22003D0047



Official Journal L 193 , 31/07/2003 P. 0018 - 0019


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 47/2003

tas-16 ta' Mejju 2003

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) u l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendata bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness IX mal-Ftehim kien emendat bid-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 167/2002 tas-6 ta' Diċembru 2002 [1].

(2) L-Anness XIX mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 160/2001 tat-18 ta' Jannar 2002 [2].

(3) Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 dwar it-tqegħid fis-suq minn distanza ta' servizzi finanzjarji għal konsumatur u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttiva 97/7/KE u 98/27/KE [3] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. L-Anness IX mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

(a) Li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 30c (Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

"IV. DISPOŻIZZJONIJIET LI JAPPLIKAW GĦAL KULL XORTA TA' SERVIZZI FINANZJARJI

30d. 32002 L 0065: Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 dwar it-twegħid fis-suq minn distanza ta' servizzi finanzjarji għal konsumatur u temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU L 271, tad-9.10.2002, p. 16)."

(b) Li ġej għandu jinżdied fl-ewwel inċiż (Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE) tal-punt 11 (L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 79/267/KEE):

", kif emendata bi:

- 32002 L 0065: Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 (ĠU L 271, tad-9.10.2002, p. 16)."

2. L-Anness XIX ma' l-Anness għandu jkun emendat kif ġej:

(a) Li ġej għandu jinżdied mal-Punt 3a (Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

", kif emendata bi:

- 32002 L 0065: Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 (ĠU L 271, tad-9.10.2002, p. 16)."

(b) L-inċiż li ġej għandu jinżdied fil-punt 7d (Direttiva 98/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

"- 32002 L 0065: Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 (ĠU L 271, tad-9.10.2002, p. 16)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2002/65/KE fil-lingwi Islandiża u Norveġiża, li għandha tkun ippubblikata fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2003, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru (ntbagħtu) lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ma', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Mejju 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 38, tat-13.2.2003, p. 28.

[2] ĠU L 65, tas-7.3.2002, p. 40.

[3] ĠU L 271, tad-9.10.2002, p. 16.

[4] Rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.

--------------------------------------------------