3.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 115/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ April 2007

dwar l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljenza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur ta’ l-irziezet u fl-għasafar selvaġġi li għandhom jitwettqu fl-Istati Membri u li temenda d-Deċiżjoni 2004/450/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1554)

(2007/268/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u b’mod partikolari ir-raba’ sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur u li tirrevoka d-Direttiva 92/40/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-ispiża fil-qasam veterinarju tistabbilixxi l-proċeduri li jiggvernaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-programmi ta’ eradikazzjoni, kontroll u monitoraġġ tal-mard ta’ l-annimali.

(2)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/53/KE (3), tipprevedi li għajnuna finanzjarja tal-Komunità tista’ tingħata lill-Istati Membri għal dawk il-miżuri ta’ eradikazzjoni mwettqa mill-Istati Membri biex jikkombattu varjanti ta’ l-influwenza tat-tjur b’patoġenità baxxa (LPAI) li huma magħrufa li jistgħu jagħmlu mutazzjoni għal influwenza avjarja b’patoġenità għolja (HPAI). Barra minn hekk, l-Artikolu 24(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, kull sena sat-30 ta’ April l-aktar tard, il-programmi annwali jew multi-annwali u jibdew mis-sena ta’ wara li fiha jixtiequ jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE tad-19 ta’ Mejju 1992 li tintroduċi l-miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur (4) tiddefinixxi l-miżuri ta’ kontroll Komunitarji li għandhom jiġu applikati fil-każ li jkun hemm tifqigħa ta’ l-influwenza tat-tjur b’patoġenità għolja (HPAI) fit-tjur ta’ l-irziezet. Madankollu, ma tipprevedix għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur b’patoġentià baxxa (LPAI) tas-sottotipi H5 u H7 u lanqas għal sorveljanza regolari ta’ dik il-marda fit-tjur ta’ l-irziezet u dawk slavaġ.

(4)

L-Istati Membri ilhom mill-2002 jimplimentaw is-servejs obbligatorji għall-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiċi billi jissottomettu programmi annwali ta’ sorveljanza lill-Kummissjoni, kif previst fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2002/649/KE (5), 2004/111/KE (6), 2005/464/KE (7) u 2006/101/KE (8).

(5)

Id-Direttiva 2005/94/KE li tirrevoka d-Direttiva 92/40/KEE tipprevedi ċertu miżuri preventivi relatati mas-sorveljanza u s-sejba minn kmieni ta’ l-influwenza tat-tjur. Id-data finali għat-traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva mill-Istati Membri hija l-1 ta’ Lulju 2007 u tipprevedi revoka tad-Direttiva 92/40/KEE sa minn dik id-data.

(6)

Il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur provduti fid-Direttiva 2005/94/KE ikopru wkoll it-tifqigħat ta’ l-LPAI ikkawżati mill-influwenza tat-tjur tas-sottotipi H5 u H7 fit-tjur ta’ l-irziezet. Sabiex tinstab iċ-ċirkolazzjoni possibbli ta’ dawk il-vajrusijiet fit-tjur ta’ l-irziezet għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri programmi obbligatorji ta’ sorveljanza. Dawk il-miżuri ta’ kontroll għandu jkollhom l-għan li jwaqqfu l-firxa ta’ l-LPAI tas-sottotipi H5 u H7 qabel ma jilħqu l-parti l-kbira tal-popolazzjoni tat-tjur domestiċi sabiex ir-riskju ta’ mutazzjoni għall-HPAI b’possibbiltà ta’ konsegwenzi devastanti tista’ tiġi evitata.

(7)

Id-Direttiva 2005/94/KE tipprevedi wkoll għal programmi ta’ sorveljanza li jridu jitwettqu f’għasafar slavaġ sabiex isir kontribut, fuq il-bażi ta’ assessjar tar-riskju aġġornat regolarment, lit-tagħrif tat-theddid impost fuq għasafar slavaġ f’relazzjoni ma’ kull vajrus ta’ l-influwenza li joriġina li jaffettwa l-għasafar.

(8)

Huwa importanti li l-attivitajiet ta’ sorveljanza jiġu msaħħa aktar minħabba l-iżviluppi riċenti fir-rigward ta’ okkorrenza mifruxa ta’ l-HPAI H5N1 fl-għasafar slavaġ fl-Ewropa, meta wieħed jieħu kont tar-riżultati tas-servejs imwettqa fl-Istati Membri bejn l-2003 u l-2006 u x-xogħol xjentifiku li daħlet għalih l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel (l-EFSA) (9) f’kollaborazzjoni mal-Grupp Xjentifiku ta’ Ħidma ORNIS tad-Direttorat Ġenerali ta’ l-Ambjent tal-Kummissjoni Ewropea. Dawk il-korpi se jkomplu bix-xogħol tagħhom u r-riżultati tiegħu jistgħu jwasslu għal aktar aġġornamenti.

(9)

Waqt l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ sorveljanza għall-għasafar slavaġ għandha tingħata attenzjoni lill-kundizzjonijiet tad-Direttiva 79/409/KEE (10) dwar il-ħarsien u l-konservazzjoni ta’ l-ispeċi kollha ta’ għasafar slavaġ li hemm fil-Komunità.

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/450/KE tad-29 ta’ April 2004 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet standard għall-kontenut ta’ l-applikazzjonijiet għall-iffinanzjar tal-Komunità għall-programmi ta’ l-eradikazzjoni, monitoraġġ u kontroll tal-mard (11), tistabbilixxi kundizzjonijiet standard għall-kontenut ta’ l-applikazzjonijiet għall-programmi ta’ ffinanzjar tal-Komunità għall-eradikazzjoni, monitoraġġ u kontroll tal-mard ta’ l-annimali.

