<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-398/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0398</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:911">EU:C:2021:911</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20211111">11.11.2021</DATE> – Kawża C‑398/20</HT></P><P>ELVOSPOL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20211111">11 ta’ Novembru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" ‑ " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 90</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali tal-prezz minħabba l-falliment tad-debitur</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet imposti minn leġiżlazzjoni nazzjonali għar-rettifika tal-VAT tal-output</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjoni li tipprovdi li l-kreditu parzjalment jew totalment mhux imħallas ma għandux jinħoloq matul il-perijodu ta’ sitt xhur qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment tal-kumpannija debitriċi</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ konformità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑398/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Krajský soud v Brně (il-Qorti tar-Reġjun ta’ Brno, ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20200729">29 ta’ Lulju 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20200820">20 ta’ Awwissu 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">ELVOSPOL s.r.o.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Odvolací finanční ředitelství,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qed jaġixxi bħala President tas-Sitt Awla, J-C. Bonichot (Relatur) u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukata Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal ELVOSPOL s.r.o., minn T. Klíma,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Odvolací finanční ředitelství, minn T. Rozehnal, għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, O. Serdula u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn S. Jiménez García, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Carlin u M. Salyková, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, u r-rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="329" PAGE.FIRST="53" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 329, p. 53</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn ELVOSPOL s.r.o (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>ELVOSPOL<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), kumpannija rregolata mid-dritt Ċek, u l-Odvolací finanční ředitelství (id-Direttorat tal-Appell tal-Finanzi, ir-Repubblika Ċeka) dwar ir-rifjut ta’ dan tal-aħħar li jagħtiha rettifika fl-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 63 tad-Direttiva tal-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għandu jkun hemm avveniment li jagħti lok għal ħlas u l-VAT għandha tiġi imposta meta l-merkanzija jew is–servizzi huma pprovduti.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 73 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Fir-rigward tal-provvista ta’ merkanzija jew servizzi, minbarra kif imsemmi fl-Artikoli 74 sa 77, l-ammont taxxabbli għandu jinkludi dak kollu li jikkostitwixxi ħlas miksub jew li għandu jinkiseb mill-fornitur, għall-provvista, mill-konsumatur jew parti terza, inklużi s-sussidji marbuta direttament mal-prezz tal-provvista.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 90 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="090.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ kanċellazzjoni, ċaħda jew nuqqas ta’ pagament totali jew parzjali, jew fejn il-prezz hu mnaqqas wara li l-provvista tkun saret, l-ammont taxxabbli għandu jiġi ridott għaldaqstant skond kondizzjonijet li jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="090.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi oħrajn li jidhrulhom meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir korrett ta’ VAT u biex ma ssirx frodi, soġġett għall-ħtieġa ta’ trattament indaqs bejn transazzjonijiet domestiċi u<?PAGE NO="3"?> transazzjonijiet li jsiru bejn Stati Membri minn persuni taxxabbli u sakemm dawn l-obbligi, fin-negozju bejn Stati Membri, ma jagħtux lok għal formalitajiet konnessi mal-qsim ta’ fruntieri.</ALINEA><ALINEA>L-għażla skond l-ewwel paragrafu ma tistax tintuża biex timponi obbligi tal-fatturazzjoni addizzjonali aktar minn dawk stabbiliti fil-Kapitolu 3.