|
29.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/44 |
TRADUZZJONI
FTEHIM
fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa relatati maż-żamma ta’ impenji dwar il-kummerċ fis-servizzi inklużi fil-Ftehim attwali ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Russja
1. Ittra mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa
Ġinevra, 16 ta’ Diċembru 2011
Għeżiż Sinjuri,
Wara negozjati bejn il-Gvern tal-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-kummerċ fis-servizzi, il-Partijiet waslu għall-ftehim kif ġej:
|
I. |
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 51 tal-Ftehim ta’ sħubija u kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Federazzjoni Russa, minn naħa waħda, u il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-oħra, tal-24 ta’ Ġunju 1994 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “FSK”), wara l-adeżjoni tal-Federazzjoni Russa mal-Organizzazzjoni Dinija tal-Kummerċ (WTO), l-Artikolu 35 u l-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 39, flimkien mal-Artikolu 30(h), tal-FSK se jkomplu japplikaw bejn il-Partijiet. |
|
II. |
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 51 tal-FSK, wara l-adeżjoni tal-Federazzjoni Russa mad-WTO, il-Partijiet għandhom jestendu l-benefiċċji tal-impenji tagħhom tal-GATS dwar trasferimenti intraazjendali ta’ persuni li jiġu ttrasferiti għal preżenzi kummerċjali (kif definit f’dan il-paragrafu) minbarra uffiċċji rappreżentattivi fit-territorji rispettivi tagħhom lil kwalunkwe persuna li tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 32 tal-FSK. Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, il-kliem “organizzazzjonijiet” użat fl-Artikolu 32 tal-FSK għandu jitqies li jkopri preżenza kummerċjali kif definit fl-Iskedi rispettivi tal-GATS tal-Partijiet. |
|
III.1. |
Persuni ġuridiċi Russi trasferiti intraazjendalment lejn l-uffiċċji rappreżentattivi tagħhom fl-Unjoni Ewropea għandhom jingħataw trattament mhux inqas favorevoli minn dak mogħti mill-Unjoni Ewropea fi trasferimenti intraazjendali simili ta’ kwalunkwe persuna ġuridika ta’ pajjiż terz. |
|
III.2. |
Trattament mogħti skont ftehimiet oħra barra l-FSK konklużi mill-Unjoni Ewropea ma’ Stat terz li huma notifikati taħt l-Artikolu V tal-GATS jew li jibbenefikaw mill-kopertura tal-Lista tal-Unjoni Ewropea GATS tal-eżenzjonijiet tal-MFN għandhom ikunu esklużi mill-applikazzjoni tal-paragrafu III. 1. Trattament li ġej mill-armonizzazzjoni ta’ regolamenti bbażati fuq ftehimiet konklużi mill-Unjoni Ewropea għar-rikonoxximent reċiproku skont l-Artikolu VII tal-GATS, għandu wkoll jiġi eskluż mill-applikazzjoni tal-paragrafu III.1. |
|
III.3. |
Trattament mogħti mill-Federazzjoni Russa għal persuni ġuridiċi tal-Unjoni Ewropea trasferiti intraazjendalment li jiġu trasferiti għall-uffiċċji rappreżentattivi tagħhom fil-Federazzjoni Russa ma għandux ikun anqas favorevoli minn dak simili għal persuni trasferiti intraazjendalment mill-Unjoni Ewropea skont dan il-paragrafu. Il-Federazzjoni Russa tista’ madankollu tillimita n-numru ta’ tali persuni trasferiti intraazjendalment għal massimu ta’ ħamsa għal kull uffiċċju rappreżentattiv (tnejn għall-banek). |
|
IV.1. |
Għall-għanijiet tal-paragrafu IV:
|
|
IV.2. |
It-trattament konċess mill-Unjoni Ewropea lil fornituri kuntrattwali ta’ servizzi fil-Federazzjoni Russa ma għandux ikun inqas favorevoli minn dak mogħti lil fornituri kuntrattwali ta’ servizzi ta’ kwalunkwe pajjiż terz. |