(11)

Minħabba li d-Deċiżjoni 90/424/KE, issa tipprovdi li kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tingħata għan-nefqa mħallsa mill-Istati Membri għall-iffinanzjar tal-programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, kontroll u monitoraġġ ta’ ċertu mard ta’ l-annimali, inkluż l-influwenza tat-tjur, l-Istat Membru jista’ jissottometti lill-Kummissjoni programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità mhux aktar tard mit-30 ta’ April kull sena skond l-Art. 24(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KE. Id-Deċiżjoni 2004/450/KE għandha tiġi emendata sabiex tistabbilixxi kundizzjonijiet standard għall-kontenut ta’ l-applikazzjonijiet għal finanzjar tal-Komunità għal programmi ta’ sorveljanza ta’ l-influwenza tat-tjur.

(12)

Id-Deċiżjoni 2004/450/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(13)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni tal-programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur

Il-programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fl-għasafar ta’ l-irziezet u l-għasafar slavaġ għandhom jitwettqu mill-Istat Membru, skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2005/94/KE, għandhom jikkonformaw mal-linjigwida stabbiliti fl-Annessi I u II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Emendi għad-Deċiżjoni 2004/450/KE

Id-Deċiżjoni 2004/450/KE qed tkun emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu, 1 jiżdied il-punt (c) li ġej:

‘(c)

fir-rigward ta’ mard ta’ l-annimali msemmi fl-Anness I, Parti C, għall-anqas l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV.’

(2)

Fl-Anness I, tiżdied il-Parti C li ġejja:

‘PARTI C

Marda msemmija fl-Artikolu 1(c)

influwenza tat-tjur.’

(3)

L-Anness IV ġdid, li t-test tiegħu huwa stabbilit fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni, huwa miżjud.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/965/KE (ĠU L 397, 30.12.2006, p. 22).

(2)   ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(3)   ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37.

(4)   ĠU L 167, 22.6.1992, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(5)   ĠU L 213, 9.8.2002, p. 38.

(6)   ĠU L 32, 5.2.2004, p. 20. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2004/615/KE (ĠU L 278, 27.8.2004, p. 59).

(7)   ĠU L 164, 24.6.2005, p. 52. Deċiżjoni kif emendata permezz tad-Deċiżjoni Nru 2005/726/KE (ĠU L 273, 19.10.2005, p. 21).

(8)   ĠU L 46, 16.2.2006, p. 40.

(9)  Opinjoni xjentifika dwar ‘Għasafar migratorji u r-rwol possibbli tagħhom fil-firxa ta’ l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja’ (EFSA, 12 ta’ Mejju 2006) u l-addendum tagħha (11 ta’ Diċembru 2006).

(10)   ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/105/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 368).

(11)   ĠU L 155, 30.4.2004, p. 90. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/282/KE (ĠU L 104, 13.4.2006, p. 40).


ANNESS I

Linjigwida dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur ta’ l-irziezet li jridu jitwettqu fl-Istati Membri

A.   Għanijiet, kundizzjonijiet u kriterji ġenerali għall-istħarriġ

A.1.   Għanijiet

Is-sorveljanza seroloġika għall-LPAI tas-sottotipi H5 u H7 fit-tjur għandu jkollha l-għan li:

1.

Issib infezzjonijiet sotto-kliniċi ta’ l-LPAI tas-sottotipi H5 u H7 u b’hekk tikkumplimenta s-sistemi ta’ sejbien minn kmieni u sussegwentement tipprevjeni l-mutazzjoni possibbli ta’ dawn il-vajrusijiet għall-HPAI.

2.

Issib infezzjonijiet ta’ l-LPAI tas-sottotipi H5 u H7 f’popolazzjonijiet tat-tjur ta’ l-irziezet immirati b’mod speċifiku u li għandhom riskju speċifiku għal infezzjoni minħabba s-sistema tagħhom ta’ trobbija jew is-suxxettibbiltà għal speċi speċifiċi.

3.

Tikkontribwixxi għad-demostrazzjoni ta’ status ħieles ta’ ċertu pajjiż, reġjun jew kumpartiment fil-qafas tal-kummerċ internazzjonali skond ir-regoli ta’ l-OIE.

A.2.   Kundizzjonijiet u kriterji ġenerali

1.

It-teħid tal-kampjuni m’għandux isir wara l-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ implimentazzjoni tal-programm. Għat-tjur ta’ l-irziezet, il-ġbir ta’ kampjuni għandu jkopri perjodu li jkun addattat għall-perjodi ta’ produzzjoni għal kull kategorija ta’ tjur kif meħtieġ.

2.

Sabiex ma jinħlewx ir-riżorsi, il-kampjuni miġbura għal skopijiet oħra huma rakkomandati.

3.

L-ittestjar ta’ kampjuni għandu jsir mil-Laboratorji Nazzjonali għall-influwenza tat-tjur (LN) fl-Istati Membri jew minn laboratorji oħra awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti u taħt il-kontroll tal-LN.

4.

Ir-riżultati kollha (kemm seroloġiċi kif ukoll viroloġiċi) għandhom jintbagħtu lil-Laboratorju ta’ Riferenza tal-Komunità għall-Influwenza tat-Tjur (LRK) biex jinġabru flimkien. Ċirkulazzjoni tajba ta’ informazzjoni għandha tkun żgurata. L-LRK għandu jipprovdi appoġġ tekniku u jżid fil-ħażna ta’ reaġenti dijanjostiċi.