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ċek</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 44 taż-zákon č. 235/2004 Sb., o dani z přidané hodnoty (il-Liġi Nru 235/2004 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Liġi dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) jipprevedi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-persuna taxxabbli li, minħabba servizz taxxabbli pprovdut lil persuna taxxabbli oħra, hija obbligata li tiddikjara t-taxxa u li l-kreditu relatat magħha, li nħoloq mhux iktar tard minn 6 xhur qabel id-deċiżjoni ġudizzjarja dwar il-falliment, ikun għadu ma ntemmx (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>kreditur<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>) għandha d-dritt li twettaq rettifika tal-ammont tat-taxxa tal-output fuq il-valur tal-kreditu stabbilit fil-każ fejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-persuna taxxabbli li fil-konfront tagħha l-kreditur għandu dan il-kreditu (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>debitur<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>) tkun is-suġġett ta’ proċedura ta’ falliment u fejn il-qorti tal-falliment tkun ordnat l-istralċ tal-assi tad-debitur,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-kreditur ikun iddikjara l-kreditu inkwistjoni mhux iktar tard mit-terminu stabbilit mid-deċiżjoni tal-qorti tal-insolvenza, li dan il-kreditu jkun ġie stabbilit u li jkun ittieħed inkunsiderazzjoni fil-proċedura ta’ falliment,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-kreditur u d-debitur ma humiex, u ma kinux fil-mument tat-tnissil tal-kreditu,</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>persuni li l-kapital tagħhom huwa marbut […],</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>persuni li huma qraba, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>azzjonisti tal-istess kumpannija, fil-każ ta’ persuni taxxabbli,</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-kreditur ikun bagħat lid-debitur id-dokument fiskali previst fl-Artikolu 46(1).<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20131129">29 ta’ Novembru 2013</DATE>, ELVOSPOL wettqet kunsinna ta’ oġġetti lil MPS Mont a.s. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Mont<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>). Fid‑<DATE ISO="20140519">19 ta’ Mejju 2014</DATE>, qorti Ċeka ddikjarat il-falliment ta’ din tal-aħħar u stabbilixxiet il-modalitajiet tal-istralċ tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali għalhekk għamlet, fid-dikjarazzjoni fiskali tagħha dwar il-VAT għax-xahar ta’ Mejju 2015, imbagħad f’dikjarazzjoni fiskali addizzjonali, rettifika tal-bażi taxxabbli tagħha abbażi tal-Artikolu 44(1) tal-Liġi dwar il-VAT, billi sostniet li Mont ma kinitx ħallset il-fattura għall-kunsinna mwettqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Finanční úřad pro Jihomoravský kraj (l-Uffiċċju tal-Finanzi għar-Reġjun ta’ Jihomoravský tan-Nofsinhar, ir-Repubblika Ċeka) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>amministrazzjoni fiskali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) madankollu qies li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 44(1) tal-Liġi dwar il-VAT magħmula mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kienet żbaljata u li din ma kellhiex id-dritt li tirrettifika l-ammont taxxabbli<?PAGE NO="4"?> tagħha. F’dawn iċ-ċirkustanzi, fit‑<DATE ISO="20160222">22 ta’ Frar 2016</DATE>, l-amministrazzjoni fiskali adottat deċiżjoni li permezz tagħha stabbilixxiet l-ammont tal-VAT mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni t-talba għal rettifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kkontestat din id-deċiżjoni quddiem id-Direttorat tal-Appell tal-Finanzi. Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20180502">2 ta’ Mejju 2018</DATE>, dan id-direttorat ċaħad dan l-ilment, billi qies li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma setgħetx tipproċedi għar-rettifika tal-bażi taxxabbli tagħha abbażi tal-Artikolu 44(1) tal-Liġi dwar il-VAT, peress li d-dejn mhux imħallas kien inħoloq matul il-perijodu ta’ sitt xhur qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment ta’ Mont.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont id-Direttorat tal-Appell tal-Finanzi, sabiex tkun tista’ ssir rettifika tal-ammont tal-VAT, l-Artikolu 44(1) tal-Liġi dwar il-VAT jipprevedi diversi kundizzjonijiet, fejn waħda minnhom hija li d-dejn mhux imħallas ma jkunx inħoloq matul il-perijodu ta’ sitt xhur qabel id-deċiżjoni ġudizzjarja li tiddikjara l-falliment tal-kumpannija debitriċi kkonċernata. Issa, il-kreditu mhux imħallas inkwistjoni fil-kawża prinċipali nħoloq fid‑<DATE ISO="20131129">29 ta’ Novembru 2013</DATE>, jiġifieri matul il-perijodu ta’ sitt xhur qabel id-deċiżjoni ġudizzjarja tad‑<DATE ISO="20140519">19 ta’ Mejju 2014</DATE> li tiddikjara l-falliment ta’ Mont.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentat rikors kontra d-deċiżjoni tad-Direttorat tal-Appell tal-Finanzi quddiem il-Krajský soud v Brně (il-Qorti tar-Reġjun ta’ Brno, ir-Repubblika Ċeka), il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Din tistaqsi jekk dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 44(1) tal-Liġi dwar il-VAT, li tissuġġetta r-rettifika tal-ammont tal-VAT għall-kundizzjoni li d-dejn mhux imħallas ma jkunx inħoloq matul il-perijodu ta’ sitt xhur qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment tal-kumpannija debitriċi, tmurx kontra l-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tfakkar, filwaqt li tirreferi għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-VAT, li l-prinċipju ta’ newtralità jimplika li, fil-kapaċità tiegħu ta’ kollettur tat-taxxi f’isem l-Istat, l-imprenditur għandu jiġi kompletament meħlus mill-piż tat-taxxa dovuta jew imħallsa fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tiegħu stess suġġetti għall-VAT, u li, għalkemm l-Istati Membri jistgħu jinjoraw il-possibbiltà li jirrettifikaw l-ammont tal-bażi taxxabbli, huma ma jistgħux jeskludu totalment il-possibbiltà ta’ tali rettifika bir-riskju li jiksru l-prinċipju ta’ newtralità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-qorti tar-rinviju tqis li dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 44(1) tal-Liġi dwar il-VAT, li tissuġġetta r-rettifika tal-ammont tal-VAT għall-kundizzjoni li d-dejn mhux imħallas ma jkunx inħoloq matul il-perijodu ta’ sitt xhur qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment tal-kumpannija debitriċi kkonċernata, tista’ tmur kontra l-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tiddubita wkoll mill-fatt li tali dispożizzjoni nazzjonali tista’ taqa’ taħt id-deroga prevista fl-Artikolu 90(2) tad-Direttiva tal-VAT. F’dan ir-rigward, hija tfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, din id-dispożizzjoni hija bbażata fuq il-ħsieb li n-nuqqas ta’ ħlas tal-korrispettiv jista’, f’ċerti ċirkustanzi u minħabba s-sitwazzjoni legali eżistenti fl-Istat Membru kkonċernat, ikun diffiċli li jiġi vverifikat jew ikun biss provviżorju. Għaldaqstant, l-eżerċizzju ta’ tali possibbiltà ta’ deroga għandu jkun iġġustifikat mill-inċertezza fir-rigward tal-ħlas tal-korrispettiv u għandu jkun proporzjonat ma’ dan l-għan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 44(1) tal-Liġi dwar il-VAT, tistax tiġi ġġustifikata mill-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-VAT, li jippermetti lill-Istati Membri jipprevedu l-obbligi li huma jqisu neċessarji sabiex jiżguraw il-ġbir korrett tal-VAT u sabiex tiġi evitata l-frodi. Il-qorti tar-rinviju tfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-miżuri bbażati fuq din id-dispożizzjoni tal-aħħar għandhom ikunu limitati għal dak li huwa strettament neċessarju u ma għandhomx jintużaw b’mod li jpoġġu indiskussjoni l-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tippreċiża li, skont digriet tan-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema, ir-Repubblika Ċeka) tas‑<DATE ISO="20190716">16 ta’ Lulju 2019</DATE>, l-Artikolu 44(1) tal-Liġi dwar il-VAT huwa bbażat fuq l-ipoteżi ekonomika li tgħid li iktar ma l-perijodu ta’ negozjar u ta’ konklużjoni ta’ tranżazzjoni bejn professjonist u s-sieħeb kummerċjali tiegħu jkun qrib il-mument tal-falliment tiegħu, iktar dan il-professjonist ikun f’pożizzjoni li jiddistingwi fis-suq is-sinjali ta’ dan il-falliment. Fil-fatt, skont dan id-digriet, professjonist li jkun qiegħed jinnegozja ma’ persuna li tfalli matul is-sitt xhur li jippreċedu d-dikjarazzjoni ta’ falliment ma jistax jinjora, skont l-għarfien ekonomiku ġenerali, in-natura imminenti tal-falliment, b’tali mod li ma jkunx iġġustifikat li tingħatalu l-possibbiltà li jirrettifika l-ammont tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Issa, filwaqt li tenfasizza li dawn il-ġustifikazzjonijiet li fuqhom hija bbażata l-adozzjoni tal-Artikolu 44(1) tal-Liġi dwar il-VAT ma humiex ibbażati fuq il-ħsieb li n-nuqqas ta’ ħlas tal-korrispettiv jista’ jkun diffiċli li jiġi vverifikat jew ikun biss provviżorju, il-qorti tar-rinviju tqis li l-imsemmija ġustifikazzjonijiet ma għandhomx l-għan li jevitaw il-frodi. Fil-fatt, skont il-qorti tar-rinviju, is-sempliċi fatt li jitwettqu tranżazzjonijiet suġġetti għall-VAT ma’ operatur ekonomiku li jista’ jippreżenta s-sinjali ta’ falliment imminenti ma jfissirx, fih innifsu, li tali tranżazzjonijiet huma <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> diżonesti jew jitwettqu bil-għan li jinkiseb vantaġġ fiskali inġustifikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Għalhekk, skont il-qorti tar-rinviju, dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 44(1) tal-Liġi dwar il-VAT, li tissuġġetta r-rettifika tal-ammont tal-VAT għall-kundizzjoni li d-dejn mhux imħallas ma jkunx inħoloq matul il-perijodu ta’ sitt xhur qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment tal-kumpannija debitriċi, tista’ la tkun iġġustifikata mill-Artikolu 90(2) u lanqas mill-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Krajský soud v Brně (il-Qorti tar-Reġjun ta’ Brno) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi kundizzjoni li tipprekludi lill-persuna taxxabbli suġġetta għall-VAT, li kellha obbligu li tinkludi t-taxxa b’rabta ma’ provvista ta’ servizz taxxabbli lil persuna taxxabbli oħra, milli twettaq korrezzjoni tal-ammont tat-taxxa tal-output dovuta fuq l-ammont tad-dejn li nħoloq fil-perijodu ta’ sitt xhur qabel id-deċiżjoni ġudizzjarja ta’ insolvenza ta’ din il-persuna taxxabbli l-oħra li ma ħallsitx għas-servizz jew li ħallset għalih parzjalment, tmur kontra l-għan tal-Artikolu 90(1) u (2) tad-Direttiva tal-[VAT]?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-VAT għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tissuġġetta r-rettifika tal-ammont tal-VAT għall-kundizzjoni li d-dejn parzjalment jew totalment mhux imħallas ma jkunx inħoloq matul il-perijodu ta’ sitt xhur qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment tal-kumpannija debitriċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-VAT jipprovdi li, fil-każ ta’ kanċellazzjoni, ċaħda jew nuqqas ta’ pagament totali jew parzjali, jew fejn il-prezz hu mnaqqas wara li l-provvista tkun saret, l-ammont taxxabbli għandu jiġi ridott għaldaqstant skont kundizzjonijiet li jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, din id-dispożizzjoni tobbliga lill-Istati Membri jnaqqsu l-valur taxxabbli għall-VAT u, għaldaqstant, l-ammont tal-VAT dovut mill-persuna taxxabbli kull darba li, wara l-konklużjoni ta’ tranżazzjoni, il-persuna taxxabbli ma tiġborx parti mill-korrispettiv jew il-korrispettiv kollu. Din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi l-espressjoni ta’ prinċipju fundamentali tad-Direttiva tal-VAT li jipprovdi li l-valur taxxabbli għandu jkun ikkostitwit mill-korrispettiv realment miġbur u li l-korollarju tiegħu huwa li l-amministrazzjoni fiskali ma tistax tiġbor bħala VAT ammont li jkun superjuri għal dak miġbur mill-persuna taxxabbli (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201015">15 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>E. (Tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑335/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:829">EU:C:2020:829</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, l-Artikolu 90(2) tad-Direttiva tal-VAT jipprovdi li fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali tal-korrispettiv, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-obbligu li jnaqqsu l-valur taxxabbli tal-VAT stabbilit fl-Artikolu 90(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li din il-possibbiltà ta’ deroga, li hija strettament limitata għall-każijiet ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali, hija bbażata fuq il-ħsieb li jgħid li n-nuqqas ta’ ħlas tal-korrispettiv jista’, f’ċerti ċirkustanzi u minħabba s-sitwazzjoni ġuridika eżistenti fl-Istat Membru kkonċernat, tkun diffiċli li tiġi vverifikata jew tkun biss provviżorja (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200611">11 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>SCT</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑146/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:464">EU:C:2020:464</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-eżerċizzju ta’ tali possibbiltà ta’ deroga għandu jkun iġġustifikat, sabiex il-miżuri meħuda mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tagħha ma jfixklux l-għan ta’ armonizzazzjoni fiskali mfittex mid-Direttiva tal-VAT, u li dan ma jistax jippermetti lil dawn tal-aħħar jeskludu b’mod pur u sempliċi t-tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201015">15 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>E. (Tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑335/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:829">EU:C:2020:829</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-imsemmija possibbiltà ta’ deroga hija intiża biss sabiex tippermetti lill-Istati Membri jiġġieldu l-inċertezza marbuta mal-irkupru tas-somom dovuti (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200611">11 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>SCT</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑146/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:464">EU:C:2020:464</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Din l-inċertezza tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni, skont il-prinċipju ta’ newtralità fiskali, billi l-persuna taxxabbli tiġi mċaħħda mid-dritt tagħha għal tnaqqis fil-valur taxxabbli sakemm id-dejn ma jkunx definittivament irrekuperabbli. Iżda din tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll billi jingħata t-tnaqqis meta l-persuna taxxabbli tagħti prova li hemm probabbiltà raġonevoli li<?PAGE NO="7"?> d-dejn ma huwiex ser jitħallas, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-valur taxxabbli jiġi rivedut ’il fuq fil-każ fejn il-ħlas isir minkejja kollox (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190703">3 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>UniCredit Leasing</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑242/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:558">EU:C:2019:558</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, li tiġi ammessa l-possibbiltà għall-Istati Membri li jeskludu kull tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas definittiv imur kontra l-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT, li minnu jirriżulta b’mod partikolari li, fil-kapaċità tiegħu ta’ kollettur tat-taxxi f’isem l-Istat, l-imprenditur għandu jinħeles kompletament mill-oneru tat-taxxa dovuta jew imħallsa fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tiegħu li huma stess huma suġġetti għall-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200611">11 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>SCT</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑146/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:464">EU:C:2020:464</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li sitwazzjoni kkaratterizzata bit-tnaqqis definittiv tal-obbligi tad-debitur fir-rigward tal-kredituri tiegħu ma tistax tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>nuqqas ta’ ħlas<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, fis-sens tal-Artikolu 90(2) tad-Direttiva tal-VAT. F’każ bħal dan, Stat Membru għandu jippermetti t-tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT jekk il-persuna taxxabbli tista’ turi li l-kreditu li għandha fuq id-debitur tagħha jkun ta’ natura li definittivament ma jkunx jista’ jiġi rkuprat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200611">11 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>SCT</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑146/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:464">EU:C:2020:464</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-domanda magħmula tirrigwarda krediti mhux imħallsa li nħolqu matul il-perijodu ta’ sitt xhur qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment tal-kumpannija debitriċi kkonċernata, li fir-rigward tagħhom ma huwiex stabbilit li dawn għandhom jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>definittivament irrekuperabbli<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 30 u 32 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li tali klassifikazzjoni tiddependi mit-trattament irriżervat għal dawn il-krediti fil-kuntest tal-proċedura ta’ falliment. Għalhekk teżisti inċertezza marbuta mal-irkupru tal-krediti li nħolqu matul il-perijodu ta’ sitt xhur qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment tal-kumpannija debitriċi kkonċernata, inċertezza li hija bbażata fuq il-mod kif dawn il-krediti jiġu ttrattati fil-kuntest tal-imsemmija proċedura ta’ falliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, il-kundizzjoni ġenerali li tipprovdi li, sabiex tingħata rettifika tal-valur taxxabbli tal-VAT, id-djun mhux imħallsa ma għandhomx jinħolqu matul il-perijodu ta’ sitt xhur qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment tal-kumpannija debitriċi, ma tistax titqies, fl-assenza ta’ kull element oġġettiv dwar il-kuntest li fih jaqgħu il-krediti, bħala li hija intiża sabiex tiġi miġġielda l-inċertezza marbuta mal-irkupru ta’ dawn id-djun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, din il-kundizzjoni ma għandhiex rabta mal-mod kif il-krediti inkwistjoni jiġu realment ittrattati fil-kuntest tal-proċedura ta’ falliment, peress li hija ma tiħux inkunsiderazzjoni l-fatt li ċerti krediti jistgħu, fi tmiem din il-proċedura, jiġu eventwalment irkuprati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, tali kundizzjoni għandha l-konsegwenza li teskludi b’mod pur u sempliċi kull tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT f’każ ta’ djun mhux imħallsa li nħolqu matul il-perijodu ta’ sitt xhur qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment tal-kumpannija debitriċi kkonċernata, anki meta dawn id-djun isiru definittivament irrekuperabbli fi tmiem il-proċedura ta’ falliment, peress li tali awtomatiċità tar-rifjut tad-dritt għal tnaqqis tikser il-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT sa fejn il-valur taxxabbli ma jkunx ikkostitwit mill-korrispettiv realment miġbur mill-persuna taxxabbli kreditriċi, li jkollha tbati l-oneru tat-taxxa minflok il-konsumatur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet kollha, dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tistax