|
IV.3. |
Trattament mogħti skont ftehimiet oħra konklużi mill-Unjoni Ewropea ma’ Stat terz li huma notifikati skont l-Artikolu V tal-GATS jew li jibbenefikaw mill-kopertura tal-Lista tal-Unjoni Ewropea GATS tal-eżenzjonijiet tal-MFN għandhom ikunu esklużi minn din id-dispożizzjoni. Trattament li ġej mill-armonizzazzjoni ta’ regolamenti bbażati fuq ftehimiet konklużi mill-Unjoni Ewropea għar-rikonoxximent reċiproku skont l-Artikolu VII tal-GATS għandu wkoll jiġi eskluż mill-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu. |
|
IV.4. |
Il-Federazzjoni Russa għandha tippermetti l-provvista ta’ servizzi fit-territorju tagħha minn fornituri kuntrattwali ta’ servizz tal-Unjoni Ewropea permezz tal-preżenza ta’ persuni naturali soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-aċċess konċess skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu IV.4 huwa relatat biss mal-attività ta’ servizz li hija s-suġġett tal-kuntratt; ma jikkonferix intitolament għall-eżerċitar ta’ titolu professjonali tal-Federazzjoni Russa. Il-Federazzjoni Russa tista’ tistabbilixxi kwota annwali ta’ permessi tax-xogħol riżervati għal persuni naturali fl-Unjoni Ewropea li jiksbu aċċess għas-suq tas-servizzi tal-Federazzjoni Russa skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu IV.4. Fl-ewwel sena li fiha jidħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu IV.4, din il-kwota annwali ma għandhiex tkun inqas minn 16 000 persuna. Fis-snin ta’ wara, il-kwota annwali ma għandhiex tkun inqas mill-kwota tas-sena ta’ qabel. |
|
IV.5. |
Mad-dħul fis-seħħ tar-riżultati tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali attwali fil-qasam tas-servizzi, il-Partijiet għandhom jirrevedu d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu IV.4 bil-ħsieb tal-estensjoni tagħhom għal persuni li jaħdmu għal rashom u li huma fornituri kuntrattwali ta’ servizzi. |
|
V.1. |
Dan il-ftehim ma għandux japplika għal miżuri li jaffettwaw persuni naturali li jkunu qegħdin ifittxu aċċess għas-suq tax-xogħol ta’ xi Parti, u lanqas ma għandu japplika għal miżuri fir-rigward taċ-ċittadinanza, ir-residenza jew l-impjieg fuq bażi permanenti. |
|
V.2. |
Dan il-ftehim ma għandux iżomm lil xi Parti milli tapplika miżuri sabiex tirregola d-dħul ta’ persuni naturali, jew iż-żjara temporanja tagħhom, fit-territorju tagħha, inklużi dawk il-miżuri neċessarji sabiex jipproteġu l-integrità, u sabiex jiżguraw il-moviment ordnat ta’ persuni naturali bejn il-fruntieri tagħha, sakemm dawn il-miżuri ma jkunux applikati b’manjiera li tannulla jew tfixkel il-benefiċċji akkumulati lill-Parti l-oħra skont il-paragrafi II, III u IV. |
Fil-każ li l-Unjoni Ewropea tikkonferma l-qbil tagħha tat-termini stabbiliti f’din l-ittra, nipproponi li din l-ittra u l-ittra ta’ tweġiba tal-Unjoni Ewropea għandhom jikkonstitwixxu l-Ftehim bejn il-Gvern tal-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea relatati maż-żamma ta’ obbligi dwar il-kummerċ fis-servizzi li jinsabu fil-FSK. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jiskambjaw in-notifiki miktuba li jiċċertifikaw li huma lestew il-proċeduri interni rispettivi tagħhom. Dan il-Ftehim għandu jiġu applikat provviżorjament mid-data tal-adeżjoni tal-Federazzjoni Russa fid-WTO.
Jekk jogħġobkom aċċettaw, Sinjuri, l-assigurazzjoni tal-ogħla konsiderazzjonijiet tiegħi,
Għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa
2. Ittra mill-Unjoni Ewropea
Ġinevra, 16 ta’ Diċembru 2011
Għażiża Ministru,
Għandna l-unur ngħarrfuk li rċevejna l-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li tinqara kif ġej:
“Wara negozjati bejn il-Gvern tal-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-kummerċ fis-servizzi, il-Partijiet waslu għall-ftehim kif ġej:
|
I. |
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 51 tal-Ftehim ta’ sħubija u kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Federazzjoni Russa, minn naħa waħda, u il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-oħra, tal-24 ta’ Ġunju 1994 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘l-FSK’), wara l-adeżjoni tal-Federazzjoni Russa mal-Organizzazjoni Dinija tal-Kummerċ (WTO), l-Artikolu 35 u l-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 39, flimkien mal-Artikolu 30(h), tal-FSK se jkomplu japplikaw bejn il-Partijiet. |
|
II. |
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 51 tal-FSK, wara l-adeżjoni tal-Federazzjoni Russa mad-WTO, il-Partijiet għandhom jestendu l-benefiċċji tal-impenji tagħhom tal-GATS dwar trasferimenti intraazjendali ta’ persuni li jiġu ttrasferiti għal preżenzi kummerċjali (kif definit f’dan il-paragrafu) minbarra uffiċċji rappreżentattivi fit-territorji rispettivi tagħhom lil kwalunkwe persuna li tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 32 tal-FSK. Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, il-kliem ‘organizzazzjonijiet’ użat fl-Artikolu 32 tal-FSK għandu jitqies li jkopri preżenza kummerċjali kif definit fl-Iskedi rispettivi tal-GATS tal-Partijiet. |
|
III.1. |
Persuni ġuridiċi Russi trasferiti intraazjendalment lejn l-uffiċċji rappreżentattivi tagħhom fl-Unjoni Ewropea għandhom jingħataw trattament mhux inqas favorevoli minn dak mogħti mill-Unjoni Ewropea fi trasferimenti intraazjendali simili ta’ kwalunkwe persuna ġuridika ta’ pajjiż terz. |
|
III.2. |
Trattament mogħti skont ftehimiet oħra barra l-FSK konklużi mill-Unjoni Ewropea ma’ Stat terz li huma notifikati taħt l-Artikolu V tal-GATS jew li jibbenefikaw mill-kopertura tal-Lista tal-Unjoni Ewropea GATS tal-eżenzjonijiet tal-MFN għandhom ikunu esklużi mill-applikazzjoni tal-paragrafu III. 1. Trattament li ġej mill-armonizzazzjoni ta’ regolamenti bbażati fuq ftehimiet konklużi mill-Unjoni Ewropea għar-rikonoxximent reċiproku skont l-Artikolu VII tal-GATS għandu wkoll jiġi eskluż mill-applikazzjoni tal-paragrafu III.1. |
|
III.3. |
Trattament mogħti mill-Federazzjoni Russa għal persuni ġuridiċi tal-Unjoni Ewropea trasferiti intraazjendalment li jiġu trasferiti għall-uffiċċji rappreżentattivi tagħhom fil-Federazzjoni Russa ma għandux ikun anqas favorevoli minn dak simili għal persuni trasferiti intraazjendalment mill-Unjoni Ewropea skont dan il-paragrafu. Il-Federazzjoni Russa tista’ madankollu tillimita n-numru ta’ tali persuni trasferiti intraazjendalment għal massimu ta’ ħamsa għal kull uffiċċju rappreżentattiv (tnejn għall-banek). |
|
IV.1. |
Għall-għanijiet tal-paragrafu IV:
|
|
IV.2. |
It-trattament konċess mill-Unjoni Ewropea lil fornituri kuntrattwali ta’ servizzi fil-Federazzjoni Russa ma għandux ikun inqas favorevoli minn dak mogħti lil fornituri kuntrattwali ta’ servizzi ta’ kwalunkwe pajjiż terz. |
|
IV.3. |
Trattament mogħti skont ftehimiet oħra konklużi mill-Unjoni Ewropea ma’ Stat terz li huma notifikati skont l-Artikolu V tal-GATS jew li jibbenefikaw mill-kopertura tal-Lista tal-Unjoni Ewropea GATS tal-eżenzjonijiet tal-MFN għandhom ikunu esklużi minn din id-dispożizzjoni. Trattament li ġej mill-armonizzazzjoni ta’ regolamenti bbażati fuq ftehimiet konklużi mill-Unjoni Ewropea għar-rikonoxximent reċiproku skont l-Artikolu VII tal-GATS għandu wkoll jiġi eskluż mill-applikazzjoni ta’ dan il-pargarfu. |
|
IV.4. |
Il-Federazzjoni Russa għandha tippermetti l-provvista ta’ servizzi fit-territorju tagħha minn fornituri kuntrattwali ta’ servizz tal-Unjoni Ewropea permezz tal-preżenza ta’ persuni naturali soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-aċċess konċess skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu IV.4 huwa relatat biss mal-attività ta’ servizz li hija s-suġġett tal-kuntratt; ma jikkonferix intitolament għall-eżerċitar ta’ titolu professjonali tal-Federazzjoni Russa. Il-Federazzjoni Russa tista’ tistabbilixxi kwota annwali ta’ permessi tax-xogħol riżervati għal persuni naturali fl-Unjoni Ewropea li jiksbu aċċess għas-suq tas-servizzi tal-Federazzjoni Russa skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu IV.4. Fl-ewwel sena li fiha jidħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu IV.4, din il-kwota annwali ma għandhiex tkun inqas minn 16 000 persuna. Fis-snin ta’ wara, il-kwota annwali ma għandhiex tkun inqas mill-kwota tas-sena ta’ qabel. |
|
IV.5. |
Mad-dħul fis-seħħ tar-riżultati tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali attwali fil-qasam tas-servizzi, il-Partijiet għandhom jirrevedu d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu IV.4 bil-ħsieb tal-estensjoni tagħhom għal persuni li jaħdmu għal rashom u li huma fornituri kuntrattwali ta’ servizzi. |
|
V.1. |
Dan il-ftehim ma għandux japplika għal miżuri li jaffettwaw persuni naturali li jkunu qegħdin ifittxu aċċess għas-suq tax-xogħol ta’ xi Parti, u lanqas ma għandu japplika għal miżuri fir-rigward taċ-ċittadinanza, ir-residenza jew l-impjieg fuq bażi permanenti. |
|
V.2. |
Dan il-ftehim ma għandux iżomm lil xi Parti milli tapplika miżuri sabiex tirregola d-dħul ta’ persuni naturali, jew iż-żjara temporanja tagħhom, fit-territorju tagħha, inklużi dawk il-miżuri neċessarji sabiex jipproteġu l-integrità, u sabiex jiżguraw il-moviment ordnat ta’ persuni naturali bejn il-fruntieri tagħha, sakemm dawn il-miżuri ma jkunux applikati b’manjiera li tannulla jew tfixkel il-benefiċċji akkumulati lill-Parti l-oħra skont il-paragrafi II, III u IV. |
Fil-każ li l-Unjoni Ewropea tikkonferma l-qbil tagħha tat-termini stabbiliti f’din l-ittra, nipproponi li din l-ittra u l-ittra ta’ tweġiba tal-Unjoni Ewropea għandhom jikkonstitwixxu l-Ftehim bejn il-Gvern tal-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea relatati maż-żamma ta’ obbligi dwar il-kummerċ fis-servizzi li jinsabu fil-FSK. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jiskambjaw in-notifiki miktuba li jiċċertifikaw li huma lestew il-proċeduri interni rispettivi tagħhom. Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mid-data tal-adeżjoni tal-Federazzjoni Russa fid-WTO.”.
L-Unjoni Ewropea għandha l-unur tikkonferma l-qbil tagħha mal-kontenut ta’ din l-ittra.
Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjura, l-assigurazzjoni tal-ogħla konsiderazzjonijiet tagħna,
Għall-Unjoni Ewropea