5.

L-iżolati kollha tal-vajrus ta’ l-influwenza tat-tjur għandhom jiġu sottomessi lil-LRK b’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, sakemm ma tingħatax deroga mill-paragrafu 4 tal-Kapitolu V (Differenzi dijanjostiċi) fil-manwal dijanjostiku stabbilit fid-Deċiżjoni 2006/437/KE (1). Il-viruses tas-sottotip H5/H7 għandhom jiġu mressqa mingħajr dewmien u għandhom ikunu suġġetti għal testijiet ta’ karatterizzazzjoni standard (nucleotide sequencing/IVPI) skond il-Manwal Dijanjostiku.

6.

Kull meta jkun possibbli, l-LN għandhom jissottomettu lil-LRK, sera pożittivi H5 jew H7 miġbura minn Anseriformes sabiex ikun jista’ jiġi stabbilit arkivju biex jiffaċilita żvilupp futur tat-test.

B.   Sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur ta’ l-irziezet

1.

Kull sejba pożittiva għandha tiġi investigata b’mod retrospettiv fl-istabbiliment u l-konklużjonijiet ta’ din l-investigazzjoni għandhom jiġu rrapurtati lill-Kummissjoni u lil-LRK.

2.

Protokolli speċifiċi li għandhom jakkumpanjaw il-materjal li se jintbagħat lil-LRK u rapporti f’forma ta’ tabelli tal-ġbir tad-data tas-sorveljanza għandhom jiġu pprovduti mil-LRK. Il-metodi ta’ ttestjar użati fil-laboratorju għandhom jiġu indikati f’dawk it-tabelli. It-tabelli pprovduti għandhom jintużaw biex jitressqu riżultati f’dokument wieħed.

3.

Kampjuni tad-demm għal eżami seroloġiku għandhom jinġabru mill-ispeċi kollha tat-tjur ta’ l-irziezet inklużi dawk imrobbija f’sistemi fil-beraħ, minn ta’ l-inqas 5 sa 10 għasafar (minbarra papri, wiżż u summien) kull stabbiliment, u minn barrakki differenti jekk hemm iktar minn barrakka waħda preżenti fl-istabbiliment. F’każ ta’ għadd ta’ barrakki id-daqs tal-kampjun għandu jiżdied b’mod xieraq. Qed ikun rakkomandat li jittieħdu għall-anqas 5 tjur minn kull barrakka.

4.

Il-ġbir tal-kampjuni għandu jkun stratifikat f’kull parti mit-territorju ta’ l-Istat Membru kollu, sabiex il-kampjuni jkunu jistgħu jitqiesu bħala rappreżentattivi ta’ l-Istat Membru kollu, meta jitqies:

(a)

in-numru ta’ stabbilimenti minn fejn se jsir il-ġbir ta’ kampjuni (minbarra papri, wiżż u dundjani); dak in-numru għandu jiġi definit sabiex tkun żgurata l-identifikazzjoni ta’ għall-inqas stabbiliment wieħed infettat jekk il-prevalenza ta’ l-istabbilimenti infettati hi għall-inqas 5 %, b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 95 %; (ara Tabella 1); kif ukoll

(b)

in-numru ta’ għasafar li minnhom ittieħdu kampjuni minn kull stabbiliment għandu jiġi definit sabiex tkun żgurata probabbilità ta’ 95 % li jiġi identifikat għall-inqas għasfur pożittiv wieħed jekk il-prevalenza ta’ għasafar sero-pożittivi hi ta’ ≥30 %.

5.

It-tifsil tal-ġbir ta’ kampjuni, ibbażat fuq evalwazzjoni tar-riskju u s-sitwazzjoni speċifika ta’ l-Istat Membru kkonċernat, għandu jikkunsidra:

(a)

It-tipi ta’ produzzjoni u r-riskji speċifiċi tagħhom, għandhom ikunu mmirati lejn produzzjoni fil-beraħ, qatgħat miżmuma fil-beraħ u qatgħat privati u għandhom jiġu kkunsidrati wkoll fatturi oħra bħal etajiet varji, użu ta’ l-ilma tal-wiċċ, ħajja relattivament itwal, il-preżenza ta’ iktar minn speċi waħda fl-istabbiliment jew fatturi oħra rilevanti.

(b)

In-numru ta’ stabbilimenti tad-dundjani, tal-papri u tal-wiżż li minnhom se jinġabru kampjuni għandu jiġi ddefinit biex tkun żgurata l-identifikazzjoni għall-inqas ta’ stabbiliment wieħed infettat jekk il-prevalenza ta’ l-istabbilimenti infettati hi għall-inqas ta’ 5 %, b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 % (ara Tabella nru 2).

(ċ)

Fejn hemm numru sinifikanti ta’ stabbilimenti li jipproduċu tjur tal-kaċċa, ratiti u summien preżenti fi Stat Membru dawn għandhom jiġu inklużi fil-programm. Fir-rigward tas-summien, dawk li jrabbu summien adulti (jew summien biex ibid) biss għandu jsirilhom ġbir ta’ kampjuni.

(d)

Il-perjodu ta’ żmien għall-ġbir ta’ kampjuni għandu jikkoinċidi mal-produzzjoni ta’ l-istaġun. Madankollu, fejn xieraq, il-ġbir ta’ kampjuni jista’ jiġi addattat għall-perjodi oħra identifikati fuq livell lokali, fejn matul dan iż-żmien il-preżenza ta’ tjur ospiti fi stabbiliment tista’ tippreżenta riskju ikbar għall-introduzzjoni tal-marda.