titqies li timplimenta l-possibbiltà prevista fl-Artikolu 90(2) tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-argument tal-Gvern Ċek li jgħid li tali dispożizzjoni hija intiża li timplimenta l-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-VAT ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, għalkemm, skont l-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-VAT, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li għandhom l-effett li jillimitaw id-dritt għal tnaqqis tal-valur taxxabbli previst fl-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-VAT, dawn il-miżuri għandhom ikunu intiżi biex jiżguraw il-ġbir eżatt tal-VAT u sabiex tiġi evitata l-frodi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tali miżuri jistgħu biss, fil-prinċipju, jidderogaw mill-osservanza tar-regoli dwar il-valur taxxabbli fil-limitu ta’ dak li huwa strettament neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan speċifiku. Fil-fatt, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, huma għandhom jaffettwaw l-inqas possibbli l-għanijiet u l-prinċipji tad-Direttiva tal-VAT u ma jistgħux, għalhekk, jintużaw b’mod li jqiegħdu inkwistjoni n-newtralità tal-VAT (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181206">6 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Tratave</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑672/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:989">EU:C:2018:989</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Issa, l-esklużjoni ta’ kull possibbiltà li tinkiseb rettifika tal-valur taxxabbli li tikkorrispondi għal kreditu li nħoloq matul il-perijodu ta’ sitt xhur qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment tal-kumpannija debitriċi kkonċernata ma tistax titqies li tippermetti li tiġi evitata l-frodi fiskali u li hija proporzjonata għal tali għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, kif tenfasizza l-qorti tar-rinviju, il-fatt li kreditu mhux imħallas ikun inħoloq matul il-perijodu ta’ sitt xhur qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment tal-kumpannija debitriċi ma jistax, fl-assenza ta’ kull element addizzjonali, jippermetti li jiġi preżunt b’mod validu li l-kreditur u d-debitur aġixxew bil-għan li jwettqu frodi jew evażjoni fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-fatt li tiġi eskluża kull possibbiltà ta’ tnaqqis tal-valur taxxabbli f’tali ipoteżi u, jekk ikun il-każ, li tali kreditur taxxabbli, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, ikollu jġorr il-piż tal-oneru ta’ ammont tal-VAT li ma jkunx irċieva fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tiegħu, imur lil hinn mil-limiti strettament neċessarji sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-VAT. (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201015">15 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>E. (Tnaqqis tal-valur taxxabbli tal-VAT)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑335/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:829">EU:C:2020:829</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma jistax jiġi sostnut li dispożizzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija intiża sabiex tiżgura l-ġbir korrett tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għandha l-konsegwenza li tirrifjuta sistematikament id-dritt għal tnaqqis tal-valur taxxabbli f’każ ta’ krediti mhux imħallsa li nħolqu matul il-perijodu ta’ sitt xhur qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment tal-kumpannija debitriċi kkonċernata, filwaqt li wħud minn dawn il-krediti jistgħu jsiru definittivament irrekuperabbli fi tmiem il-proċedura ta’ falliment, liema ħaġa twassal biex titpoġġa indiskussjoni n-newtralità tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għad-domanda preliminari għandha tkun li l-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tissuġġetta r-rettifika tal-ammont tal-VAT għall-kundizzjoni li l-kreditu parzjalment jew<?PAGE NO="9"?> totalment mhux imħallas ma jkunx inħoloq matul il-perijodu ta’ sitt xhur qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment tal-kumpannija debitriċi, meta din il-kundizzjoni ma tippermettix li jiġi eskluż li dan il-kreditu jista’ finalment ikun ta’ natura definittivament irrekuperabbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tissuġġetta r-rettifika tal-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-kundizzjoni li l-kreditu parzjalment jew totalment mhux imħallas ma jkunx inħoloq matul il-perijodu ta’ sitt xhur qabel id-dikjarazzjoni ta’ falliment tal-kumpannija debitriċi, meta din il-kundizzjoni ma tippermettix li jiġi eskluż li dan il-kreditu jista’ finalment ikun ta’ natura definittivament irrekuperabbli.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>