|
26.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Mejju 2009
dwar l-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2012
(2009/400/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin mill-2007 sal-2019 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,
Wara li kkunsidra r-rapport tal-Bord tal-Għażla tal-5 ta’ Novembru 2008 ppreżentat lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 14 (2) tad-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE,
Filwaqt li qies li l-kriterji msemmija fl-Artikolu 14 (3) tad-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE intlaħqu għal kollox,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni tat-8 ta’ April 2009,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Guimarães u Maribor huma nnominati bħala “Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2012” skont l-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE.
Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
M. KOPICOVÁ