(e)

F’każ li numru sinifikanti ta’ tjur imrobbija fid-djar ikunu preżenti, is-sorveljanza għandha tiġi estiża għalihom.

(f)

L-Istati Membri li għandhom jagħmlu l-ġbir ta’ kampjuni għall-marda Newcastle biex iżommu l-istatus tagħhom ta’ pajjiżi li ma jlaqqmux għall-marda Newcastle skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/327/KE (2) jistgħu jużaw dawn il-kampjuni minn qatgħat tat-tjur għat-trobbija għas-sorveljanza ta’ l-anti-korpi ta’ l-H5/H7.

Tabella 1

Numri ta’ stabbilimenti minn fejn se jsir ġbir ta’ kampjuni ta’ kull kategorija tat-tjur ta’ l-irziezet (minbarra stabbilimenti tad-dundjan, tal-papri u tal-wiżż)

Numru ta’ stabbilimenti għal kull kategorija ta’ tjur ta’ l-irziezet għal kull Stat Membru

Numru ta’ stabbilimenti minn fejn għandu jsir ġbir ta’ kampjuni

Sa 34

Kollha

35 -50

35

51-80

42

81-250

53

> 250

60


Tabella 2

Numru ta’ stabbilimenti tad-dundjan, tal-papri u tal-wiżż minn fejn għandu jsir ġbir ta’ kampjuni

Numru ta’ stabbilimenti għal kull Stat Membru

Numru ta’ stabbilimenti minn fejn għandu jsir ġbir ta’ kampjuni

Sa 46

Kollha

47 -60

47

61-100

59

101-350

80

> 350

90

C.   Rekwiżiti speċifiċi għall-osservazzjoni ta’ infezzjonijiet bis-sottotipi H5/H7 ta’ l-influwenza tat-tjur fil-papri, il-wiżż u s-summien

1.

Kampjuni tad-demm għat-testijiet seroloġiċi għandhom jittieħdu preferibbilment minn għasafar li jinżammu fil-beraħ fl-għelieqi.

2.

Minn kull stabbiliment magħżul għandhom jittieħdu 40-50 kampjun tad-demm għat-testijiet seroloġiċi.

3.

F’każ li qatgħat kummerċjali ma jkunux preżenti, is-sorveljanza tista’ titwettaq fuq qatgħat privati.

D.   Testijiet fil-laboratorju

1.

Testijiet fil-laboratorju għandhom isiru skond il-manwal dijanjostiku għall-influwenza tat-tjur (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/437/KE) li tistabbilixxi l-proċeduri għall-konferma u dijanjosi differenzjali ta’ l-influwenza tat-tjur (inkluż l-eżami tas-sera minn papri u wiżż permezz tat-test tal-haemagglutination-inhibition (HI)).

2.

Madankollu, jekk huma previsti testijiet fil-laboratorju, mhux stabbiliti fil-manwal dijanjostiku u lanqas deskritti fil-Manwal Terrestri ta’ l-OIE, l-Istati Membri għandhom jipprovdu d-data ta’ validità meħtieġa lil-LRK, filwaqt li jressqu l-programm lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

3.

Is-sejbiet seroloġiċi pożittivi kollha għandhom ikunu kkonfermati mil-Laboratorji Nazzjonali għall-influwenza tat-tjur permezz ta’ test tal-haemagglutination-inhibition, bl-użu ta’ kampjuni indikati fornuti mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità għall-Influwenza tat-Tjur.

H5

(a)

Test tal-bidu bl-użu ta’ Ostrich/Denmark/72420/96 (H5N2)

(b)

Ittestjar tal-pożittivi kollha bid-Duck/Denmark/64650/03 (H5N7) biex jiġi eliminat l-anti-korp kross-reattiv N2.

H7

(a)

Test tal-bidu bl-użu tat-Turkey/England/647/77 (H7N7)

(b)

Ittestjar tal-pożittivi kollha bl-African Starling/983/79 (H7N1) biex jiġi eliminat l-anti-korp kross-reattiv N7.


(1)   ĠU L 237, tal-31.8.2006, p. 1.

(2)   ĠU L 146, tal-11.6.1994, p. 17.


ANNESS II

Linjigwida dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur slavaġ li jridu jitwettqu fl-Istati Membri

A.   Għanijiet, kundizzjonijiet u kriterji ġenerali għall-istħarriġ

A1.   Għanijiet

Is-sorveljanza viroloġika għall-influwenza tat-tjur fl-għasafar slavaġ għandha l-għan li tidentifika l-introduzzjoni tal-vajrusijiet AI (LPAI u HPAI) fil-tjur domestiċi billi:

—

tiżgura sejbien minn kmieni ta’ l-HPAI H5N1 billi tinvestiga aktar inċidenza tal-morbidità u mortalità fit-tjur slavaġ, b’mod partikolari fi speċji magħżula li għandhom ‘riskju għoli’;

—

fl-eventwalità li l-jinstab fl-għasafar slavaġ l-HPAI H5N1, imbagħad is-sorveljanza ta’ għasafar slavaġ ħajjin u mejta għandha tiżdied biex jiġi determinat jekk l-għasafar slavaġ ta’ speċi oħra jistgħux jaġixxu bħala trasportaturi asimptomatiċi jew ‘ bridge species ’ (ara Parti E ta’ dan l-Anness);

—

tkomplija tas-sorveljanza bażika ta’ speċi differenti ta’ għasafar li jemigraw ħajjin bħala parti mill-monitoraġġ kontinwu tal-vajrus LPAI. L-Anseriformes (għasafar ta’ l-ilma) u l-Charadriiformes (għasafar tal-kosta u gawwi) għandhom ikunu l-għasafar li minnhom jittieħdu l-kampjuni ewlenin sabiex jiġi evalwat jekk iġorrux il-vajrus LPAI tas-sottotipi H5 u H7 (li f’kwalunkwe każ jinstab ukoll l-HPAI H5N1 u HPAI ieħor, jekk ikun preżenti). ‘Speċji b’riskju għoli’ għandhom jiġu mmirati b’mod partikolari.

