad-deċiżjonijiet meħuda<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/>. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tallega li kienet l-unika impriża parteċipanti li ma tatx sehemha sabiex torganizza laqgħat tekniċi. Anki Repsol organizzat waħda minnhom.</TXT></NP><NP><NO.P>215</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali diġà speċifikat li l-fatt li impriżi oħra li pparteċipaw fl-istess akkordju uniku setgħu kienu iktar attivi minn parteċipant partikolari ma jimplikax, għal daqshekk, li dan tal-aħħar kellu rwol passiv jew emulattiv. Fil-fatt, hija biss il-passività totali li tista’ tiġi kkunsidrata u li għandha tiġi stabbilita mill-parti li tinvokaha (sentenza Trioplast Industrier vs Il-Kummissjoni, punt 194 iktar ’il fuq, punt 108; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza Bolloré <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 50 iktar ’il fuq, punt 611).</TXT></NP><NP><NO.P>216</NO.P><TXT>Issa, tali passività totali ma tistax tiġi dedotta mill-fatt li l-impriża inkriminata ma organizzatx hija stess laqgħat sigrieti antikompetittivi.</TXT></NP><NP><NO.P>217</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni ta’ Shell, diġà eżaminata fil-punt 89 iktar ’il fuq, hija ċertament fattur rilevanti invokat mir-rikorrenti. Madankollu, is-silta ċċitata mir-rikorrent ma hijiex suffiċjenti fiha nnifisha sabiex tistabbilixxi li l-parteċipazzjoni tagħha fl-akkordju kienet sostanzjalment limitata.</TXT></NP><NP><NO.P>218</NO.P><TXT>Ċertament, Shell tirreferi għar-rwol pjuttost passiv mir-rappreżentanti ta’ Eni u ta’ Repsol fil-laqgħat tekniċi. Madankollu, il-preżenza ta’ dawn tal-aħħar għall-imsemmija laqgħat madankollu taw l-impressjoni lill-parteċipanti l-oħra li dawn iż-żewġ produtturi prinċipali kienu involuti wkoll fl-arranġamenti antikompetittivi. Barra minn hekk, fl-istess dikjarazzjoni, Shell issemmi wkoll lil Eni fost il-kumpaniji li kienu qablu fuq iż-żidiet fil-prezzijiet u l-prezzijiet minimi.</TXT></NP><?PAGE NO="34"?><NP><NO.P>219</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar f’dan ir-rigward li Eni kienet parteċipanti regolari għal-laqgħat tekniċi bejn l-2002 u l-2005, u kienet preżenti għall-inqas għal għaxra minn tlettax il-laqgħa teknika miżmuma f’dan il-perijodu.</TXT></NP><NP><NO.P>220</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, il-Qorti Ġenerali tikkonstata li l-Kummissjoni ma kisritx la l-Artikolu 81 KE, la l-Artikolu 3 tar-Regolament 1/2003, la l-Linji gwida tal-2006 u lanqas il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament meta ddikjarat, fil-premessa 690 tad-deċiżjoni kkontestata, li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0081" ID="QS0081"/>għall-perijodu li fih Eni pparteċipat fil-ksur, l-aġir tagħha ma kienx differenti minn dak tal-membri l-oħra<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>221</NO.P><TXT>L-argumenti l-oħra tar-rikorrenti ma jistgħux jikkontestaw din il-konklużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>222</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li hija ma setgħetx tibbenefika minn ċirkustanzi attenwanti għall-kooperazzjoni effettiva mal-Kummissjoni barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni tal-2002. Għalkemm Eni pprovdiet l-informazzjoni kollha fil-pussess tagħha, hija ma kinitx fil-pussess, preċiżament minħabba r-rwol marġinali tagħha fil-laqgħat tekniċi, ta’ dokumenti relatati mal-laqgħat sabiex isaħħu l-eżistenza tal-akkordju. Għaldaqstant, kien hija ġiet doppjament ivvittimizzati minħabba n-nuqqas ta’ rikonoxximent tar-rwol passiv tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>223</NO.P><TXT>L-ewwel nett, kif ġustament tirrileva l-Kummissjoni f’dan ir-rigward, peress li Eni kienet taf tajjeb il-prattiki antikompetittivi li kienu segwiti fil-laqgħat tekniċi, xejn ma impediha milli tagħmel talba għal klemenza qabel kwalunkwe impriża oħra li hija parteċipanti u bbenefikat b’hekk minn immunità totali jew parzjali skont il-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni tal-2002.</TXT></NP><NP><NO.P>224</NO.P><TXT>It-tieni nett, hemm lok li jitfakkar li l-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni tal-2002, fil-paragrafi 3 u 4, jistabbilixxi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0082" ID="QS0082"/>Il-Kummissjoni hija konxja li ċerti impriżi involuti f’dan it-tip ta’ ftehim illegali huma lesti li jtemmu l-partiċipazzjoni tagħhom u jinformawha bl-eżistenza ta’ ftehim bħal dan, imma huma ddisswaduti milli jagħmlu dan mill-multi għoljin li huma potenzalment esposti għalihom. Il-Kummissjoni kkunsidrat li huwa fl-interess [tal-Unjoni] li jingħata trattament favorevoli lil impriżi li jikkooperaw magħha. L-interessi tal-konsumatur u ċ-ċittadini biex jiġi żgurat li kartelli sigrieti jiġu mikxufa u kkastigati huma akbar mill-interess li jiġu mmultati dawk l-impriżi li jippermettu lill-Kummissjoni biex tiskopri u tipprojbixxi dawn il-prattiċi.<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>225</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-għan tal-programm ta’ klemenza ma huwiex li joffri lill-impriżi involuti fl-akkordji sigrieti, avżati bil-ftuħ tal-proċedura tal-Kummissjoni, il-possibbiltà li jevitaw il-konsegwenzi finanzjarji tar-responsabbiltà tagħhom, iżda sabiex tiffaċilita l-iskoperta ta’ tali prattiki, fl-interess tal-konsumaturi u taċ-ċittadini Ewropej, billi tinkoraġġixxi lill-parteċipanti sabiex jiżvelaw minnhom, u insegwitu, matul il-proċedura amministrattiva, jgħinu lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha sabiex tirrikostitwixxi l-fatti rilevanti sa fejn huwa possibbli. Għaldaqstant, il-benefiċċji li jistgħu jinkisbu mill-impriżi involuti fi prattiċi bħal dawn ma jistgħux jaqbżu l-livell li huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-effettività sħiħa tal-programm ta’ klemenza u l-proċedura amministrattiva mmexxija mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>226</NO.P><TXT>Issa, ma huwa rikjest ebda interess tal-konsumaturi Ewropej sabiex il-Kummissjoni tagħti benefiċċju ta’ immunità minn multa jew tnaqqis tal-ammont tal-multa lil numru ikbar ta’ impriżi milli huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-effettività sħiħa tal-programm ta’ klemenza u tal-proċedura amministrattiva tagħha. Għaldaqstant, ma huwiex iġġustifikat li jibbenefikaw minn tali immunità jew tnaqqis ta’ impriżi barra dawk li kienu l-ewwel li pprovdew provi li jippermettu lill-Kummissjoni li tordna verifiki jew li tikkonstata ksur jew ukoll tgħinha b’mod ieħor u b’mod effettiv matul il-proċedura amministrattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>227</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-impriżi li oġġettivament ma pprovdewx informazzjoni sabiex tavvanza sinjifikattivament l-investigazzjoni mmexxija mill-Kummissjoni ma jistgħux validament jinvokaw ċirkustanzi, li jirriżultaw mis-sitwazzjoni tagħhom stess u mhux mill-approċċ tal-Kummissjoni, li<?PAGE NO="35"?> allegatament għamlet il-kooperazzjoni, isiru iktar diffiċli. Fil-fatt, il-valur tal-kooperazzjoni huwa mkejjel f’termini tal-valur tal-utilità tal-kontribuzzjoni tal-impriżi kkonċernati, mill-perspettiva tal-aġir tal-proċedura amministrattiva mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>228</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li dan l-argument tar-rikorrenti jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>229</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tqis li, jekk hija pparteċipat regolarment għal-laqgħat tekniċi bejn l-2002 u l-2005, l-interess tagħha kien limitat għal diskussjonijiet tekniċi, bl-esklużjoni tal-kontenut antikompetittiv tal-imsemmija laqgħat.</TXT></NP><NP><NO.P>230</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jsir riferiment għall-analiżi fil-punti 108 sa 114 iktar ’il fuq, li minnha jirriżulta li r-rikorrenti ma wrietx l-assenza tagħha ta’ interess u li, fi kwalunkwe każ, dan ma huwiex fattur rilevanti fl-evalwazzjoni tar-responsabbiltà tagħha għall-ksur imwettaq.</TXT></NP><NP><NO.P>231</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Kummissjoni ma wettqet ebda illegalità fl-evalwazzjoni tal-allegat rwol marġinali u/jew passiv ta’ Eni fl-akkordju, peress li din l-evalwazzjoni tirreferi għall-eżami tal-kundizzjoni marbuta mal-parteċipazzjoni sostanzjalment limitata fl-akkordju (ara l-punt 220 iktar ’il fuq).