A2.   Kundizzjonijiet u kriterji ġenerali

1.

It-teħid tal-kampjuni m’għandux isir wara l-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ l-implimentazzjoni tal-programm.

2.

L-ittestjar tal-kampjuni għandu jsir mil-Laboratorji Nazzjonali għall-influwenza tat-tjur (LN) fl-Istati Membri jew minn laboratorji oħra awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti u taħt il-kontroll tal-LN.

3.

Ir-riżultati kollha għandhom jintbagħtu lil-Laboratorju ta’ Riferenza tal-Komunità għall-Influwenza tat-Tjur (LRK) biex jinġabru flimkien. Ċirkulazzjoni tajba ta’ informazzjoni għandha tkun żgurata. Il-LRK għandu jipprovdi appoġġ tekniku u jżid fil-ħażna ta’ reaġenti dijanjostiċi.

4.

L-iżolati kollha tal-vajrus ta’ l-influwenza tat-tjur fl-għasafar slavaġ għandhom jiġu sottomessi lil-LRK b’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, sakemm ma tingħatax deroga mill-paragrafu 4 tal-Kapitolu V (Differenzi dijanjostiċi) fil-manwal dijanjostiku stabbilit fid-Deċiżjoni 2006/437/KE. Il-vajrusijiet tas-sottotip H5/H7 għandhom jiġu mressqa mingħajr dewmien u għandhom ikunu suġġetti għal testijiet ta’ karatterizzazzjoni standard (nucleotide sequencing/IVPI) skond il-manwal dijanjostiku msemmi.

B.   Sorveljanza dwar l-influwenza tat-tjur fl-għasafar selvaġġi

Disinn u implimentazzjoni

Kooperazzjoni mill-qrib ma’ epidemoloġisti u ornitologi u l-awtorità kompetenti għall-konservazzjoni tan-Natura għandha tiġi żgurata waqt it-tfassil tas-sorveljanza, għajnuna fl-identifikazzjoni ta’ l-ispeċi u t-teħid ta’ kampjuni bl-aħjar mod. It-tfassil tas-sorveljanza għandu jiġi adattat għas-sitwazzjoni nazzjonali fir-rigward ta’ l-għażla ta’ l-ispeċi li tintuża bħala kampjun skond il-predominanza ta’ l-ispeċi u d-daqsijiet tal-popolazzjoni ta’ l-għasafar. It-teħid tal-kampjuni għandu jikkonsidra l-istaġuni tat-tendenzi tal-migrazzjoni li jistgħu jvarjaw fi Stati Membri differenti. Għandu jieħu kont tal-komportament ta’ l-ispeċi ta’ l-għasafar fir-rigward ta’ rotot li jieħdu meta jemigraw, abitati prinċipali u grad ta’ taħlit meta jemigraw u r-riżultati miksuba minn sorveljanza preċedenti matul l-2003-2006. Barra minn hekk, reviżjoni kontinwa u feedback jiġu provduti permezz tal-grupp ta’ ħidma AI għas-sorveljanza ta’ l-għasafar li qed janalizzaw data ġdida meta tkun disponibbli.

Għall-H5N1 HPAI, dawn il-fatturi kollha għandhom jiġu kunsidrati f’relazzjoni mal-probabbiltà ta’ l-iskopertura ta’ l-għasafar slavaġ fi tjur infettati u għasafar slavaġ f’żoni ta’ tifqigħat u l-probabbiltà ta’ kuntatt ta’ għasafar slavaġ ma’ tjur domestiċi fis-sistemi ta’ trobbija tat-tjur fl-Istati Membri differenti.

Sabiex jiġu evalwati dawn il-probabbiltajiet, it-tabelli ta’ deċiżjoni fl-opinjoni ta’ l-EFSA (1), li tfasslu f’kollaborazzjoni mad-Direttorat Ġenerali ta’ l-Ambjent tal-Kummissjoni Ewropea jistgħu jipprovdu għodda effettiva għall-valutazzjoni tar-riskju lokali ta’ l-Istati Membri biex jadattaw għal sitwazzjoni li qed tevolvi bbażata fuq kollaborazzjoni mill-qrib u skambjar ta’ opinjonijiet bejn l-Istati Membri.

Se tiġi mħeġġa kooperazzjoni ma’ l-istituzzjonijiet ta’ konservazzjoni u ta’ l-osservazzjoni ta’ l-għasafar u ta’ l-istazzjonijiet fejn l-għasafar jiġu mmarkati bi ċrieket. Fejn hu xieraq, il-ġbir tal-kampjuni għandu jsir taħt is-sorveljanza ta’ staff minn dawn il-gruppi/stazzjonijiet jew minn kaċċaturi u persuni oħra li għandhom ħiliet fil-qasam ta’ l-ornitoloġija.

1.

Sorveljanza passiva ta’ għasafar morda u mejta għandha tiffoka fuq:

(a)

żoni fejn hemm aktar inċidenza ta’ morbidità u mortalità f’għasafar slavaġ;

(b)

żoni viċin tal-baħar, xmajjar u kanali ta’ l-ilma fejn jinstabu għasafar mejta; u b’mod partikolari meta dawn l-oqsma jkunu viċin ta’ rziezet ta’ tjur domestiċi;

(ċ)

għasafar li jappartjenu għal speċi ‘b’riskju ogħla’ elenkati f’parti D u għasafar oħra slavaġ li jgħixu qrib tagħhom.

2.

Barra minn hekk, l-investigazzjoni ta’ għasafar slavaġ ħajjin u mejta f’żoni fejn każijiet ta’ l-H5N1 instabu għandhom idealment jimmiraw fuq:

(a)

għasafar slavaġ jew domestiċi sabiex possibilment jiġi identifikati trasportaturi asimptomatiċi;

(b)

f’żoni marbuta epidemoloġikament ma’ dawn il-każijiet;

(ċ)

għasafar li jistgħu jkollhom kuntatt ma’ postijiet fejn hemm tjur domestiċi (żoni protetti, żoni ta’ sorveljanza u żona B), li jistgħu jservu l-funzjoni ta’ ‘bridge species’, b’mod partikolari dawk li huma elenkati fil-parti E.

3.

Sorveljanza attiva fuq għasafar ħajjin, klinikament b’saħħithom u/jew klinikament morda, mweġġgħa jew ikkaċċjati għandhom jiġu mmirati:

(a)

għasafar li jemigraw li jappartjenu għall-ordnijiet ta’ l-Anseriformes (għasafar ta’ l-ilma) and Charadriiformes (għasafar tal-kosta u gawwi);

(b)

f’żoni identifikati għall-konċentrazzjoni u t-taħlit ta’ numru għoli ta’ għasafar migratorji li jinvolvu speċji differenti u b’mod partikolari meta dawk iż-żoni jkunu qrib ta’ rziezet tat-tjur domestiċi;

(ċ)

għażla ta’ speċji b’riskju għoli (2).

Proċeduri ta’ ġbir tal-kampjuni

1.

Kampjuni orofarinġali u mill-kloaka għal eżaminazzjoni viroloġika għandhom jittieħdu minn għasafar ħajjin li jidhru b’saħħithom. Jekk għal xi raġuni ma jkunx prattiku li jittieħdu kampjuni mill-kloaka minn għasafar ħajjin jistgħu jittieħdu kampjuni ta’ feċi miġbur riċenti. Madankollu għandha tiġi żgurata t-traċċabbiltà f’siti mħallta iffrekwentati minn speċi ta’ għasafar differenti.

2.

Kampjuni mill-kloaka u trakeali jew orofarinġali u/jew kampjuni mit-tessuti (il-moħħ, il-qalb, il-pulmuni, il-kliewi, it-trakea u l-imsaren) ta’ għasafar selvaġġi li jinstabu mejtin jew li ġew sparati għall-iżolazzjoni virali u l-analiżi molekolari (PCR).

3.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ħażna u t-trasport tal-kampjuni. Il-kampjuni għandhom jitkessħu immedjatament permezz tas-silġ jew permezz ta’ pakketti tal-ġell u sottomessi lil-laboratorju malajr kemm jista’ jkun. Il-kampjuni m’għandhomx jiġu ffriżati sakemm dan ma jkunx assolutament meħtieġ. Jekk ikunu disponibbli, il-kampjuni għandhom jitqiegħdu f’medium tat-trasport speċifiku jew antibijotiku sabiex ikunu mgħarrqa fih. It-tqegħid tal-kampjuni fil-medium għat-trasportazzjoni għandu jsir flimkien mat-tkessiħ u mhux bħala alternattiva għat-tkessiħ. Fin-nuqqas ta’ medium simili, il-kampjuni jridu jiġu rritornati fil-kaxxa tagħhom u sottomessi niexfa. Jekk it-trasport rapidu fi żmien 48 siegħa lejn il-laboratorju (fil-medju għat-trasport f’ temperatura ta’ 4° Celsius) mhux garantit, il-kampjuni għandhom jiġu ffriżati immedjatament, jinħażnu u imbagħad jiġu trasportati fid-dry ice. Il-ħażna u t-trasportazzjoni tal-kampjuni tista’ tiġi affettwata minn varjetà ta’ fatturi u għalhekk il-metodu magħżul għandu jkun adatt għall-iskop.

4.

Il-proċeduri tat-teħid tal-kampjuni għandhom jitwettqu skond il-manwal dijanjostiku ta’ l-influwenza tat-tjur (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/437/KE) li tistabbilixxi proċeduri għall-konferma u d-dijanjostika differenzjali ta’ l-influwenza tat-tjur.

C.   Testijiet fil-laboratorju

1.

It-testijiet fil-Laboratorju għandhom jitwettqu skond il-manwal dijanjostiku ta’ l-influwenza tat-tjur (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/437/KE) li tistabbilixxi proċeduri għall-konferma u d-dijanjostika differenzjali ta’ l-influwenza tat-tjur.

2.

Madankollu, jekk huma previsti testijiet fil-laboratorju, mhux stabbiliti fil-manwal dijanjostiku u lanqas deskritti fil-Manwal Terrestri ta’ l-OIE, l-Istati Membri għandhom jipprovdu d-data ta’ validità meħtieġa lil-LRK, filwaqt li jressqu l-programm lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

3.