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>232</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-allegat nuqqas ta’ motivazzjoni, hemm lok li jiġi rrilevat li l-argumenti mressqa mir-rikorrenti fil-paġni 41 sa 43 tar-risposta għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet huma essenzjalment l-istess bħal dawk murija fil-punti 193, 197, 205, 209 u 214 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>233</NO.P><TXT>Ċertament, il-motivazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni sabiex tiċħad dawn l-argumenti hija konċiża. Fil-premessa 690 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni sempliċement iddikjarat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0083" ID="QS0083"/>għall-perjodu li fih Eni pparteċipat fil-ksur, l-aġir tagħha ma kienx differenti minn dak tal-membri l-oħra<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>234</NO.P><TXT>Madankollu, skont il-ġurisprudenza, il-ħtieġa ta’ motivazzjoni għandha tkun evalwata abbażi taċ-ċirkustanzi tal-każ, b’mod partikolari tal-kontenut tal-att, tan-natura tal-motivi invokati u tal-interess li d-destinatarji tal-att jew kull persuna oħra kkonċernata direttament u individwalment mill-att jista’ jkollha li tirċievi spjegazzjonijiet. Ma huwiex meħtieġ li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti sa fejn il‑kwistjoni dwar jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax ir-rekwiżiti tal-imsemmi Artikolu 253 għandha tiġi evalwata mhux biss fid-dawl tal-kliem tagħha, iżda wkoll fid-dawl tal-kuntest tagħha u tar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-367/95 P" PAGE.ECR="I-1719" YEAR="1998">C-367/95 P, Ġabra p. I-1719</REF.DOC.ECR>, punt 63, kif ukoll tal-<DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, Bertelsmann u Sony Corporation of America vs Impala, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-413/06 P" PAGE.ECR="I-4951" YEAR="2008">C-413/06 P, Ġabra p. I-4951</REF.DOC.ECR>, punti 166 u 178).</TXT></NP><NP><NO.P>235</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, il-Kummissjoni indikat li hija qieset biss il-perijodu tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fl-akkordju. B’hekk, hija indikat li l-argument ibbażat fuq id-dħul tardiv tar-rikorrenti fis-suq ma tteħidx inkunsiderazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>236</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-nuqqas ta’ involviment tar-rikorrenti fil-kuntatti bilaterali u l-iskambju ta’ ittri tat-tariffi, huwa biżżejjed li jitfakkar li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-elementi relatati mal-kuntatti bilaterali barra l-laqgħat tekniki meta tistabbilixxi l-ksur (ara l-punti 207 u 208 iktar ’il fuq). Issa, l-ebda insuffiċjenza ta’ motivazzjoni ma tista’ titqies kontra l-Kummissjoni minħabba l-assenza ta’ eżami ddettaljat ta’ argumenti li huma essenzjalment għal kollox mill-perspettiva tal-evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi attenwanti fil-kuntest speċifiku tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>237</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’dak li jirrigwarda l-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0084" ID="QS0084"/>għall-perijodu li fih Eni pparteċipat fl-akkordju, l-aġir tagħha ma kienx differenti minn dawk tal-membri l-oħra<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/>, għandha tiġi inkluża fir-raġunijiet mogħtija mill-Kummissjoni f’dan ir-rigward l-eżami, fid-deċiżjoni kkontestata,<?PAGE NO="36"?> tal-kontenut tal-laqgħat tekniċi u l-provi li jirrigwardaw il-preżenza ta’ Eni fihom. Dan l-eżami u l-konstatazzjonijiet li jinsabu fihom għandhom, barra minn hekk, jitqiesu fid-dawl tad-dokumenti u d-dikjarazzjonijiet kollha li saru disponibbli lir-rikorrenti, li jagħmlu parti mill-kuntest tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>238</NO.P><TXT>Issa, għalkemm huwa veru li Sasol u Shell juru r-rwol pjuttost passiv jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0085" ID="QS0085"/>mhux attiv ħafna<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/> tar-rappreżentanti ta’ Eni waqt il-laqgħat tekniċi, għandu jiġi enfasizzat li, fl-istess dikjarazzjoni tal-<DATE ISO="20060614">14 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Shell issemmi wkoll Eni fost l-impriżi li kienu qablu fuq iż-żidiet fil-prezzijiet u l-prezzijiet minimi u speċifikat li MOL, Repsol u Eni ma bagħtux ittri ta’ żieda fil-prezz lill-klijenti wara l-laqgħat tekniċi, iżda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0086" ID="QS0086"/>pjuttost ikkomunikaw bil-fomm iż-żidiet fil-prezzijiet<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/> (ara l-punt 89 iktar ’il fuq). Għaldaqstant, meta wieħed iqis ukoll l-affermazzjonijiet fondati fid-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-preżenza ta’ Eni għall-inqas f’għaxra mit-tlettax il-laqgħa teknika li seħħew matul il-perijodu mill-<DATE ISO="20020221">21 ta’ Frar 2002</DATE> sat-<DATE ISO="20050428">28 ta’ April 2005</DATE>, l-imsemmija deċiżjoni tipprovdi biżżejjed elementi li jispjegaw kemm lil Eni kif ukoll lill-Qorti tal-Unjoni għaliex il-parteċipazzjoni ta’ Eni għall-akkordju ma setgħetx titqies li hija sostanzjalment limitata.</TXT></NP><NP><NO.P>239</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Kummissjoni ma kisritx l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni dwar l-eżami tal-allegat rwol marġinali jew passiv ta’ Eni għall-ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>240</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-eżami preċedenti, hemm lok li jiġi miċħud l-ilment tan-nuqqas ta’ rikonoxximent tar-rwol marġinali jew passiv marġinali ta’ Eni fil-ksur.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Fuq l-assenza ta’ applikazzjoni tal-ftehimiet intiżi għall-iffissar tal-prezzijiet minn Eni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>241</NO.P><TXT>Għandu jiġi nnotat li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0087" ID="QS0087"/>parteċipazzjoni sostanzjalment imnaqqsa<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/> fl-akkordju u t-tnaqqis fl-applikazzjoni tagħha li jikkostitwixxu kundizzjonijiet kumulattivi taċ-ċirkustanza attenwanti prevista fit-tielet inċiż tal-paragrafu 29 tal-linji gwida tal-2006. Issa, ir-rikorrent ma wrietx li l-parteċipazzjoni tagħha kienet sostanzjalment limitata. Għaldaqstant, l-ilment tagħha bbażat fuq l-illegalità taċ-ċaħda, fid-deċiżjoni kkontestata, ta’ dawn l-argumenti intiżi li jeżentaw mill-applikazzjoni tal-akkordju, fi kwalunkwe każ, twassal għall-istabbiliment tal-ksur tal-linji gwida tal-2006 mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>242</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għall-finijiet ta’ kompletezza, il-Qorti Ġenerali ser teżamina l-argumenti tar-rikorrenti</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq il-mertu tad-deċiżjoni kkontestata</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>243</NO.P><TXT>Fil-premessa 695 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni indikat li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0088" ID="QS0088"/>[…] Fir-rigward tal-argumenti ta’ Eni, il-Kummissjoni nnutat li jidher mid-data pprovduta minn Eni fir-risposta tagħha għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li hija żiedet il-prezzijiet tagħha ħames darbiet bejn l-2002 u l-2005 Il-Kummissjoni nnutat ukoll li, għalkemm it-tentattivi ta’ żieda fil-prezzijiet ma jirriżultawx spiss, dan huwa niss minħabba li prezzijiet ogħla ma jiġu aċċettati mill-klijenti, u mhux minħabba l-aġir tal-impriża li tuża l-benefiċċju ta’ ċirkustanza attenwanti. Il-Kummissjoni għaldaqstant għandha tqis li l-argumenti ta’ Eni [...] ma jurux l-assenza ta’ tentattiv ta’ applikazzjoni ta’ żidiet fil-prezz. Rigward l-ittri tat-tariffi, il-Kummissjoni spjegat qabel li dawn l-ittri ma kinux jirrappreżentaw l-unika għodda ta’ implementazzjoni. Il-fatt li l-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tipproduċi l-prova li dawn l-ittri dejjem ntbagħtu u ġew riċevuti konsegwentement ma jippermettix li jiġi konkluż li l-implementazzjoni ma tkunx seħħet. Il-Kummissjoni tqis ukoll f’dan il-kuntest li l-informazzjoni dwar iż-żidiet fil-prezzijiet ġew ikkomunikati permezz ta’ motivi oħrajn bejn il-parteċipanti fil-laqgħat tekniċi.<QUOT.END REF.START="QS0088" CODE="201D" ID="QE0088"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="37"?><NP><NO.P>244</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, għandu jiġi vverifikat, f’dan ir-rigward, jekk iċ-ċirkustanzi esposti mir-rikorrenti humiex tali li jistabbilixxu li, matul il-perijodu li fih huma aderixxew mal-akkordji infrazzjonali, huma effettivament naqsu milli japplikawhom billi adottaw aġir kompetittiv fis-suq (sentenzi tal-Qorti Ġenerali tad-<DATE ISO="20030709">9 ta’ Lulju 2003</DATE>, Archer Daniels Midland u Archer Daniels Midland Ingredients vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-224/00" PAGE.ECR="II-2597" YEAR="2003">T-224/00, Ġabra p. II-2597</REF.DOC.ECR>, punt 268, u Bolloré <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 50 iktar ’il fuq, punt 625).</TXT></NP><NP><NO.P>245</NO.P><TXT>Bl-istess mod, hija ġurisprudenza stabbilita illi l-fatt li impriża, li tkun stabbilixxiet il-parteċipazzjoni tagħha f’akkordju mal-kompetituri fir-rigward tal-prezzijiet fuq is-suq, ma tkunx ġabet ruħha b’mod konformi ma’ dak li jkun ġie miftiehem mal-kompetituri tagħha, ma jikkostitwixxix neċessarjament element li għandu jiġi kkunsidrat, bħala ċirkustanza attenwanti, meta jiġi stabbilit l-ammont tal-multa li għandha tiġi imposta. Fil-fatt, impriża li ssegwi, minkejja l-akkordju mal-kompetituri, politika ftit jew wisq indipendenti fuq is-suq tista’ sempliċement tuża l-ftehim għall-profitt tagħha (sentenzi Cascades vs Il-Kummissjoni, punt 144 iktar ’il fuq, punt 230, u Cheil Jedang vs Il-Kummissjoni, punt 165 iktar ’il fuq, punt 269).</TXT></NP><NP><NO.P>246</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, għandu jiġi vverifikat jekk tali ċirkustanzi msemmija mir-rikorrenti humiex ta’ natura tali li jistabbilixxu li, matul il-perijodu li fih ir-rikorrenti ħadet sehem fl-akkordji ta’ ksur, hija effettivament astjeniet ruħha milli timplementhom billi adottat aġir kompetittiv fis-suq jew, minn tal-inqas, jekk hija b’mod ċar u kunsiderevoli kisritx l-obbligi intiżi għall-implementazzjoni ta’ dan l-akkordju b’tali mod li fixklet l-istess funzjonament tal-akkordju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE>, Daiichi Pharmaceutical vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-26/02" PAGE.ECR="II-713" YEAR="2006">T-26/02, Ġabra p. II-713</REF.DOC.ECR>, punt 113.</TXT></NP><NP><NO.P>247</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li hija qatt ma implementat iż-żidiet fil-prezzijiet deċiżi mill-parteċipanti oħra fil-laqgħat tekniċi. Hija tirreferi f’dan ir-rigward għall-argumenti magħmula fil-kuntest tat-tieni motiv. It-tabella dwar l-iżvilupp tal-prezz tal-paraffin <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0089" ID="QS0089"/>133<QUOT.END REF.START="QS0089" CODE="201D" ID="QE0089"/> prodotta minnha jiżvelaw ċaqliq fil-prezzijiet, minflok serje ta’ żidiet kif imsemmija fid-deċiżjoni kkontestata. Bl-istess mod, hija tirreferi għal dawn l-argumenti li jikkonċernaw l-indiċjar tal-kwotazzjonijiet tal-prezz tagħha li tinsab fil-bulettin <HT TYPE="ITALIC">ISIS-LOR</HT> dwar il-bejgħ lil SIMP u lil SER.</TXT></NP><NP><NO.P>248</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jitfakkar argumenti simili ġew eżaminati fil-punti 140 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> hawn fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>249</NO.P><TXT>Fil-fatt, it-tabella msemmija hawn tikkonċerna biss il-bejgħ tal-paraffin <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0090" ID="QS0090"/>133<QUOT.END REF.START="QS0090" CODE="201D" ID="QE0090"/> lil SIMP, li fir-rigward tagħhom il-prezzijiet mitluba mir-rikorrenti kienu apparentement pjuttost stabbli u kienet f’qagħda tajba, minħabba s-setgħa ta’ akkwist tagħha, li tfixkel kull tentattiv sabiex jiżdied il-prezz. Dik it-tabella ma fiha l-ebda informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-prezzijiet ta’ Eni għall-utenti finali tagħha l-iktar vulnerabbli għall-manipulazzjonijiet tal-prezz li jirriżultaw mill-akkordju. Għandu jiżdied li l-paraffin <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0091" ID="QS0091"/>133<QUOT.END REF.START="QS0091" CODE="201D" ID="QE0091"/> jikkostitwixxi biss wieħed minn ħafna tipi ta’ xemgħat tal-paraffin prodotti mir-rikorrenti. Għaldaqstant, l-informazzjoni li hija pprovdiet hija selettiva ħafna u fl-ebda każ ma tista’ tiġi estrapolata għall-firxa sħiħa ta’ xemgħat tal-paraffin prodotti minnha u mibjugħa lix-xerrejja kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>250</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-rikorrenti ma tistax toġġezzjona validament lill-Kummissjoni li ma hemm l-ebda korrelazzjoni bejn l-informazzjoni disponibbli fuq il-laqgħat tekniċi u t-tabella li tinsab fir-rikors. Fil-fatt, mid-diversi dikjarazzjonijiet iċċitati hawn fuq jirriżulta li ż-żidiet fil-prezzijiet miftiehma fil-laqgħat tekniċi ma setgħux ġeneralment ikunu applikati kompletament għall-klijenti. Shell tiddikjara li madwar żewġ terzi tal-żidiet miftiehma jistgħu jiġu implementati. Barra minn hekk, hemm diversi indikazzjonijiet fil-fajl li l-parteċipanti spiss ma setgħux jimplementaw iż-żieda miftiehma. Barra minn hekk, il-parteċipanti spiss iffokaw l-isforzi tagħhom fuq iż-żamma tal-prezzijiet, jew il-waqfien tal-erożjoni tal-prezzijiet, u fuq żieda kkoordinata.</TXT></NP><NP><NO.P>251</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 42 iktar ’il fuq, il-provi li jirrigwardaw il-ftehim huma normalment frammentati u sparpaljati, bħal fil-każ preżenti, fejn il-Kummissjoni rnexxielha biss tikkostitwixxi mill-ġdid il-kontenut ta’ parti żgħira mil-laqgħat tekniċi. Għal din<?PAGE NO="38"?> ir-raġuni biss, il-Kummissjoni rarament biss tista’ teżamina korrispondenza bejn ir-riżultat ta’ diskussjonijiet illegali dwar il-prezzijiet u l-iżvilupp tal-prezzijiet mitluba mill-parteċipanti individwali fl-akkordju. Ma huwiex għaldaqstant iġġustifikat li jiġi rrikonoxxut lill-parteċipanti l-benefiċċju ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni tal-arranġamenti dwar il-prezzijiet, bħala ċirkustanzi attenwanti, unikament abbażi tal-iżvilupp tal-prezzijiet ta’ ċerti prodotti, applikati lil ċerti klijenti, li ma tistax tkun direttament relatata mal-informazzjoni frammentata u sparpaljata li għandha l-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>252</NO.P><TXT>Fl-aħħarnett, fi kwalunkwe każ, il-fatt li l-prezz tal-paraffin <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0092" ID="QS0092"/>133<QUOT.END REF.START="QS0092" CODE="201D" ID="QE0092"/> mibjugħ lil SIMP żdiedx biss, sabiex minn EUR 542 fl-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE> isir EUR 588 fl-<DATE ISO="20050401">1 ta’ April 2005</DATE>, bi 8.48 % ma huwiex tali li jkun ta’ prova li Eni kisret l-arranġamenti intiżi li jimplementaw l-akkordju, sal-punt li tkun fixklet it-tħaddim stess ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>253</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argumenti tar-rikorrenti relatati mat-tabella tal-iżvilupp tal-prezzijiet inkwistjoni ma jistgħux juru li hija ma ħaditx parti effettiva fil-prattiki inkriminanti.</TXT></NP><NP><NO.P>254</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li hija ma pparteċipatx fl-iskambju ta’ ittri ta’ żidiet fil-prezzijiet iddestinati għall-klijenti, iżda kkomunikati reċiprokament minn xi parteċipanti oħra fl-akkordju.</TXT></NP><NP><NO.P>255</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li titfakkar il-konstatazzjoni li tinsab fil-punt 211 iktar ’il fuq, li biha parti sinjifikattiva tal-parteċipanti fl-akkordju, jiġifieri tlieta jew erbgħa minn disgħa, inkluż ir-rikorrenti, ma bagħtux ittri tat-tariffi lill-klijenti, peress illi dawn il-parteċipanti kkomunikaw il-prezzijiet tagħhom oralment.</TXT></NP><NP><NO.P>256</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-implementazzjoni tal-ftehim kienet essenzjalment ikkostitwita mit-teħid inkunsiderazzjoni, fin-negozjati dwar il-prezzijiet mal-klijenti, tal-informazzjoni rċevuta matul il-laqgħat tekniċi. Għaldaqstant, l-assenza ta’ parteċipazzjoni ta’ ENI fl-iskambju tal-ittri tat-tariffi, peress li dan tal-aħħar huwa pjuttost mekkaniżmu ta’ kontroll tal-implementazzjoni tal-arranġamenti dwar il-prezzijiet, ma tistax turi li hija naqset li tapplika l-prattiki inkriminanti.</TXT></NP><NP><NO.P>257</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-ilment tar-rikorrenti bbażat fuq li allegatament evita l-ksur huwa fattwalment inkorrett.</TXT></NP><NP><NO.P>258</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma kisritx la l-Artikolu 81 KE, la l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003, la l-linja gwida tal-2006, lanqas il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament f’dan il-kuntest.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>259</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allegat ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, għandu jitfakkar li mal-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-premessa 695 tad-deċiżjoni kkontestata jiżdied l-eżami li sar mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata fid-dawl tal-kontenut tal-laqgħat tekniċi u tal-provi dwar il-preżenza ta’ fihom. Dan l-eżami u dawn il-konstatazzjonijiet li jinsabu fihom għandhom, barra minn hekk, jitqiesu fid-dawl tad-dokumenti u d-dikjarazzjonijiet kollha li saru disponibbli lir-rikorrenti, u li jagħmlu parti mill-kuntest tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>260</NO.P><TXT>Issa, il-motivazzjoni f’dan il-każ tippermetti kemm lir-rikorrenti kif ukoll lill-Qorti Ġenerali sabiex jifhmu għaliex il-Kummissjoni ċaħdet li hija allegatament evitat il-ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>261</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ebda waħda miż-żewġ kundizzjonijiet kumulattivi għall-applikazzjoni taċ-ċirkustanza attenwanti prevista fit-tielet inċiż tal-paragrafu 29 tal-linji gwida tal-2006 ma hija ssodisfatta f’dan il-każ. Fil-fatt, il-Kummissjoni stabbilixxiet b’mod suffiċjenti fid-dritt li l-parteċipazzjoni ta’ Eni għall-ksur ma kinitx sostanzjalment imnaqqsa u li hija effettivament ma evitatx li tapplika l-arranġamenti antikompetittivi billi adottat aġir kompetittiv fuq is-suq.</TXT></NP><?PAGE NO="39"?><NP><NO.P>262</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li l-Qorti Ġenerali eżaminat fid-dettall id-dokumentazzjoni li fuqha l-Kummissjoni bbażat ruħha fid-deċiżjoni kkontestata. Hija tikkonkludi, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, li l-ebda tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti ma hija ġġustifikata għal allegata parteċipazzjoni limitata jew passiva tagħha fl-akkordju, għal allegat rwol marġinali jew passiv tagħha, għal allegat fatt li evitat l-applikazzjoni ta’ arranġamenti antikompetittivi jew għal allegat nuqqas ta’ implementazzjoni tal-akkordju mir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>263</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-ħames motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sitt motiv, ibbażat fuq l-assenza żbaljata ta’ teħid inkunsiderazzjoni tan-negliġenza ta’ Eni bħala ċirkustanza attenwanti</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>264</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball meta rrifjutatilha l-benefiċċju taċ-ċirkustanza attenwanti relatata man-negliġenza. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 81 KE, l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 u l-Linji gwida tal-2006. Hija titlob lill-Qorti Ġenerali sabiex tannulla l-parti tal-kkontestata deċiżjoni sa fejn il-Kummissjoni rrifjutat li hija tibbenefika mill-applikazzjoni ta’ din iċ-ċirkustanza attenwanti u sabiex konsegwentement tikkalkula mill-ġdid l-ammont tal-multa.</TXT></NP><NP><NO.P>265</NO.P><TXT>Preliminarjament, hemm lok li jitfakkar li, skont it-tieni inċiż tal-paragrafu 29 tal-linji gwida 2006, dwar iċ-ċirkustanzi attenwanti, l-ammont bażiku tal-multa jista’ jitnaqqas meta l-impriża kkonċernata tipproduċi l-prova li l-ksur kien twettaq b’negliġenza.</TXT></NP><NP><NO.P>266</NO.P><TXT>Skont il-premessa 708 tad-deċiżjoni kkontestata:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0093" ID="QS0093"/>Eni tallega wkoll li hija ma kellhiex l-intenzjoni li twettaq ksur, minħabba l-fatt li r-rappreżentant tagħha [...] attenda l-laqgħat mingħajr l-ebda intenzjoni li jikser ir-regoli tal-kompetizzjoni [...] Fis-seduta, Eni ddikjarat li r-rappreżentant tagħha ħaseb sabiex jattendi l-laqgħat leġittimi tal-EWF filwaqt li attenda fil-fatt għal-laqgħat tekniċi. Il-Kummissjoni tinnota li d-dikjarazzjonijiet ta’ Eni ma huma ibbażati fuq ebda prova. Il-Kummissjoni tqis li huwa improbabbli li r-rappreżentanti ta’ Eni kienu attendew il-laqgħat mingħajr ma kellhom l-intenzjoni. Dwar il-kundanna ta’ [MO.] li attenda laqgħat tal-EWF, il-Kummissjoni ma tifhimx kif tali nuqqas ta’ ftehim seta’ kien possibbli meta kien magħruf li la l-istedina u lanqas l-organizzazzjoni tal-laqgħat ma indikawx l-inqas konnessjoni mal-EWF.<QUOT.END REF.START="QS0093" CODE="201D" ID="QE0093"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>267</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li hija pproduċiet il-prova tan-negliġenza tagħha. Hija tirreferi, f’dan ir-rigward, għal nota minn MO. lil D., is-superjur tagħha, li qalet li hija attendiet għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0094" ID="QS0094"/>laqgħa bejn il-produtturi Ewropej ewlenin tal-paraffin u tal-wax slack, organizzat fil-kuntest tal-EWF li [Eni] aderiet mill-ġdid għaliha reċentement<QUOT.END REF.START="QS0094" CODE="201D" ID="QE0094"/>. Min dan jirriżulta li MO. kien konvint li qed tieħu parti f’laqgħat illegali, organizzati fil-kuntest tal-EWF.</TXT></NP><NP><NO.P>268</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li n-negliġenza min-naħa ta’ Eni ma tistax tiġi stabbilita f’dan il-każ, peress li l-kontenut antikompetittiv tal-laqgħat tekniċi kien ċar u manifest u li, minkejja dan, MO. pparteċipa għal mill-inqas għaxra minn tlettax-il laqgħa teknika li saru bejn il-<DATE ISO="20020221">21 ta’ Frar 2002</DATE> u t-<DATE ISO="20050428">28 ta’ April 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>269</NO.P><TXT>Minħabba l-kontenut manifestament antikompetittiv tal-laqgħat tekniċi, il-fatt li, skont l-informazzjoni mogħtija minn MO. lil D., dawn kienu laqgħat organizzati taħt il-patroċinju tal-EWF, huwa irrilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>270</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kwistjoni ta’ jekk D. kellhomx stampa korretta tad-diskussjonijiet li seħħew fil-laqgħat tekniċi huwa wkoll irrilevanti. Fil-fatt, is-setgħa tal-Kummissjoni li tippenalizza impriża meta din tkun wettqet ksur tippreżumi biss li hija l-azzjoni ta’ ksur ta’ persuna li hija ġeneralment awtorizzata li taġixxi għan-nom tal-impriża (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="19830607">7 ta’ Ġunju 1983</DATE>,<?PAGE NO="40"?> Musique Diffusion française <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="100/80+101/80+102/80+103/80" PAGE.ECR="1825" YEAR="1983">100/80 sa 103/80, Ġabra p. 1825</REF.DOC.ECR>, punt 97, u s-sentenza Tokai Carbon <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 196 iktar ’il fuq, punt 277). Issa, MO., bħala dak li jiġġestixxi prodotti użati l-ewwel minn AgipPetroli u wara minn Eni, jitqies li huwa persuna ġeneralment awtorizzata li taġixxi f’isem Eni.</TXT></NP><NP><NO.P>271</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argumenti tar-rikorrenti bbażati fuq l-assenza ta’ interess ta’ ENI li tipparteċipa fl-akkordju, hemm lok li jsir riferiment għall-analiżi li tinsab fil-punti 108 sa 121 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>272</NO.P><TXT>Għaldaqstant, is-sitt motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-istabbiliment żbaljat taċ-ċirkustanza aggravanti tar-reċidiva</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>273</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 81 KE, l-Artikolu 23 tar-Regolament 1/2003, il-linji gwida tal-2006, il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza fit-trattament u abbużat is-setgħa tagħha żiedet l-ammont bażiku tal-multa b’60 % minħabba ċ-ċirkustanza aggravanti tar-reċidivi. Konsegwentement, hija tistaqsi lill-Qorti Ġenerali sabiex tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-Kummissjoni żiedet l-ammont tal-multa imposta fuqha b’60 % bħala reċidiva. Sussidjarjament, Hija titlob lill-Ġenerali sabiex tnaqqas ir-rata ta’ żieda applikata mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>274</NO.P><TXT>Skont il-paragrafu 28 tal-linji gwida tal-2006, l-ammont bażiku tal-multa jista’ jiżdied meta l-Kummissjoni tikkonstata l-eżistenza ta’ ċirkustanzi aggravanti. Waħda miċ-ċirkustanzi aggravanti hija r-reċidiva, iddefinita mill-istess paragrafu bħala l-kontinwazzjoni jew ir-ripetizzjoni tal-istess jew ksur simili wara li l-Kummissjoni jew awtorità nazzjonali ta’ kompetizzjoni kkonstatat li l-impriża inkwistjoni kisret id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 81 jew 82 KE. F’tali każ, l-ammont bażiku tal-multa ser jiżdied sabiex jilħaq 100 % għal kull ksur ikkonstatat.</TXT></NP><NP><NO.P>275</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ reċidiva, hekk kif jinftiehem f’ċertu numru ta’ ordinamenti ġuridiċi nazzjonali, jimplika li persuna tkun wettqet ksur mill-ġdid wara li kienet ġiet issanzjonata għal ksur li jixxiebah (sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="19990311">11 ta’ Marzu 1999</DATE>, Thyssen Stahl vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-141/94" PAGE.ECR="II-347" YEAR="1999">T-141/94, Ġabra p. II-347</REF.DOC.ECR>, punt 617, u tat-<DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>, Michelin vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-203/01" PAGE.ECR="II-4071" YEAR="2003">T-203/01, Ġabra p. II-4071</REF.DOC.ECR>, punt 284).</TXT></NP><NP><NO.P>276</NO.P><TXT>Reċidiva eventwali tidher fost l-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati waqt l-analiżi tal-gravità tal-ksur inkwistjoni (sentenzi Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, punt 42 iktar ’il fuq, punt 91, u Groupe Danone vs Il‑Kummissjoni, punt 160 iktar ’il fuq, punt 26).</TXT></NP><NP><NO.P>277</NO.P><TXT>F’dan il-każ, skont il-premessa 673 tad-deċiżjoni kkontestata, qabel il-bidu tal-parteċipazzjoni tagħha fl-akkordju, Eni u s-sussidjarji tagħha kienu destinatarji ta’ deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni rigward l-akkordji. Dan kien il-każ tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/398/KEE, tat-<DATE ISO="19860423">23 ta’ April 1986</DATE>, dwar proċedura skont l-Artikolu [81 KE] (IV/31.149 — Polypropilene) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="230" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1986">ĠU L 230, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0095" ID="QS0095"/>id-deċiżjoni Polypropilene<QUOT.END REF.START="QS0095" CODE="201D" ID="QE0095"/>) u d-Deċiżjoni 94/599/KE tas-<DATE ISO="19940727">27 ta’ Lulju 1994</DATE>, dwar proċedura skont l-Artikolu [81 KE] (IV/31865 — PVC) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="239" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="1994">ĠU L 239, p. 14</REF.DOC.OJ>; <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0096" ID="QS0096"/>id-deċiżjoni PVC II<QUOT.END REF.START="QS0096" CODE="201D" ID="QE0096"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>278</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li hija qatt ma kienet destinatarja ta’ xi deċiżjoni dwar ksur tal-proċeduri li wasslu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni Polypropilene u d-deċiżjoni PVC II tmexxew kontra, rispettivament, il-kumpanniji Anic SpA u Enichem SpA. F’dawn id-deċiżjonijiet ma hemm l-ebda riferiment għal Eni. Hija ma rċevietx talbiet għall-informazzjoni, ma pparteċipawx fi kwalunkwe mod fil-proċeduri inkwistjoni u ma kellhiex l-opportunità li teżerċita d-drittijiet tagħha tad-difiża.</TXT></NP><NP><NO.P>279</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni għaldaqstant oġġettivament attribwiet lill Eni r-responsabbiltà għall-azzjonijiet ta’ entitajiet ġuridiċi oħra, u retrospettivament, wara 25 sena. Tali approċċ jikser il-prinċipju ta’ responsabbiltà personali, il-prinċipju ta’ ċertezza legali kif ukoll<?PAGE NO="41"?> id-drittijiet tad-difiża ta’ Eni, peress li din ma setgħetx, fiż-żmien tal-adozzjoni tad-deċiżjoni Polypropilene u tad-deċiżjoni PVC II, tikkontesta r-responsabbiltà li l-Kummissjoni attribwitilha fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>280</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li t-teżi tar-rikorrenti tinjora l-ġurisprudenza fuq il-preżunzjoni ta’ eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti mill-kumpannija parent fuq l-aġir kummerċjali tas-sussidjarja li hija proprjetà 100 % jew kważi. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni ma għandha tipproduċi ebda prova addizzjonali meta l-kumpanniji kkonċernati ma jipproduċux huma stess provi sabiex jikkonfutaw il-preżunzjoni inkwistjoni, li kien ikun il-każ f’din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>281</NO.P><TXT>Skont l-argumenti tal-partijiet jirriżulta li l-kwistjoni prinċipali li tressqet quddiem il-Qorti Ġenerali fil-kuntest ta’ dan il-motiv hija l-applikabbiltà tal-preżunzjoni ta’ unità ekonomika bejn il-kumpannija parent u s-sussidjarji, proprjetà 100 % tal-kumpannija parent, fil-kuntest speċifiku tal-reċidiva, meta s-sussidjarji wettqu ksur penalizzat mill-Kummissjoni għal deċiżjonijiet preċedenti li fihom ir-responsabbiltà għall-azzjonijiet tas-sussidjarji madankollu ma kienx attribwit lill-kumpannija parent.</TXT></NP><NP><NO.P>282</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li d-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jirrigwarda l-attivitajiet ta’ impriżi u li l-kunċett ta’ impriża jħaddan kull entità li teżerċita attività ekonomika, indipendentement mill-istatus ġuridiku ta’ dik l-entità u l-mod ta’ finanzjament tagħha (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-97/08 P" PAGE.ECR="I-8237" YEAR="2009">C-97/08 P, Ġabra p. I-8237</REF.DOC.ECR>, punt 54, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>283</NO.P><TXT>L-aġir antikompetittiv ta’ impriża jista’ b’hekk jiġi attribwit lil oħra meta l-ewwel waħda ma ddeterminatx l-aġir tagħha fis-suq b’mod indipendenti, fid-dawl b’mod partikolari mar-rabtiet ekonomiċi u ġuridiċi li jgħaqqduhom (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20050628">28 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Dansk Rørindustri <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-189/02 P+C-202/02 P+C-205/02 P+C-206/02 P+C-207/02 P+C-208/02 P+C-213/02 P" PAGE.ECR="I-5425" YEAR="2005">C-189/02 P, C-202/02 P, C-205/02 P sa C-208/02 P u C-213/02 P, Ġabra p. I-5425</REF.DOC.ECR>, punt 117, u Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">e</HT>t vs Il-Kummissjoni, punt 282 iktar ’il fuq, punt 58).</TXT></NP><NP><NO.P>284</NO.P><TXT>Fil-każ speċifiku fejn kumpannija parent tkun 100 % proprjetarja tal-kapital tas-sussidjarja tagħha li wettqet ksur tar-regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni, minn naħa, din il-kumpannija parent tista’ teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir ta’ din is-sussidjarja, u, min-naħa l-oħra, teżisti preżunzjoni konfutabbli li tgħid li l-imsemmija kumpannija parent effettivament teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa biżżejjed li l-Kummissjoni tipprova li l-kapital kollu tas-sussidjarja huwa miżmum mill-kumpannija parent tagħha sabiex wieħed jippreżumi li din tal-ewwel teżerċita influwenza determinanti fuq il-politika kummerċjali ta’ din is-sussidjarja. Il-Kummissjoni tkun f’pożizzjoni, sussegwentement, li tikkunsidra lill-kumpannija parent responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ħlas tal-multa imposta fuq is-sussidjarja tagħha, sakemm l-imsemmija kumpannija parent, li għandha l-oneru li tirribatti din il-preżunzjoni, ma tipproduċix provi suffiċjenti li jistgħu juru li s-sussidjarja tagħha taġixxi b’mod awtonomu fis-suq (ara s-sentenza Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 282 iktar ’il fuq, punti 60 u 61 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>285</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, sabiex tiġi kkonfutata l-preżunzjoni, il-kumpanniji involuti għandhom jipproduċu kull element dwar ir-rabtiet ta’ organizzazzjoni, ekonomiċi u legali bejn is-sussidjarja u l-kumpanniji parent li huma jqisu li huma tali li juru li huma ma jikkostitwixxux entità ekonomika waħda. Matul l-evalwazzjoni tagħha, il-Qorti Ġenerali għandha fil-fatt tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha li jiġu ppreżentati quddiemha, fejn in-natura u l-importanza tagħhom jistgħu jvarjaw skont iċ-ċirkustanzi ta’ kull każ eżaminat (sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20071212">12 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-112/05" PAGE.ECR="II-5049" YEAR="2007">T-112/05, Ġabra p. II-5049</REF.DOC.ECR>, punt 65 u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20110713">13 ta’ Lulju 2011</DATE>, Eni vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-39/07" PAGE.ECR="II-4457" YEAR="2011">T-39/07, Ġabra p. II-4457</REF.DOC.ECR>, punt 95).</TXT></NP><?PAGE NO="42"?><NP><NO.P>286</NO.P><TXT>F’din il-kawża, ir-rikorrenti ssostni li l-attribuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> ta’ responsabbiltà fittizja għall-finijiet ta’ reċidiva, ibbażata fuq preżunzjoni ta’ unità ekonomika bejn sussidjarja u kumpannija parent ibbażata fuq ir-rabtiet kapitalistiċi, trendi l-imsemmija preżunzjoni inkonfutabbli, minħabba li hija ma setgħetx teżerċita d-drittijiet tagħha tad-difiża fil-proċeduri li jwasslu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni Polypropylene u d-deċiżjoni PVC II.</TXT></NP><NP><NO.P>287</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tillimita ruħha li tindika, fil-premessi 674 sa 676 tad-deċiżjoni kkontestata, li d-deċiżjoni Polypropylene b’mod partikolari kienet indirizzata lil Anic, filwaqt li l-deċiżjoni PVC II b’mod partikolari kienet indirizzata lil EniChem. Skont il-Kummissjoni, dawn id-destinatarji kienu, fid-data tal-ksur rispettiv, parti minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0097" ID="QS0097"/>gruppi li sussegwentement żviluppaw sabiex isiru llum il-grupp Eni<QUOT.END REF.START="QS0097" CODE="201D" ID="QE0097"/>, hekk li Eni diġà kienet destinatarja ta’ deċiżjonijiet preċedenti li jistabbilixxu ksur tal-Artikolu 81 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>288</NO.P><TXT>Insegwitu, il-Kummissjoni, abbażi tas-sentenza Michelin vs Il-Kummissjoni, punt 275 iktar ’il fuq (punt 290), qieset, fil-premessa 678 tad-deċiżjoni kkontestata, kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0098" ID="QS0098"/>[…]Id-deċiżjonijiet [Polypropilene u PVC II] ġew adottati kontra entitajiet li kienu parti ta’ impriża fid-data tat-twettiq tal-ksur [...] Ir-reċidiva tista’ tiġi stabbilita wkoll kontra sussidjarja ta’ grupp b’riferiment għal ksur fil-passat imwettaq minn sussidjarja differenti tal-istess grupp, anki jekk il-kumpannija parent ma kinitx destinatarja tad-deċiżjoni ta’ projbizzjoni preċedenti [...] Fi kwalunkwe każ, ir-riorganizzazzjonijiet interni ma jistgħux ikollhom effett fuq l-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ din iċ-ċirkustanza aggravanti. Il-Kummissjoni rrimarkat ukoll li hija ma għandha l-ebda obbligu li tindirizza deċiżjoni lill-kumpannija parent, iżda hija libera li jiddetermina l-destinatarja ta’ deċiżjoni.<QUOT.END REF.START="QS0098" CODE="201D" ID="QE0098"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>289</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi nnotat li fil-kawża li tat lok għas-sentenza Michelin vs Il-Kummissjoni, punt 275 iktar ’il fuq, kuntrarjament għall-kawża preżenti, ir-rikorrent ma kkontestatx li ż-żewġ sussidjarji u l-kumpannija parent jappartjenu għall-istess impriża, u lanqas irrilevat il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-kumpannija parent fir-rigward tal-attribuzzjoni retrospettiva tar-responsabbiltà għall-ksur imwettaq mis-sussidjarja oħra msemmija fid-deċiżjoni preċedenti. Huwa għal din ir-raġuni li, fl-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali setgħet tiċħad ir-rikors mingħajr ma tiddeċiedi dwar l-eventwali teħid inkunsiderazzjoni ta’ elementi li jikkonfutaw il-preżunzjoni ta’ responsabbiltà lanqas fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża f’dan il-kuntest. Minħabba, madankollu, li, f’din il-kawża, Eni tressaq argumenti sodi f’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali ma tistax awtomatikament tittrasponi għal dan il-każ preżenti s-soluzzjoni adottata fis-sentenza Michelin vs Il-Kummissjoni, punt 275 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>290</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, hemm lok li jsir riferiment għall-iżvilupp tal-ġurisprudenza tal-qorti tal-Unjoni wara s-sentenza Michelin vs Il-Kummissjoni, punt 275 iktar ’il fuq, fir-rigward tal-preżunzjoni ta’ eżerċizzju effettiv ta’ influenza determinanti mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarja tagħha, ibbażata biss fuq iż-żamma tal-kapital kollu jew kważi tal-kapital tas-sussidjarja mill-kumpannija parent.</TXT></NP><NP><NO.P>291</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fis-sentenza tagħha tal-<DATE ISO="20110120">20 ta’ Jannar 2011</DATE>, General Química <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-90/09 P" PAGE.ECR="I-1" YEAR="2011">C-90/09 P, Ġabra p. I-1</REF.DOC.ECR>, punti 104 sa 109), u tad-<DATE ISO="20110929">29 ta’ Settembru 2011</DATE>, Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-521/09 P" PAGE.ECR="I-8947" YEAR="2011">C-521/09 P, Ġabra p. I-8947</REF.DOC.ECR>, punti 153, 167 u 168), il-Qorti Ġenerali enfasizzat l-importanza tal-eżami tal-argumenti tal-impriżi ppenalizzati relatati mal-konfutazzjoni tal-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarja tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>292</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi rrilevat li, f’dan il-każ, peress li Eni ma kinitx destinatarja tad-deċiżjoni Polypropylene lanqas tad-deċiżjoni PVC II, hija ma kellha l-ebda opportunità, fil-proċedimenti amministrattivi li wasslu għall-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjonijiet, sabiex tippreżenta l-elementi li jistgħu jikkonfutaw il-preżunzjoni ta’ eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarja tagħha, li abbażi tagħha, iktar minn erbatax-il sena wara, il-Kummissjoni stabbilixxiet ir-reċidiva fir-rigward tagħha fil-kuntest tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><?PAGE NO="43"?><NP><NO.P>293</NO.P><TXT>Ċertament, fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet mibgħuta fil-kuntest tal-proċedura li wasslet għad-deċiżjoni kkontestata, fil-kuntest ta’ ċirkustanzi aggravanti, il-Kummissjoni ddikjarat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0099" ID="QS0099"/>qabel jew matul il-ksur għall-inqas Eni, Shell u Total kienu diġà ġew jew kienu d-destinatarji ta’ deċiżjonijiet preċedenti [tagħha] tal-Kummissjoni dwar akkordji<QUOT.END REF.START="QS0099" CODE="201D" ID="QE0099"/> u tispeċifika li dan kien rigward id-deċiżjoni Polypropylene u d-deċiżjoni PVC II.</TXT></NP><NP><NO.P>294</NO.P><TXT>Madankollu, din l-indikazzjoni fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ma tissodisfax ir-rekwiżiti li jirriżultaw mir-rispett għad-drittijiet tad-difiża, li jikkonsisti fl-opportunità effettiva li tipproduċi l-provi tali li jikkonfutaw il-preżunzjoni inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>295</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, minn naħa waħda, il-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża jeskludi li deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni timponi fuq impriża multa fil-qasam tal-kompetizzjoni mingħajr ma tkun ikkomunikatilha minn qabel l-ilmenti fir-rigward tagħha, tista’ titqies li hija waħda legali u, min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-importanza tagħha, id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet għandha tippreċiża mingħajr ekwivoku l-persuna ġuridika li fil-konfront tagħha jkunu jistgħu jiġu imposti multi u għandha tkun indirizzata lil din tal-aħħar (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, Papierfabrik August Koehler <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-322/07 P+C-327/07 P+C-338/07 P" PAGE.ECR="I-7191" YEAR="2009">C-322/07 P, C-327/07 P u C-338/07 P, Ġabra p. I-7191</REF.DOC.ECR>, punti 37 u 38, u Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 282 iktar ’il fuq, punt 57).</TXT></NP><NP><NO.P>296</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma għandux jiġi ammess li l-Kummissjoni tista’ tikkunsidra, fil-kuntest sabiex tiġi stabbilita ċ-ċirkustanza aggravanti tar-reċidiva, li kumpannija għandha tinżamm li hija responsabbli ta’ ksur preċedenti, li għalih hija ma ġietx issanzjonata permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni, u fil-kuntest tad-determinazzjoni tagħha, hija ma kinitx destinatarja ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Fil-fatt, tali kumpannija ma tpoġġietx fil-pożizzjoni, matul il-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni li tikkonstata l-ksur preċedenti, li tippreżenta l-argumenti tagħha sabiex tikkontesta, f’dak li jirrigwardaha, l-eżistenza eventwali ta’ unità ekonomika ma’ impriżi oħra intiża mid-deċiżjoni preċedenti (sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20110713">13 ta’ Lulju 2011</DATE>, ThyssenKrupp Liften Ascenseurs <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-144/07+T-147/07+T-148/07+T-149/07+T-150/07+T-154/07" PAGE.ECR="II-5129" YEAR="2011">T-144/07, T-147/07 sa T-150/07 u T-154/07, Ġabra p. II-5129</REF.DOC.ECR>, punt 319).</TXT></NP><NP><NO.P>297</NO.P><TXT>Tali konklużjoni tapplika iktar u iktar jekk, verament, il-prinċipju ta’ proporzjonalità jeżiġi li ż-żmien li jgħaddi bejn il-ksur inkwistjoni u l-ksur preċedenti tar-regoli tal-kompetizzjoni jittieħed inkunsiderazzjoni meta tiġi evalwata t-tendenza tal-impriża li tikser dawn ir-regoli, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà enfasizzat li l-Kummissjoni ma għandhiex tkun marbuta minn terminu ta’ eventwali preskrizzjoni għal konstatazzjoni ta’ reċidiva (sentenza Groupe Danone vs Il-Kummissjoni, punt 160 iktar ’il fuq, punt 38, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Hoechst vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-410/13" PAGE.ECR="II-881" YEAR="2009">T-410/13, Ġabra p. II-881</REF.DOC.ECR>, punt 462) u tali konstatazzjoni tista’, għaldaqstant, issir diversi snin wara l-konstatazzjoni ta’ ksur, fil-mument meta l-impriża kkonċernata, fi kwalunkwe każ, ma tkunx tista’ tikkontesta l-eżistenza ta’ tali unità ekonomika, b’mod partikolari jekk tiġi applikata l-preżunzjoni msemmija fil-punt 284 iktar ’il fuq (sentenza ThyssenKrupp Liften Ascenseurs <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 296 iktar ’il fuq, punt 320).</TXT></NP><NP><NO.P>298</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ma jistax jiġi ammess li, fil-każ ta’ żamma ta’ kważi l-kapital kollu ta’ sussidjarja, il-kumpannija parent tkun ukoll id-destinatarja tal-avviż indirizzat lis-sussidjarja li jirriżulta mid-deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li ssanzjonatha għal ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni. Fil-fatt, jekk, ċertament, huwa raġonevolment permess li jiġi kkunsidrat li kumpannija parent effettivament tkun taf dwar deċiżjoni preċedenti li l-Kummissjoni indirizzat lis-sussidjarja tagħha, li tagħha hija għandha kważi l-kapital kollu, tali għarfien ma jpattix għall-assenza ta’ konstatazzjoni, fid-deċiżjoni preċedenti, ta’ unità ekonomika bejn tali kumpannija parent u s-sussidjarja tagħha, sabiex tiġi imputata fuq l-imsemmija kumpannija parent ir-responsabbiltà tal-ksur preċedenti u jkun hemm żieda tal-ammont tal-multi li ġew imposti fuqhom minħabba r-reċidiva (sentenza ThyssenKrupp Liften Ascenseurs <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 296 iktar ’il fuq, punt 322).</TXT></NP><?PAGE NO="44"?><NP><NO.P>299</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali tqis li, meta kkonkludiet li hemm ir-reċidiva abbażi tad-deċiżjoni Polypropilene u d-deċiżjoni PVC II li Eni ma kinitx destinatarja u meta attribwiet retrospettivament ir-responsabbiltà lil Eni għall-ksur imwettaq minn Anic u EniChem, il-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ Eni.</TXT></NP><NP><NO.P>300</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata bl-argumenti l-oħra tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>301</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tinvoka s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, BPB vs Il-Kummissjoni, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-53/03" PAGE.ECR="II-1333" YEAR="2008">T-53/03, Ġabra p. II-1333</REF.DOC.ECR>, punti 368 u 389) u tat-<DATE ISO="20090930">30 ta’ Settembru 2009</DATE>, Hoechst vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-161/05" PAGE.ECR="II-3555" YEAR="2009">T-161/05, Ġabra p. II-3555</REF.DOC.ECR>, punt 147). F’dawn is-sentenzi, il-Qorti tal-Unjoni kkonfermat il-possibbiltà li tapplika ċ-ċirkustanza aggravanti tar-reċidiva fir-rigward ta’ ksur imwettaq direttament mis-sussidjarji differenti tal-istess kumpannija parent.</TXT></NP><NP><NO.P>302</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li, fil-każijiet imsemmija mill-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx, fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet tad-difiża, jekk il-Kummissjoni setgħetx legalment tattribwixxi lill-kumpannija parent b’mod retrospettiv ir-responsabbiltà għal ksur imwettaq minn sussidjarja ppenalizzata f’deċiżjoni preċedenti. Għaldaqstant, dawn is-sentenzi ma jistgħux jaffettwaw l-analiżi ta’ dan il-motiv.</TXT></NP><NP><NO.P>303</NO.P><TXT>Dam jgħodd ukoll fir-rigward tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, Shell Petroleum <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (T‑343/06).</TXT></NP><NP><NO.P>304</NO.P><TXT>Fil-kawża li tat lok għas-sentenza Shell Petroleum <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 303 iktar ’il fuq, ir-rikorrenti qajmu, għall-ewwel darba fis-seduta, il-fatt li l-Kummissjoni kienet kisret id-drittijiet tad-difiża tagħhom peress li ma tathomx l-opportunità sabiex jikkonfutaw il-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti tal-kumpanniji parent fuq is-sussidjarji tagħhom ippenalizzati minn żewġ ksur preċedenti, meħuda inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tar-reċidiva.</TXT></NP><NP><NO.P>305</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali madankollu ma eżaminatx dan l-ilment fil-mertu, iżda ċaħdilha minħabba l-invokazzjoni tardiva tagħha bħala inammissibbli, abbażi tal-Artikolu 44(1)(c) u l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>306</NO.P><TXT>Għaldaqstant, is-sentenza Shell Petroleum <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 303 iktar ’il fuq, lanqas ma tipprekludi s-soluzzjoni adottata fil-punt 299 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>307</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jsegwi r-raba’ motiv għandu jintlaqa’ u li hemm lok li tiġi rriformata d-deċiżjoni kkontestata, mingħajr il-ħtieġa li jiġu eżaminati l-ilmenti l-oħra tar-rikorrent imqajma fil-kuntest ta’ dan il-motiv.</TXT></NP><NP><NO.P>308</NO.P><TXT>Il-konsegwenzi li għandhom jinġibdu mill-illegalità kkonstatata fil-punt 299 iktar ’il fuq ser jiġu eżaminati fil-punti 309 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il quddiem.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa u fuq id-determinazzjoni tal-ammont finali tal-multa</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>309</NO.P><TXT>Skont il-premessa 662 tad-deċiżjoni kkontestata, l-ammont bażiku tal-multa li għandha tiġi imposta fuq Eni ġie stabbilit għal EUR 13 000 000.</TXT></NP><NP><NO.P>310</NO.P><TXT>Skont il-premessa 680 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni żiedet l-ammont bażiku tal-multa b’60 % minħabba r-reċidiva, u b’hekk l-ammont bażiku jilħaq is-somma ta’ EUR 20 800 000.</TXT></NP><?PAGE NO="45"?><NP><NO.P>311</NO.P><TXT>Sussegwentement, fil-premessa 713 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni speċifikat li, bħala effett dissważiv, minħabba d-daqs ta’ Eni, skont il-paragrafu 30 tal-Linji gwida tal-2006, l-ammont bażiku tal-multa għandu jiżdied ulterjorment billi jiġi applikat koeffiċjent ta’ 1.4. B’hekk, il-Kummissjoni waslet għal ammont bażiku aġġustat ekwivalenti għal EUR 29 120 000. Dan l-ammont jikkorrispondi għall-multa imposta fuq Eni fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>312</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-konklużjoni li l-Qorti Ġenerali laħqet wara l-eżami tar-raba’ motiv (ara l-punti 307 u 308 iktar ’il fuq), għandu jiġi kkalkolat mill-ġdid l-ammont tal-multa billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-ammont bażiku ta’ EUR 13 000 000, iżda mingħajr żieda ta’ 60 % għar-reċidiva.</TXT></NP><NP><NO.P>313</NO.P><TXT>Peress li l-elementi l-oħra għall-kalkolu tal-ammont tal-multa ma nbidlux, l-ammont tal-multa imposta fuq Eni għandha tiġi stabbilita għal EUR 182 000 000.</TXT></NP><NP><NO.P>314</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tqis, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, li l-ammont tal-multa b’hekk iffissat huwa xieraq, minħabba l-gravità u t-tul tal-ksur imwettaq mir-rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>315</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi li taqsam l-ispejjeż jew tiddeċiedi li kull parti tbati l-ispejjeż tagħha jekk il‑partijiet ikunu telliefa rispettivament fuq kap wieħed jew iktar tat-talbiet tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>316</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-motivi intiżi li jikkontestaw il-parteċipazzjoni ta’ Eni fl-akkordju ġew miċħuda. Waħda biss mis-sitt motivi mqajma mir-rikorrent kienet milqugħa mill-Qorti Ġenerali, hekk li l-ammont tal-multa imposta fuqha tnaqqset b’37.5 %. Għaldaqstant, ikun hemm evalwazzjoni ġusta taċ-ċirkustanzi tal-kawża meta jiġi deċiż li r-rikorrenti għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha u nofs dawk tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż tar-rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tielet Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ammont tal-multa imposta fuq Eni SpA fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali, tal-<DATE ISO="20081001">1 ta’ Ottubru 2008</DATE>, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 — Xemgħat tax-xema’), hija ffissata għal EUR 18 200 000.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż sostnuti minn Eni. Eni għandha tbati nofs l-spejjeż tagħha u nofs dawk sostnuti mill-Kummissjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Czúcz</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Labucka</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Gratsias</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20141212">12 ta’ Diċembru 2014</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE><?PAGE NO="46"?><TOC><TITLE><TI><P>Werrej</P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti li wasslu għall-kawża</ITEM.CONT><ITEM.REF>2</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>1.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura amministrattiva u l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata</ITEM.CONT><ITEM.REF>2</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>2.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-grupp Eni</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>5</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt</ITEM.CONT><ITEM.REF>6</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>1.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel u t-tieni motivi relatati mal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fl-akkordju, ibbażati fuq ksur tal-Artikolu 81 KE</ITEM.CONT><ITEM.REF>6</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-kunċetti ta’ ftehim u ta’ prattika miftiehma</ITEM.CONT><ITEM.REF>6</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-prinċipji ta’ evalwazzjoni tal-provi</ITEM.CONT><ITEM.REF>7</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq id-deskrizzjoni tal-parti prinċipali tal-ksur fid-deċiżjoni kkontestata</ITEM.CONT><ITEM.REF>10</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-parteċipazzjoni ta’ Eni fl-akkordju minħabba l-preżenza tagħha fil-laqgħa teknika tat-30 u tal-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE></ITEM.CONT><ITEM.REF>13</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Eżami tal-provi</ITEM.CONT><ITEM.REF>13</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-preżenza ta’ Eni fil-laqgħa teknika tat-30 u tal-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE> u fuq il-kwistjoni tat-tbegħid tagħha</ITEM.CONT><ITEM.REF>15</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Konklużjoni dwar il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti għall-akkordju tat-30 u tal-<DATE ISO="19971031">31 ta’ Ottubru 1997</DATE></ITEM.CONT><ITEM.REF>16</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-parteċipazzjoni ta’ Eni fil-ksur bejn il-<DATE ISO="20020221">21 ta’ Frar 2002</DATE> u t-<DATE ISO="20050428">28 ta’ April 2005</DATE></ITEM.CONT><ITEM.REF>16</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq in-nuqqas ta’ parteċipazzjoni ta’ Eni fi ftehim jew prattika miftiehma għall-iffissar tal-prezzijiet ta’ xemgħat tal-paraffin</ITEM.CONT><ITEM.REF>17</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Eżami tal-provi</ITEM.CONT><ITEM.REF>17</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-preżenza ta’ Eni fil-laqgħat antikompetittivi u n-nuqqas ta’ laqgħat antikompetittivi u n-nuqqas ta’ tbegħid</ITEM.CONT><ITEM.REF>19</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-allegat assenza ta’ interess tar-rikorrenti li tipparteċipa fi ftehimiet jew prattiki miftiehma intiżi għall-iffissar tal-prezzijiet tax-xemgħat tal-paraffin</ITEM.CONT><ITEM.REF>20</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ispjegazzjoni alternattiva pprovduta mir-rikorrenti</ITEM.CONT><ITEM.REF>21</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-allegata assenza ta’ qbil tal-intenzjonijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>21</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-allegata assenza ta’ parteċipazzjoni għal prattika miftiehma</ITEM.CONT><ITEM.REF>23</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq in-nuqqas ta’ parteċipazzjoni ta’ Eni għall-ftehim jew għal-prattika miftiehma sabiex isir skambju ta’ informazzjoni.</ITEM.CONT><ITEM.REF>25</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>2.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-motivi mqajma fid-dawl tal-kalkolu tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti</ITEM.CONT><ITEM.REF>26</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><?PAGE NO="47"?><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq l-iffissar żbaljat għal 17 % tal-koeffiċjent għall-gravitŕ tal-ksur u tal-ammont addizzjonali msejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0100" ID="QS0100"/>dritt għal dħul<QUOT.END REF.START="QS0100" CODE="201D" ID="QE0100"/></ITEM.CONT><ITEM.REF>27</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq l-assenza żbaljata tat-teħid inkunsiderazzjoni tar-rwol marġinali ta’ Eni fl-akkordju u tan-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-ftehimiet fuq il-prezzijiet bħala ċirkustanza attenwanti</ITEM.CONT><ITEM.REF>30</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq ir-rwol passiv u/jew marġinali ta’ Eni fl-akkordju</ITEM.CONT><ITEM.REF>31</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-mertu tad-deċiżjoni kkontestata</ITEM.CONT><ITEM.REF>31</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata</ITEM.CONT><ITEM.REF>35</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-assenza ta’ applikazzjoni tal-ftehimiet intiżi għall-iffissar tal-prezzijiet minn Eni</ITEM.CONT><ITEM.REF>36</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-mertu tad-deċiżjoni kkontestata</ITEM.CONT><ITEM.REF>36</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata</ITEM.CONT><ITEM.REF>38</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq is-sitt motiv, ibbażat fuq l-assenza żbaljata ta’ teħid inkunsiderazzjoni tan-negliġenza ta’ Eni bħala ċirkustanza attenwanti</ITEM.CONT><ITEM.REF>39</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-istabbiliment żbaljat taċ-ċirkustanza aggravanti tar-reċidiva</ITEM.CONT><ITEM.REF>40</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa u fuq id-determinazzjoni tal-ammont finali tal-multa</ITEM.CONT><ITEM.REF>44</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ispejjeż</ITEM.CONT><ITEM.REF>45</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC></JUDGMENT>