Il-kampjuni kollha miġbura fis-sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fl-għasafar slavaġ għandhom jiġu ttestjati malajr kemm jista’ jkun b’tekniki molekulari jekk disponibbli u skond il-manwal dijanjostiku (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/437/KE). Dawn it-testijiet għandhom isiru biss f’laboratorji li jistgħu jiggarantixxu assigurazzjoni tal-kwalità u billi jintużaw metodi li huma rikonoxxuti mil-LRK għall-influwenza tat-tjur. Barra minn hekk, il-metodi użati jridu jkunu pproduċew riżultati aċċettabbli fl-aktar test kumparattiv riċenti tal-laboratorji nazzjonali. L-iskrinjar tal-bidu billi tintuża l-ġeni M PCR huwa rakkomandat, b’testjar ta’ malajr ta’ dawk li jirriżultaw pożittivi għall-H5 (imma fi żmien ġimagħtejn) u fil-każ ta’ sejba pożittiva għandu jsir analiżi tas-sit tal-ġbir malajr kemm jista’ jkun biex jiġi determinat jekk hemmx motif ta’ HPAI jew LPAI. Jekk jiġi konfermat H5 HPAI trid issir malajr aktar analiżi biex jiġi determinat it-tip N (anke dan jista’ jipproduċi biss evidenza li telimina l-N1).

4.

Fil-laboratorju, il-ġbir ta’ massimu ta’ ħames kampjuni meħuda mill-istess speċi miġbura mill-istess post u fl-istess ħin jista’ jiġi permess meta jista’ jiġi żgurat li, fil-każ ta’ sejba pożittiva, il-kampjuni individwali jistgħu jiġu identifikati u ttestjati mill-ġdid.

5.

Is-sorveljanza seroloġika m’għandhiex tapplika għall-investigazzjonijiet ta’ l-influwenza tat-tjur fl-għasafar slavaġ minħabba li l-metodi seroloġiċi ma jistgħux jiddistingwu bejn il-varjanti HP u LP u s-sejbiet ta’ l-antikorpi ma jippermettux inferenza f’relazzjoni mal-post probabbli minn fejn ikunu setgħu ġew l-għasafar li ġew infettati. Madankollu, is-sorveljanza seroloġika tista’ tkun importanti biex tistudja f’liema speċi ta’ għasafar residenti jew li jemigraw kienu/huma prevalenti (jew endemiċi) l-vajrusijiet H5/H7. Analiżi simili għandha titwettaq biss minn laboratorji speċjalizzati billi tintuża ġabra magħżula tajjeb ta’ antiġeni biex tiġi żgurata s-sejba ta’ antikorpi speċifiċi haemagglutinin (i.e. biex tiġi elimenata l-possibbiltà ta’ interferenza mill-antikorpi speċifiċi N).

Lista proviżorja ta’ speċi ta’ għasafar selvaġġi li jippreżentaw riskju ogħla fir-rigward ta’ l-influwenza tat-tjur (*1)

Isem Komuni

Isem Xjentifiku

Bewick’s Swan

Cygnus columbianus

Żinna

Cygnus cygnus

Mute Swan

Cygnus olor

Wiżż

Pink-footed Goose

Anser brachyrhynchus

Bean Goose

Anser fabalis

Greater White-fronted Goose (Razza Ewropea)

Anser albifrons albifrons

Lesser White-fronted Goose

Anser erythropus

Greylag Goose

Anser anser

Barnacle Goose

Branta leucopsis

Brent Goose

Branta bernicla

Red-breasted Goose

Branta ruficollis

Canada Goose

Branta canadensis

Papri

Silfjun (Eurasian Wigeon)

Anas penelope

Sarsella komuni

Anas crecca

Kuluvert

Anas platyrhynchos

Northern Pintail

Anas acuta

Garganey

Anas querquedula

Papra tal-munqar wiesa’

Anas clypeata

Marbled Teal

Marmaronetta angustirostris

Red-crested Pochard

Netta rufina

Papra komuni

Aythya ferina

Papra tal-baħar

Aythya fuligula

Waders

Venewwa

Vanellus vanellus

Eurasian Golden Plover

Pluvialis apricaria

Black-tailed Godwit

Limosa limosa

Gerwiel

Philomachus pugnax

Gawwi

Gawwija rasha sewda

Larus ridibundus

Gawwija komuni

Larus canus

Lista ta’ għasafar li jgħixu qrib ta’ irziezet tat-tjur domestiku (*2)

Isem komuni

Isem Xjentifiku

Probabbiltà ta’ kuntatt mat-tjur domestiċi

Grupp 1   

Speċi assoċjati mill-qrib mal-produzzjoni tat-tjur domestiku fl-Ewropa

Wiżża domestika

Anser anser domesticus

Għoli

Domestic Mallard

Anas platyrhynchos

Għoli

Domestic Muscovy Duck

Cairina moschata

Għoli

Feral Pigeon

Columba livia

Għoli

House Sparrow

Passer domesticus

Għoli

Grupp 2   

Speċi li jistgħu jużaw art komuni li hija użata minn tjur domestikati fl-irziezet fit-tramuntana ta’ l-Ewropa

Eurasian Golden Plover

Pluvialis apricaria

Baxx

Venewwa

Vanellus vanellus

Medju

Gawwija rasha sewda

Larus ridibundus

Għoli

Gawwija komuni

Larus canus

Għoli

Herring Gull

Larus argentatus

Baxx

Wood Pigeon

Columba palumbus

Għoli

Eurasian Collared Dove

Streptopelia decaocto

Għoli

Ring-necked Pheasant

Phasianus colchicus

Għoli

Larks species

Alauda & Galerida spp

Baxx

Pipits

 

Baxx

Wagtails

 

Medju

Fieldfare

Turdus pilaris

Medju

Redwing

Turdus iliacus

Medju

Black-billed Magpie

Pica pica

Għoli

Eurasian Jackdaw

Corvus monedula

Għoli

Rook

Corvus frugilegus

Medju

Carrion Crow

Corvus corone

Medju

Raven

Corvus corax

Baxx

Starling

Sturnus vulgaris

Għoli

Spotless Starling

Sturnus unicolor

Għoli

House Sparrow

Passer domesticus

Għoli

Eurasian Tree Sparrow

Passer montanus

Għoli

Finches

 

Medju

Buntings

Miliaria, Emberiza spp

Medju

Grupp 3   

Speċi li jistgħu jużaw art madwar ix-xmajjar li hija użata minn tjur ta’ l-ilma domestikati fit-tramuntana ta’ l-Ewropa

Egrets

Egretta spp.

Baxx

Herons

Ardea and other spp.

Medju

Cormorant

Phalacrocorax carbo

Medju

Storks

Ciconia spp.

Baxx

Mute Swan

Cygnus olor

Medju

Greylag Goose

Anser anser

Medju

Canada Goose

Branta canadensis

Baxx

Papri

Anas & Aythya spp.

Baxx

Kuluvert

Anas platyrhynchos

Għoli

Common Coot

Fulica atra

Medju

Moorhen

Gallinula chloropus

Medju


(1)  Opinjoni xjentifika dwar ‘Għasafar migratorji u r-rwol possibbli tagħhom fil-firxa ta’ l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja’ (EFSA, 12 ta’ Mejju 2006).

(2)  Għandha tiġi provduta mid-Direttorat Ġenerali ta’ l-Ambjent tal-Kummissjoni Ewropea.

(*1)  Din il-lista mhix limitattiva imma hija intenzjonata biss biex tidentifika speċi migratorji li jistgħu jkunu ta’ riskju għoli għall-introduzzjoni ta’ l-influwenza tat-tjur fil-Komunità minħabba li r-rotta migratorja tagħhhom tinvolvi żoni fejn l-H5N1 HPAI tkun diġà nstabet jew fl-għasafar slavaġ jew fit-tjur domestiċi. Din hija bbażata fuq l-opinjoni Xjentifika dwar ‘Għasafar migratorji u r-rwol possibbli tagħhom fil-firxa ta’ l-influwenza tat-tjur b’patoġenità għolja’ adottata mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa ta’ l-Annimali u l-Benessri ta’ l-Annimali ta’ l-EFSA fit-12 ta’ Mejju 2006 u x-xogħol li sar mill-Kumitat ORNIS u l-kuntratturi tad-Direttorat Ġenerali ta’ l-Ambjent tal-Kummissjoni Ewropea. Madankollu din il-lista tista’ tiġi aġġornata wara r-riżultati ta’ aktar studji xjentifiċi hekk kif isiru disponibbli u bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju mwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali li jieħdu kont tas-sitwazzjoni ornitoloġika tagħhom.

(*2)  Din il-lista mhix eżawrjenti imma hija intenzjonata biss biex tidentifika speċi ta’ għasafar Ewropej mhux migratorji li jgħixu qrib ta’ tajr domestiku (speċjalment fil-majjistral ta’ l-Ewropa) u li għandhom potenzjal teoretiku li jittrasferixxu l-HPAI H5N1 minn għasafar slavaġ infettati potenzjalment b’mod assimptomatiku. Din hija bbażata fuq l-opinjoni Xjentifika dwar ‘Għasafar migratorji u r-rwol possibbli tagħhom fil-firxa ta’ l-influwenza tat-tjur b’patoġenità għolja’ adottata mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa ta’ l-Annimali u l-Benessri ta’ l-Annimali ta’ l-EFSA fit-12 ta’ Mejju 2006 u x-xogħol li sar mill-Kumitat ORNIS u l-kuntratturi tad-Direttorat Ġenerali ta’ l-Ambjent tal-Kummissjoni Ewropea (DĠ ENV). Madankollu, il-lista tista’ tiġi aġġornata u miżjuda wara riżultati ta’ aktar studji xjentifiċi meta dawn isiru disponibbli. B’mod partikolari, id-DĠ ENV ikkummissjona lill-Wetland International u lill-EURING biex jirrevedu, jaġġornaw u jespandu l-analiżi preliminarja tagħhom għal speċi u siti b’riskju għoli fid-dawl tat-tifqigħ fl-Ewropa fl-2006, u biex jidentifikaw speċi ta’ għasafar oħra b’Riskju Għoli li jistgħu jaġixxu bħala ‘bridge speċies’ bejn għasafar slavaġ u tjur u/jew bnedmin f’partijiet differenti ta’ l-Ewropa. Ir-riżultati għandhom ikunu disponibbli sa l-aħħar ta’ Ġunju 2007.

(http://ec.europa.eu/environment/nature/nature_conservation/focus_wild_birds/avian_influenza/pdf/avian_influenza_report.pdf). Għandha tipprovdi lista preliminarja li tista’ toqgħod fuqha ta’ speċi b’riskju għoli u riskju ta’ kuntatt mat-tjur fi ħdan l-UE u tipprovdi għal metodu aktar immirat.


ANNESS III

“ANNESS IV

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni