<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-830/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0830</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:100">EU:C:2021:100</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Campos Sánchez‑Bordona — Kawża C‑830/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Ir-Reġjun ta’ Wallonie (Appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Campos Sánchez‑Bordona</HT></P><P>ippreżentati fl‑<DATE ISO="20210204">4 ta’ Frar 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C‑830/19</P><P>C.J.</P><P>vs</P><P>Ir-Reġjun ta’ Wallonie</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Namur (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Namur, il-Belġju))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" ‑ " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Domanda preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>FAEŻR</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1305/2013</KEYWORD><KEYWORD>Regolament ta’ Delega (UE) Nru 807/2014</KEYWORD><KEYWORD>Appoġġ għall-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ</KEYWORD><KEYWORD>Bidwi żagħżugħ li jistabbilixxi ruħu ma’ bdiewa oħrajn mhux żgħażagħ</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Kalkolu tal-limitu superjuri</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ ugwaljanza</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-iskema ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1305/2013<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE> dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="487" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 347, p. 487</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="130" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 130, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> hija maħsuba sabiex tali appoġġ jingħata, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, lill-bdiewa żgħażagħ li, billi jkollhom il-ħila u l-kompetenza professjonali adegwati, jistabbilixxu ruħhom għall-ewwel darba bħala kapijiet ta’ azjenda agrikola<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Applikata għall-bdiewa żgħażagħ, il-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>kap ta’ azjenda<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, fit-tifsira tar-Regolament Nru 1305/2013, tirreferi għall-persuna li għandha kontroll effettiv u dejjiemi kemm tal-azjenda agrikola kif ukoll tal-ġestjoni tagħha.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Istati Membri jistgħu jimponu kundizzjonijiet għall-aċċess għal dan l-appoġġ għall-istabbiliment. B’mod partikolari, ir-Regolament Nru 1305/2013 jawtorizzahom jistabbilixxu l-limitu massimu ta’ produzzjoni, b’mod li l-kapijiet tal-azjendi agrikoli li jaqbżuh ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fil-Belġju, ir-regoli tar-Région wallonne (ir-Reġjun ta’ Wallonie, il-Belġju) stabbilixxew dan il-limitu massimu għal miljun euro ta’ produzzjoni grossa standard (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>PGS<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) għall-azjendi agrikoli li jinsabu fit-territorju tiegħu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>meta min jistabbilixxi ruħu jkun bidwi żagħżugħ<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Il-limitu jiżdied għal EUR <FT TYPE="NUMBER">1500000</FT> meta jistabbilixxu ruħhom żewġ bdiewa żgħażagħ jew iktar fl-istess ħin.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, bidwi żagħżugħ talab appoġġ għall-istabbiliment b’rabta ma’ azjenda agrikola li l-PGS tagħha qabżet il-limitu massimu, iżda li tiegħu kien koproprjetarju <HT TYPE="ITALIC">pro indiviso</HT> (f’parti terza) flimkien ma’ missieru u ma’ ommu. Huwa allega li kien jifforma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>assoċjazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT><QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> ma’ missieru u li t-tnejn li huma kienu jiġġestixxu l-azjenda agrikola li fuqha kellhom kontroll effettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Id-Dipartiment tal-Agrikoltura tar-Reġjun ta’ Wallonie rrifjuta l-appoġġ, billi argumenta li l-azjenda agrikola qabżet il-limitu massimu tal-PGS. Il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk id-dritt tal-Unjoni jipprekludix dispożizzjoni legali nazzjonali li, fl-istabbiliment ta’ dan il-limitu massimu, tevalwa l-azjenda agrikola kollha u mhux il-parti korrispondenti tal-bidwi żagħżugħ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1305/2013</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-premessa 17 tipprevedi li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[…] Miżura għall-iżvilupp tal-azjendi agrikoli u n-negozji għandha tiffaċilita l-istabbiliment inizjali ta’ bdiewa żgħażagħ u l-aġġustament strutturali tal-azjenda agrikola tagħhom wara l-istabbiliment inizjali. […] Għandu jiġi inkuraġġut ukoll l-iżvilupp ta’ azjendi żgħar, li potenzjalment huma ekonomikament vijabbli. […] L-appoġġ għal bidu ta’ negozju għandu jkopri biss il-perijodu inizjali tal-ħajja ta’ tali negozju u ma għandux isir għajnuna għall-operat. […]</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont il-punt 1(n) tal-Artikolu 2 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Skont il-formulazzjoni applikabbli fil-mument tal-preżentazzjoni tat-talba mressqa f’din il-kawża.</P></NOTE>, tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>bidwi żagħżugħ<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> dik il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>persuna li jkollha anqas minn 40 sena fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, li jkollha ħiliet u kompetenzi tax-xogħol adegwati u li tkun qiegħda tistabbilixxi lilha nnifisha għall-ewwel darba f’azjenda agrikola bħala l-kap ta’ dik l-azjenda<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(3) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Sabiex jiġi żgurat approċċ koerenti fit-trattament tal-benefiċjarji u biex jittieħed kont tal-ħtieġa għal perijodu ta’ adattament, fir-rigward tad-definizzjoni ta’ bidwi żagħżugħ stabbilita fil-paragrafu 1(n), il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati […] dwar il-kondizzjonijiet li skonthom persuna ġuridika tista’ tkun ikkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>bidwi żagħżugħ<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>, u l-istabbiliment ta’ perijodu ta’ grazzja għall-akkwist ta’ ħiliet fuq ix-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>F’konformità mal-Artikolu 5 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ żvilupp rurali li jikkontribwixxu għall-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, għandhom jiġu segwiti s-sitt prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, li jirriflettu fl-Objettivi Tematiċi rilevanti tal-QSK [Qafas Strateġiku Komuni]:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>it-titjib tal-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli u l-kompetittività tat-tipi kollha ta’ agrikoltura fir-reġjuni kollha u l-promozzjoni ta’ teknoloġiji agrikoli innovattivi u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-faċilitazzjoni tad-dħul ta’ bdiewa b’ħiliet adegwati fis-settur agrikolu u, b’mod partikolari, it-tiġdid ġenerazzjonali;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Żvilupp tal-azjenda agrikola u tan-negozju<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="019.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għajnuna biex jiġi stabbilit negozju għal:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>bdiewa żgħażagħ;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>l-iżvilupp ta’ azjendi agrikoli żgħar;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-appoġġ skont il-punt (a)(i) tal-paragrafu 1 għandu jingħata lil bdiewa żgħażagħ.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>L-appoġġ skont il-punt (a)(iii) tal-paragrafu 1 għandu jingħata lil azjendi agrikoli żgħar kif definit mill-Istati Membri.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-appoġġ skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jkun jiddependi fuq il-preżentazzjoni ta’ pjan tan-negozju. L-implimentazzjoni tal-pjan tan-negozju trid tibda fi żmien disa’ xhur mid-data tad-deċiżjoni li tingħata l-għajnuna.</ALINEA><ALINEA>Għal bdiewa żgħażagħ li jirċievu appoġġ skont il-punt (a)(i) tal-paragrafu 1, għandu jkun previst fil-pjan tan-negozju li l-bidwi żagħżugħ jikkonforma tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, rigward bdiewa attivi, fi żmien 18‑il xahar mid-data tal-istabbiliment.</ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-limiti massimi u minimi biex l-azjendi agrikoli jingħatalhom aċċess għal appoġġ skont il-punti (a)(i) u (a)(iii) tal-paragrafu 1. Il-limitu minimu għall-appoġġ skont il-punt (a)(i) tal-paragrafu 1 għandu jkun ogħla mil-limitu massimu għall-appoġġ skont il-punt (a)(iii) tal-paragrafu 1. L-appoġġ għandu jkun limitat għall-azjendi li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ impriżi mikro u żgħar.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u effettiv tar-riżorsi baġitarji tal-FAEŻR, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati […] li jistipula l-kontenut minimu tal-pjanijiet tan-negozju u l-kriterji li għandhom jintużaw mill-Istati Membri biex jiġu stabbiliti l-limiti msemmijin fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 807/2014<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni tal‑<DATE ISO="20140311">11 ta’ Marzu 2014</DATE> li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="227" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 227, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fil-premessa 2 tiegħu huwa pprovdut li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u japplikaw kundizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-aċċess għall-appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ f’każ li ma jkunux qed jiġu stabbiliti bħala kap waħdieni tal-azjenda. Sabiex jiġi assigurat it-trattament indaqs tal-benefiċjarji irrispettivament mill-forma legali li biha jagħżlu li jiġu stabbiliti f’azjenda agrikola, għandu jiġi pprovdut li l-kundizzjonijiet li bihom persuna ġuridika jew forma oħra ta’ sħubija tista’ titqies bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>bidwi żagħżugħ<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk ta’ persuna fiżika. Għandu jkun ipprovdut perijodu ta’ konċessjoni, twil biżżejjed biex jippermetti lill-bdiewa żgħażagħ jiksbu l-kwalifiki meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Skont il-premessa 5:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[…] Sabiex jiġi assigurat trattament ugwali bejn il-benefiċjarji madwar l-Unjoni u sabiex jiġi faċilitat il-monitoraġġ, il-kriterju li għandu jintuża għall-istabbiliment tal-limiti msemmija fl-Artikolu 19(4) [tar-Regolament Nru 1305/2013] għandu jkun il-potenzjal ta’ produzzjoni ta’ dik l-azjenda agrikola<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Il-bdiewa żgħażagħ<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u japplikaw kundizzjonijiet speċifiċi għall-aċċess għall-appoġġ meta bidwi żagħżugħ kif definit fl-Artikolu 2(1)(n) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ma jkunx qiegħed jistabbilixxi ruħu bħala kap waħdieni tal-azjenda, irrispettivament mill-forma legali tagħha. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk meħtieġa minn bidwi żagħżugħ li jistabbilixxi ruħu bħala kap waħdieni ta’ azjenda. Fil-każijiet kollha, il-kontroll fuq l-azjenda għandu jinżamm mill-bdiewa żgħażagħ.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-applikazzjoni għall-għajnuna tikkonċerna azjenda li tkun proprjetà ta’ persuna ġuridika, bidwi żagħżugħ fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(n) tar- Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandu jeżerċita kontroll effettiv u fit-tul fuq il-persuna ġuridika f’dak li jirrigwarda deċiżjonijiet relatati ma’ ġestjoni, benefiċċji u riskji finanzjarji. F’każijiet fejn diversi persuni fiżiċi, inkluż persuna li<?PAGE NO="5"?> mhijiex bidwi żagħżugħ/persuni li mhumiex bdiewa żgħażagħ, ikollhom sehem fil-kapital jew fil-ġestjoni tal-persuna ġuridika, il-bidwi żagħżugħ għandu jkun kapaċi jeżerċita dan il-kontroll effettiv u fit-tul waħdu jew b’mod konġunt ma’ bdiewa oħra.</ALINEA><ALINEA>Fejn persuna ġuridika tkun ikkontrollata biss jew ikkontrollata b’mod konġunt minn persuna ġuridika oħra, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw għal kwalunkwe persuna fiżika li jkollha kontroll fuq il-persuna ġuridika l-oħra.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(2) (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Żvilupp tal-azjendi agrikoli u n-negozju<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-limiti msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 f’termini tal-potenzjal ta’ produzzjoni tal-azjenda agrikola, imkejla bħala produzzjoni standard, kif definit fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1242/2008 <HT TYPE="SUP">[</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Regolament tal-Kummissjoni tat‑<DATE ISO="20081208">8 ta’ Diċembru 2008</DATE> li jistabbilixxi tipoloġija Komunitarja għal azjendi agrikoli (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 335, p. 3</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE><HT TYPE="SUP">]</HT> […], jew ekwivalenti.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE) 2017/2393<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20171213">13 ta’ Diċembru 2017</DATE> li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="350" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 350, p. 15</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Regolament Omnibus<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>).</P></NOTE> (ir-Regolament Omnibus)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fil-premessa 1 hemm ipprovdut li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>[…] [L]-esperjenza min-negozjati tal-programmi wriet li r-regoli għall-istabbiliment konġunt ta’ bdiewa żgħażagħ u l-limiti għall-aċċess għall-appoġġ meħtieġa taħt l-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom jiġu ċċarati, u li d-dispożizzjonijiet dwar id-durata tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għandhom jiġu ssimplifikati<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1, id-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>bidwi żagħżugħ<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, li hija inkluża fl-Artikolu 2(1)(n) tar-Regolament Nru 1305/2013, hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>[…] persuna li jkollha anqas minn 40 sena fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, li jkollha ħiliet u kompetenzi tax-xogħol adegwati u li tkun qiegħda tistabbilixxi lilha nnifisha għall-ewwel darba f’azjenda agrikola bħala l-kap ta’ dik l-azjenda; l-istabbiliment jista’ jsir b’mod individwali jew b’mod konġunt ma’ bdiewa oħrajn, irrispettivament mill-forma ġuridika tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 jemenda wkoll it-tielet paragrafu tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament Nru 1305/2013, li jsir il-ħames paragrafu b’din il-formulazzjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-limiti massimi u minimi għal kull benefiċjarju jew azjenda sabiex jagħtu aċċess għal appoġġ taħt il-punti (a)(i) u (a)(iii) tal-paragrafu 1. Il-limitu minimu għall-appoġġ taħt il-punt (a)(i) tal-paragrafu 1 għandu jkun ogħla mil-limitu massimu għall-appoġġ taħt il-punt (a)(iii) tal-paragrafu 1. L-appoġġ għandu jkun limitat għal azjendi li jaqgħu fid-definizzjoni ta’ impriżi mikro u żgħar<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/94<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat‑<DATE ISO="20181030">30 ta’ Ottubru 2018</DATE> li jemenda r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="019" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 19, p. 5</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 jemenda l-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014, li l-kontenut ġdid tiegħu jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-appoġġ għal bidwi żagħżugħ, skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(n) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-istabbiliment f’azjenda agrikola bħala l-kap ta’ dik l-azjenda b’mod konġunt ma’ bdiewa oħrajn għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk il-kundizzjonijiet meħtieġa għal bidwi żgħażugħ biex jistabbilixxi lilu nnfisu bħala l-kap uniku ta’ azjenda agrikola. Fil-każijiet kollha, il-bdiewa żgħażagħ għandu jkollhom kontroll fuq l-ażjenda agrikola kif definit bid-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-Arrêté du Gouvernement wallon (AGW) du <DATE ISO="20150910">10 septembre 2015</DATE> relatif aux aides au développement et à l’investissement dans le secteur agricole<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Digriet tal-Gvern ta’ Wallonie tal‑<DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE> dwar l-appoġġ għall-iżvilupp u l-investiment fis-settur agrikolu (Moniteur tal‑<DATE ISO="20151025">25 ta’ Ottubru 2015</DATE>), iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>DGW<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</P></NOTE></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-Artikolu 25 jipprevedi li fir-rigward tal-għoti ta’ appoġġ:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>L-azjenda agrikola ttrasferita jew maħluqa għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P>6. Il-produzzjoni grossa standard fis-sens tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1242/2008 […] għandha tikkonforma mal-limitu minimu u l-limitu massimu stabbiliti mill-Ministru. […]</P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-Arrêté ministériel du <DATE ISO="20150910">10 septembre 2015</DATE> exécutant l’AGW<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ordni Ministerjali tal‑<DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE> ta’ Implimentazzjoni tad-DGW (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>OMI<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>), fil-verżjoni stabbilita mill-Ordni Ministerjali tal‑<DATE ISO="20160321">21 ta’ Marzu 2016</DATE>, Moniteur tal‑<DATE ISO="20160404">4 ta’ April 2016</DATE>.</P></NOTE></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2), fil-verżjoni applikabbli f’dan il-każ, jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Il-limitu massimu msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 25(6) tad-[DGW] għandu jkun ta’ miljun euro meta min jistabbilixxi ruħu jkun bidwi żagħżugħ, u ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1500000</FT> meta jistabbilixxu ruħhom żewġ bdiewa żgħażagħ jew iktar fl-istess ħin<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-fatti, it-tilwima u d-domanda preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>C.J. akkwista l-proprjetà ta’ wieħed minn tlieta tal-azjenda agrikola li sa dak il-mument kienet tappartjeni kompletament lill-ġenituri tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan l-akkwist, C.J. kien beħsiebu jkompli jopera l-azjenda agrikola tal-familja, bħala bidwi żagħżugħ, billi jiġġestiha b’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>assoċjazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT><QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> ma’ missieru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Iż-żewġ terzi l-oħra tal-azjenda agrikola kienu proprjetà ta’ missier u ta’ omm C.J.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20160127">27 ta’ Jannar 2016</DATE>, C.J. talab lid-Dipartiment tal-Agrikoltura tar-Reġjun ta’ Wallonie appoġġ għall-istabbiliment (l-ewwel stabbiliment) f’isem l-assoċjazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> kkostitwita ma’ missieru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20161028">28 ta’ Ottubru 2016</DATE>, it-talba ġiet miċħuda minħabba li l-PGS tal-azjenda agrikola kienet taqbeż il-limitu massimu awtorizzat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali (miljun euro).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20161102">2 ta’ Novembru 2016</DATE>, C.J. ressaq ilment kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-appoġġ, fejn argumenta li, sabiex jiġi stabbilit il-limitu massimu tal-PGS, kellu jiġi kkunsidrat li l-proprjetà tal-azjenda agrikola tikkorrispondi għal tliet persuni u li l-kalkolu tal-PGS ma ħax inkunsiderazzjoni l-fattur tal-ħaddiema. Fil-fehma tiegħu, ikun iktar loġiku li l-limitu massimu jiġi interpretat abbażi tan-numru ta’ unitajiet ta’ xogħol li jinsabu fl-azjenda agrikola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20170217">17 ta’ Frar 2017</DATE>, id-Dipartiment tal-Agrikoltura (id-Direttorat tal-Istrutturi Agrikoli) tar-Reġjun ta’ Wallonie ċaħad l-ilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>C.J. appella kontra din id-deċiżjoni quddiem it-Tribunal de première instance de Namur (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Namur, il-Belġju), fejn talab li r-Reġjun ta’ Wallonie jiġi kkundannat iħallas EUR <FT TYPE="NUMBER">70000</FT>, bħala appoġġ għall-istabbiliment, flimkien mal-interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, dik il-qorti tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>L-Artikoli 2, 5 u 19 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 […], moqrija flimkien mal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 […], jipprekludu li, fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, l-Istati Membri jieħdu inkunsiderazzjoni l-ażjenda kollha u mhux biss sehem il-bidwi żagħżugħ fiha u/jew l-unitajiet ta’ xogħol (UX) sabiex jiġu ddeterminati l-limiti minimi u massimi meta l-ażjenda agrikola tkun organizzata taħt forma ta’ assoċjazzoni <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> li minnha l-bidwi żagħżugħ jakkwista sehem indiviż u jsir il-kap tal-ażjenda iżda mhux b’mod eżklużiv?<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fid-digriet tar-rinviju, il-qorti nazzjonali tirrifletti d-dubji tagħha fir-rigward ta’:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>L-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014, fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-aċċess għall-appoġġ tal-bidwi żagħżugħ li ma jistabbilixxix ruħu bħala kap uniku tal-azjenda agrikola u l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk meħtieġa minn bidwi żagħżugħ li jistabbilixxi ruħu bħala kap waħdieni ta’ azjenda agrikola<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</P></ITEM><ITEM><P>Il-kompatibbiltà ma’ din id-dispożizzjoni ta’ dispożizzjoni legali nazzjonali (l-Artikolu 7 tal-OMI) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>li ma tiħux inkunsiderazzjoni biss sehem il-bidwi żagħżugħ fl-azjenda agrikola jew l-unitajiet ta’ xogħol sabiex tistabbilixxi l-PGS li għandha tiġi kkunsidrata għall-finijiet tal-limitu massimu<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari ġiet irreġistrata fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20191115">15 ta’ Novembru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub minn C.J., mir-Reġjun ta’ Wallonie u mill-Kummissjoni. Fis-seduta, li saret fil‑<DATE ISO="20201125">25 ta’ Novembru 2020</DATE>, dehru biss ir-Reġjun ta’ Wallonie u l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-pożizzjonijiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>C.J. isostni, qabelxejn, li, fl-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014, il-mod magħżul mill-bdiewa sabiex jiġġestu l-azjenda agrikola tagħhom — f’dan il-każ, assoċjazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> — ma għandux jippreġudikahom jew jinvolvi differenzi fit-trattament. Insostenn ta’ dan jiċċita s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑<DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Landkreis Bad Dürkheim<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Kawża <REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑61/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:606">EU:C:2010:606</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Ikompli jargumenta li l-Artikolu 7 tal-OMI ma jiddistingwixxix bejn is-sitwazzjoni ta’ bidwi żagħżugħ li ma jistabbilixxix ruħu bħala kap uniku ta’ azjenda agrikola u dik ta’ bidwi żagħżugħ ieħor li jieħu f’idejh azjenda agrikola bħala kap esklużiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Għal C.J., l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014 jirrikjedi li l-kundizzjonijiet ta’ appoġġ jiġu adattati għal kull sitwazzjoni. Peress li huwa qiegħed jakkwista parti mill-azjenda agrikola tal-familja, il-limitu massimu għandu jiġi stabbilit billi tiġi kkunsidrata biss il-PGS li tikkorrispondi għal din il-parti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħu, minkejja li l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014 ma opponiex il-formula stabbilita mid-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni, din tal-aħħar tmur kontra d-dritt primarju tal-Unjoni, peress li fil-kalkolu tal-PGS tal-azjenda agrikola huma vvalutati l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>unitajiet ta’ xogħol<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> reali sabiex jiġi ddeterminat il-limitu minimu iżda mhux il-limitu massimu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Finalment, isostni li f’dan il-każ ikun hemm diskriminazzjoni doppja: dik li tirriżulta mill-użu ta’ dan il-metodu ta’ kalkolu tal-limitu u dik li jġarrab huwa nnifsu fil-konfront ta’ kwalunkwe bidwi żagħżugħ ieħor li, fl-istess ċirkustanzi, ikun għażel li jaqsam l-azjenda agrikola tal-familja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Ir-Reġjun ta’ Wallonie jargumenta, qabel kollox, li ma ċaħadx l-appoġġ minħabba l-forma ġuridika magħżula (assoċjazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>) iżda minħabba li l-azjenda agrikola taqbeż il-PGS stabbilita mid-dispożizzjoni legali nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Huwa jżid li l-objettiv tal-leġiżlazzjoni Ewropea ma huwiex l-għoti ta’ appoġġ mingħajr kundizzjonijiet lill-bdiewa żgħażagħ, tkun xi tkun il-PGS tal-azjenda agrikola, iżda biss lil dawk li jistabbilixxu ruħhom f’azjendi agrikoli li, minħabba l-istruttura tagħhom, jikkonformaw mal-kriterju tal-PGS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Skont ir-Reġjun ta’ Wallonie, l-appoġġ għall-istabbiliment ta’ bidwi żagħżugħ ma jikkostitwixxix dritt miksub irrispettivament mill-istruttura tal-azjenda agrikola.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-unitajiet ta’ xogħol ikun inkompatibbli mal-kunċett tal-PGS, li huwa stabbilit abbażi tal-karatteristiċi nnifishom tal-azjenda agrikola u mhux ta’ dawn l-unitajiet ta’ xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Għar-Reġjun ta’ Wallonie, is-suġġeriment li jintuża l-kriterju tal-unitajiet ta’ xogħol juri li r-rikorrent qiegħed jipprova jaqsam b’mod artifiċjali azjenda agrikola li ma tistax tinqasam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni targumenta li, għalkemm ir-Regolament Omnibus daħal fis-seħħ wara li tressqet it-talba tat-tilwima, id-dispożizzjonijiet tiegħu għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fid-digriet tar-rinviju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Insostenn ta’ din it-teżi, hija targumenta li, skont il-premessa 1 tar-Regolament Omnibus, l-emendi tiegħu jillimitaw ruħhom sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>jiċċaraw<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni għall-istabbiliment konġunt ta’ bdiewa żgħażagħ u l-limiti għall-aċċess għall-appoġġ previst fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament Nru 1305/2013.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fil-fehma tagħha, l-Artikoli 2, 5 u 19 tar-Regolament Nru 1305/2013, moqrija flimkien mal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014, ma jipprekludux li l-Istati Membri, sabiex jistabbilixxu l-limiti minimi u massimi, jieħdu inkunsiderazzjoni l-azjenda agrikola kollha u mhux biss il-parti li tikkorrispondi għall-bidwi żagħżugħ jew l-unitajiet ta’ xogħol, meta din l-azjenda agrikola tkun organizzata fil-forma ta’ assoċjazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> fejn il-bidwi żagħżugħ jakkwista sehem indiviż u jsir kap tal-azjenda agrikola iżda mhux b’mod esklużiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kummissjoni tifhem li, jekk ma tiġix ikkunsidrata l-parti akkwistata <HT TYPE="ITALIC">pro indiviso</HT> minn bidwi żagħżugħ ma’ bdiewa oħra li ma humiex żgħażagħ, jista’, ipotetikament, jinkiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza. Il-bidwi żagħżugħ li jistabbilixxi ruħu b’mod <HT TYPE="ITALIC">pro indiviso</HT> ma bidwi mhux żagħżugħ isib ruħu f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ dik tal-bidwi żagħżugħ li jistabbilixxi ruħu, b’mod <HT TYPE="ITALIC">pro indiviso</HT> wkoll, ma bidwi żagħżugħ ieħor<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Fis-seduta, il-Kummissjoni ċċarat li dawn l-argumenti, fil-verità ma affettwawx ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda preliminari. Ara iktar ’il quddiem il-punti 105 u 106 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">IV. Analiżi</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Dettalji preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Qabel ma nidħol fil-mertu tad-domandi, huma meħtieġa żewġ kjarifiki.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>L-ewwel waħda tikkonċerna r-riferiment tal-qorti tar-rinviju għal-limitu minimu applikabbli għall-azjendi agrikoli. Billi l-uniku għan tad-diskussjoni huwa l-analiżi tal-impatt tal-limitu massimu tal-PGS tal-azjenda agrikola, naqbel mal-Kummissjoni li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiffoka fuq dan il-fattur u mhux fuq il-limitu minimu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>It-tieni kjarifika tikkonċerna d-dispożizzjonijiet legali applikabbli tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Id-domandi tal-qorti tar-rinviju huma limitati għall-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 1305/2013 u tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014. It-tnejn li huma kienu fis-seħħ fil-mument (fis‑<DATE ISO="20160127">27 ta’ Jannar 2016</DATE>) li fih ġiet ippreżentata t-talba li ċ-ċaħda tagħha wasslet għat-tilwima.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, madankollu, tikkunsidra li l-interpretazzjoni taż-żewġ regolamenti għandha ssir fid-dawl tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>kjarifiki<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> li r-Regolament Omnibus għamel fuq l-ewwel wieħed u li daħal fis-seħħ fl‑<DATE ISO="20180101">1 ta’ Jannar 2018</DATE> (jiġifieri, wara li ngħatat id-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-appoġġ).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Il-premessa 1 tar-Regolament Omnibus tiddikjara li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>r-regoli għall-istabbiliment konġunt ta’ bdiewa żgħażagħ u l-limiti għall-aċċess għall-appoġġ meħtieġa taħt l-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom jiġu <HT TYPE="ITALIC">ċċarati</HT><QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Madankollu, ir-Regolament Omnibus, iktar milli jillimita ruħu sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>jiċċara<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1305/2013, introduċa emendi ta’ ċerta importanza, fosthom:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Ir-Regolament Nru 1305/2013 ikkunsidra biss il-possibbiltà li l-Istati Membri jimplimentaw il-limiti massimi u minimi għal kull <HT TYPE="ITALIC">azjenda agrikola</HT>, filwaqt li r-Regolament Omnibus issa jagħtihom il-possibbiltà li jimplimentawhom ukoll għal kull <HT TYPE="ITALIC">benefiċjarju</HT>.</P></ITEM><ITEM><P>Ir-Regolament Omnibus jagħti formulazzjoni ġdida lid-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>bidwi żagħżugħ<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> li tinsab fl-Artikolu 2(1)(n) tar-Regolament Nru 1305/2013, billi jaċċetta li wieħed jista’ jistabbilixxi ruħu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>b’mod individwali jew b’mod konġunt ma’ bdiewa oħrajn, irrispettivament mill-forma ġuridika tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Huwa minnu li dawn l-emendi ma għandhomx impatt sinjifikattiv f’din it-tilwima, peress li:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni aċċettat il-kriterju oġġettiv tal-azjenda agrikola (u mhux dak suġġettiv tal-benefiċjarju), skont kif permess mir-Regolament Nru 1305/2013 u kif ikompli jippermetti r-Regolament Omnibus. Minn din il-perspettiva, għaldaqstant id-dispożizzjoni legali nazzjonali ssegwi dak li hemm stabbilit fiż-żewġ regolamenti.</P></ITEM><ITEM><P>L-innovazzjoni fir-rigward tal-kunċett ta’ bidwi żagħżugħ diġà kienet tinsab fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014. F’dan il-punt, ir-Regolament Omnibus għamel l-emenda tiegħu ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>ċerti elementi mhux essenzjali<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> tar-Regolament Nru 1305/2013, li wettaq ir-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Bl-adozzjoni tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014, il-Kummissjoni segwiet id-delegazzjoni mogħtija lilha b’mod espliċitu mir-Regolament Nru 1305/2013 f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE.</P></NOTE>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Irrispettivament mill-konkordanza materjali bejn ir-Regolament Nru 1305/2013 u r-Regolament Omnibus, fir-rigward tal-oġġett ta’ din it-tilwima, strettament, il-leġiżlazzjoni li, <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, tirriżulta applikabbli għalih hija dik li tinkludi l-ewwel wieħed minn dawn ir-regolamenti u, b’delega, ir-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Skop u għan tar-Regolament Nru 1305/2013</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1305/2013 jistabbilixxi sensiela ta’ regoli ġenerali li għandhom jirregolaw l-appoġġ għall-iżvilupp rurali ffinanzjat permezz tal-FAEŻR. Barra minn hekk, huwa jistabbilixxi l-objettivi li għandha tikkontribwixxi għalihom il-politika ta’ żvilupp rurali u l-prijoritajiet korrispondenti tal-Unjoni, billi jiġu kkunsidrati l-miżuri adegwati sabiex jimplimentawha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1305/2013 jispeċifika sitt prijoritajiet ta’ żvilupp rurali. Fosthom, it-tieni waħda dwar it-titjib tal-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli, hija dik li hija ta’ interess hawnhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Din il-prijorità, skont kif ipprovdut fl-Artikolu 5(2)(a) u (b) tar-Regolament Nru 1305/2013, għandha tagħmel <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>enfasi<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> fuq żewġ objettivi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>it-titjib tal-prestazzjoni ekonomika tal-azjendi agrikoli kollha u l-faċilitazzjoni tar-ristrutturar u l-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli […]<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>; u</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>il-faċilitazzjoni tad-dħul ta’ bdiewa b’ħiliet adegwati fis-settur agrikolu u, b’mod partikolari, it-tiġdid ġenerazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Ladarba jkunu ġew iddefiniti l-prijoritajiet ta’ żvilupp rurali tal-Unjoni, it-Titolu III tar-Regolament Nru 1305/2013 jipprevedi l-appoġġ li għandu jikkontribwixxi speċifikament għall-kisba ta’ waħda jew iktar minn dawn il-prijoritajiet (l-Artikolu 13).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-appoġġ għall-iżvilupp ta’ azjendi agrikoli u impriżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 1305/2013 jirregola l-miżuri maħsuba għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>iżvilupp tal-azjenda agrikola u tan-negozju<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, li fosthom jinkludu dawk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>biex jiġi stabbilit negozju għal […] bdiewa żagħżagħ […] [jew għal]l-iżvilupp ta’ azjendi agrikoli żgħar<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>L-istess tip ta’ appoġġ jinkludi dak li jippromwovi l-investimenti fil-ħolqien u l-iżvilupp ta’ attivitajiet mhux agrikoli u ħlas lil bdiewa żgħar li jittrasferixxu l-azjendi agrikoli tagħhom lil bdiewa oħra.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>L-appoġġ inkwistjoni f’din it-tilwima huwa dak li jikkorrispondi għall-ħolqien ta’ impriżi għall-bdiewa żgħażagħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Il-qari tal-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament Nru 1305/2013 jenfasizza li dan it-tip ta’ appoġġ ma jingħatax sabiex jiffavorixxi, b’mod mhux diskriminatorju, il-ħolqien ta’ kwalunkwe impriża agrikola, iżda biss il-ħolqien ta’ dawk li jikkonformaw ma’ sensiela ta’ kundizzjonijiet, f’termini tal-proprjetarji tagħhom, l-attivitajiet tagħhom jew id-dimensjonijiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament Nru 1305/2013 jirriżerva b’mod espliċitu dan it-tip ta’ appoġġ għal: i) il-bdiewa żgħażagħ; ii) l-attivitajiet mhux agrikoli f’żoni rurali; u iii) l-iżvilupp tal-azjendi agrikoli żgħar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>It-tielet subparagrafu tal-istess Artikolu 19(4) <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT> jipprevedi li dan it-tip ta’ għajnuna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>għandu jkun limitat għall-azjendi li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ impriżi mikro u żgħar<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Din id-definizzjoni tinsab fl-Artikolu 2 tal-Anness 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat‑<DATE ISO="20010112">12 ta’ Jannar 2001</DATE> dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna ta’ l-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 141), fil-verżjoni tiegħu emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2004 tal‑<DATE ISO="20040225">25 ta’ Frar 2004</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 64). Skont din id-dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>[i]l-kategorija ta’ mikroimpriżi, impriżi żgħar u medji (SMEs) hija kkostitwita mill-impriżi li għandhom inqas minn 250 impjegat u li l-bejgħ ta’ kull sena ma jaqbiżx il-50 miljun euro jew li l-bilanċ totali ta’ kull sena ma jaqbiżx it 43 miljun euro<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> (punt 1). Fil-kategorija tal-SMEs, il-punt 2 ta’ dan l-artikolu jiddefinixxi impriża żgħira bħala dik li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>timpjega anqas minn 50 ruħ u li l-valur ta’ l-introjtu tagħha ta’ kull sena u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jaqbiżx l-10 miljun EUR<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>. Finalment, il-punt 3 tad-dispożizzjoni jikkaratterizza mikroimpriża bħala dik li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>timpjega anqas minn għaxra min-nies u li l-valur ta’ l-introjtu tagħha ta’ kull sena u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jaqbiżx iż-zewg miljun Ewro<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fil-verità, l-appoġġ kollu kkunsidrat fl-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 1305/2013 huwa rriżervat għall-azjendi agrikoli żgħar. Dan huwa l-każ, b’mod ċar u b’definizzjoni, fil-każ ta’ dak li jissarraf fi ħlasijiet lil bdiewa żgħar; iżda wkoll f’dak li jinvolvi investimenti għall-ħolqien u l-iżvilupp ta’ attivitajiet mhux agrikoli, li jingħataw lil mikroimpriżi u impriżi żgħar, skont kif previst fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 1305/2013<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Dan l-appoġġ tal-aħħar jingħata wkoll, b’mod ġeneriku, lill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>persuni fiżiċi f’żoni rurali<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> u lill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>bdiewa jew lill-membri tal-unità tal-familja ta’ azjenda agrikola<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, skont kif tindika l-istess dispożizzjoni. Madankollu, il-premessa 17 tar-Regolament Nru 1305/2013 tagħmel enfasi fuq il-ħtieġa li jiġi promoss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>l-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ SMEs mhux agrikoli f’żoni rurali<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, fejn għaldaqstant tenfasizza, fil-fehma tiegħi, ir-rieda tal-leġiżlatur li jiffoka wkoll fuq l-azjendi agrikoli żgħar l-isforzi ta’ finanzjament fil-qafas tal-ħolqien u l-iżvilupp ta’ attivitajiet mhux agrikoli.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, u għal dak li huwa ta’ importanza hawnhekk, l-Artikolu 19(4) tar-Regolament Nru 1305/2013 huwa eżawrjenti fl-indikazzjoni li l-appoġġ maħsub għall-ħolqien ta’ impriżi jkun limitat għall-azjendi agrikoli li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ mikroimpriżi u impriżi żgħar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Dispożizzjoni legali li tinżamm wara l-emenda tad-dispożizzjoni mir-Regolament Omnibus.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Minn din il-premessa, jista’ jiġi dedott li l-azjendi agrikoli żgħar huma l-uniċi destinatarji tal-appoġġ previst mir-Regolament Nru 1305/2013 fil-qafas tal-politika ta’ titjib tal-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">B’mod partikolari, l-appoġġ maħsub għall-ħolqien ta’ impriżi għal bdiewa żgħażagħ</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Mill-istruttura tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament Nru 1305/2013 jidher ċar li l-appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ huwa stabbilit abbażi tal-appoġġ għall-azjendi agrikoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Skont din l-orjentazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw limiti massimi u minimi sabiex l-azjendi agrikoli jkun jista’ jkollhom aċċess għall-appoġġ skont l-Artikolu 19(1)(a)(i) tar-Regolament Nru 1305/2013 (appoġġ favur il-bdiewa żgħażagħ).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Il-leġiżlatur tal-Unjoni, essenzjalment, għażel li jippromwovi l-aċċess taż-żgħażagħ għall-attività agrikola bħala fattur li jista’ jvarja tal-politika ta’ promozzjoni tal-ħolqien ta’ impriżi għall-iżvilupp ta’ azjendi agrikoli żgħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Dan jista’ jiġi dedott mill-kliem li bih l-Artikolu 19(4) tar-Regolament Nru 1305/2013 jimponi kundizzjonijiet fuq il-libertà tal-Istati Membri billi jintroduċi l-limiti massimi u minimi għall-aċċess għal dan it-tip ta’ appoġġ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni, il-limitu minimu sabiex wieħed ikun eliġibbli għall-appoġġ, bħala bidwi żagħżugħ, għandu jkunu ogħla mil-limitu massimu stabbilit sabiex wieħed ikun eliġibbli għall-appoġġ għall-iżvilupp ta’ azjendi agrikoli żgħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(4) tar-Regolament Nru 1305/2013 jiffavorixxi l-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ billi jiżguralhom li, fil-każ tagħhom, il-limitu minimu sabiex jinkiseb l-appoġġ ikun ogħla minn dak massimu stabbilit għall-mikroimpriżi u l-azjendi agrikoli żgħar. Fi kliem ieħor, jiżguralhom li, jekk jistabbilixxu ruħhom f’azjenda agrikola żgħira, ikunu jistgħu jaċċessaw appoġġ taħt kundizzjonijiet iktar favorevoli minn dawk stabbiliti għall-bdiewa mhux żgħażagħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, naqbel mar-Reġjun ta’ Wallonie li r-Regolament Nru 1305/2013 jippermetti li l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali ma jipprevedux appoġġ awtonomu u mingħajr kundizzjonijiet għall-bdiewa żgħażagħ abbażi biss tal-kundizzjonijiet personali tagħhom (ta’ età u taħriġ), iżda skont il-karatteristiċi tal-azjendi agrikoli li jistabbilixxu ruħhom fihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>L-iskema ta’ appoġġ prevista mir-Regolament Nru 1305/2013, li tippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu limiti massimi għalih, tista’ għaldaqstant tinftiehem bħala leġiżlazzjoni nazzjonali li, fir-rigward tal-bdiewa żgħażagħ, torbothom mal-karatteristiċi tal-azjendi agrikoli li jistabbilixxu ruħhom fihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Li jiġi sostnut l-oppost ikun ekwivalenti għal ċaħda li l-kundizzjonijiet determinanti għall-għoti tal-appoġġ lill-bdiewa żgħażagħ jiġu stabbiliti mill-informazzjoni <HT TYPE="ITALIC">oġġettiva</HT> (superfiċji, produzzjoni u fatturi oħra) tal-azjendi agrikoli, billi jiġi impost bħala kriterju uniku dak tal-kwalitajiet <HT TYPE="ITALIC">suġġettivi</HT> tal-benefiċjarji. Ir-Regolament Nru 1305/2013, intenni, iħeġġeġ, għall-kuntrarju, li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tikkonforma biss mal-kriterju (oġġettiv) tal-azjenda agrikola<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ir-Regolament 2017/2393, li ma huwiex applikabbli għall-każ, jippermetti li jiġi ssodisfatt il-kriterju tal-benefiċjarju, iżda mingħajr ma jeskludi l-kriterju tal-azjenda agrikola li ntgħażel mil-leġiżlatur nazzjonali fil-leġiżlazzjoni inkwistjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Li jiġu injorati l-karatteristiċi oġġettivi jippermetti l-għoti ta’ appoġġ lil kull tip ta’ azjenda agrikola. Kemm lil dawk li, b’adattament għad-definizzjoni ta’ mikroimpriża jew impriża żgħira, jaqbżu l-PGS (li permezz tagħha, u f’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014, jitkejjel il-potenzjal ta’ produzzjoni għall-finijiet ta’ stabbiliment tal-limitu massimu indikat fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament Nru 1305/2013) kif ukoll għall-azjendi agrikoli li ma jikkonformaw xejn ma’ din id-definizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>F’din l-ipoteżi, għall-azjendi agrikoli żgħar — li l-iżvilupp tagħhom huwa essenzjalment inkwistjoni — jonqos il-volum tal-appoġġ disponibbli, li jkollhom jaqsmuh ma’ azjendi agrikoli b’inqas bżonn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fil-qosor, mill-ispeċifikazzjonijiet kollha tar-Regolament Nru 1305/2013 jista’ jiġi dedott li l-leġiżlatur tal-Unjoni xtaq jorbot l-appoġġ maħsub għall-bdiewa żgħażagħ mal-ħolqien u l-iżvilupp ta’ azjendi agrikoli żgħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Hija għaldaqstant magħquda r-risposta għal żewġ domandi: dawk li huma tipiċi ta’ dawn it-tipi ta’ azjendi agrikoli, minħabba d-daqs ekonomiku tagħhom, u dawk li ġeneralment jakkumpanjaw liż-żgħażagħ li jiddeċiedu li jidħlu għal attività ekonomika, b’mod partikolari, fis-settur tal-agrikoltura.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Il-korollarju ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq huwa li d-dispożizzjoni legali nazzjonali (f’dan il-każ, l-Artikolu 7(2) tal-OMI, moqri flimkien mal-punt 6 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 25 tal-AGW) tikkonforma mar-Regolament Nru 1305/2013 meta tadotta bħala kriterju oġġettiv il-PGS tal-azjenda agrikola li fiha jixtieq jistabbilixxi ruħu l-bidwi żagħżugħ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-inċidenza tal-fattur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>unitajiet ta’ xogħol<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Fit-talba tiegħu mressqa quddiem l-Amministrazzjoni tar-Reġjun ta’ Wallonie, C.J. allega li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>jkun iktar loġiku li l-limitu [massimu] tal-azjenda agrikola jiġi interpretat skont in-numru ta’ unitajiet ta’ xogħol preżenti fl-azjenda agrikola<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>L-Artikolu 1(26) tad-DGW jiddefinixxi l-unità ta’ xogħol bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>r-relazzjoni bejn, minn naħa, in-numru ta’ sigħat ta’ xogħol li twettqu kull sena fl-azjenda agrikola — fejn dan in-numru jkun ta’ <FT TYPE="NUMBER">1800</FT> siegħa bħala massimu, mingħajr ma jingħadd in-numru ta’ sigħat ta’ xogħol imwettqa matul l-istess perijodu barra l-azjenda agrikola — u, min-naħa l-oħra, il-valur ta’ <FT TYPE="NUMBER">1800</FT> siegħa ta’ xogħol<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, C.J. jinsisti li l-leġiżlazzjoni reġjonali ma tikkunsidrax lill-unitajiet ta’ xogħol fil-kalkolu tal-limitu massimu bbażat fuq il-PGS tal-azjenda agrikola. Dawn l-unitajiet ta’ xogħol, madankollu, jintużaw biex jiġi stabbilit il-limitu massimu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Id-disparità bejn l-istabbiliment tal-fatturi li jikkontribwixxu għall-istabbiliment tal-limiti massimi u minimi tista’ tkun, eventwalment, ikkritikata minn perspettivi oħra, iżda ma tiksirx ir-Regolament Nru 1305/2013, li l-Artikolu 19(4) tiegħu jagħti libertà lill-Istati Membri sabiex jispeċifikaw il-fatturi determinanti tal-limiti massimi u minimi li għandhom josservaw l-azjendi agrikoli li fihom għandhom jistabbilixxu ruħhom il-bdiewa żgħażagħ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-bidwi żagħżugħ li ma jistabbilixxix ruħu bħala kap uniku ta’ azjenda agrikola</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014 jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>[l]-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u japplikaw kundizzjonijiet speċifiċi għall-aċċess għall-appoġġ meta bidwi żagħżugħ […] ma jkunx qiegħed jistabbilixxi ruħu bħala kap waħdieni tal-azjenda, irrispettivament mill-forma legali tagħha. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk meħtieġa minn bidwi żagħżugħ li jistabbilixxi ruħu bħala kap waħdieni ta’ azjenda<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Wieħed mid-dubji ta’ interpretazzjoni mqajma mill-qorti tar-rinviju jikkonċerna l-<HT TYPE="ITALIC">ekwivalenza</HT> tal-kundizzjonijiet, li, finalment, ifisser kwistjoni ta’ ugwaljanza. Għaldaqstant, qabel ma ssir l-analiżi tiegħi, għandha ssir l-identifikazzjoni tas-suġġetti li s-sitwazzjoni tagħhom hija kkomparata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014, minn naħa, jindirizza l-bidwi żagħżugħ li jistabbilixxi ruħu flimkien ma’ persuni oħra; u, min-naħa l-oħra, il-bidwi żagħżugħ li jistabbilixxi ruħu bħala kap uniku tal-azjenda agrikola, waħdu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 1305/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom persuna ġuridika tista’ titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>bidwi żagħżugħ<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>. Fuq din il-bażi, l-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014 jippermetti li, jekk it-talba għal appoġġ tkun tirrigwarda azjenda agrikola li hija proprjetà ta’ persuna ġuridika, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>bidwi żagħżugħ […] għandu jeżerċita kontroll effettiv u fit-tul fuq il-persuna ġuridika f’dak li jirrigwarda deċiżjonijiet relatati ma’ ġestjoni, benefiċċji u riskji finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-persuna li talbet l-appoġġ ma kinitx persuna ġuridika li tista’ titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>bidwi żagħżugħ<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>, iżda persuna fiżika li teżerċita l-attività tagħha fl-azjenda agrikola, permezz ta’ assoċjazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> ma’ missierha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Fl-ipoteżi li din l-assoċjazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> tista’ tiġi kklassifikata, skont id-dritt Belġjan, bħala persuna ġuridika (fatt miċħud mir-Reġjun ta’ Wallonie u mill-Kummissjoni), għandha tkun il-proprjetarja tal-azjenda agrikola u C.J. għandu jeżerċita l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>kontroll effettiv<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> fuq din (l-allegata) persuna ġuridika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Għalkemm dawn huma suġġetti li finalment għandhom jiġu vverifikati mill-qorti tar-rinviju, mill-informazzjoni li tinsab fid-digrieti jidher li: a) il-proprjetà tal-azjenda agrikola ma hijiex ta’ persuna ġuridika, iżda ta’ tliet persuni fiżiċi; u b) li C.J. ma jeżerċitax kontroll effettiv fuqhom, iżda huwa wieħed mid-diretturi ta’ din l-azjenda agrikola<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Osservazzjonijiet bil-miktub ta’ C.J., punt 1, fejn jagħmel riferiment għall-<HT TYPE="ITALIC">addenda</HT> tat‑<DATE ISO="20151222">22 ta’ Diċembru 2015</DATE> tal-ftehim iffirmat ma’ missieru fl‑<DATE ISO="20150301">1 ta’ Marzu 2015</DATE>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, bħalma indika r-Reġjun ta’ Wallonie, it-talba għal appoġġ ma ġietx miċħuda abbażi tal-forma legali magħżula minn C.J. sabiex jistabbilixxi ruħu fl-azjenda agrikola mal-ġenituri tiegħu, iżda għaliex il-PGS ta’ din l-azjenda agrikola kienet taqbeż il-limitu massimu stabbilit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Id-dubju għaldaqstant jirriduċi ruħu għall-kuntrast bejn żewġ settijiet ta’ kundizzjonijiet:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>dawk meħtieġa minn bidwi żagħżugħ (persuna fiżika) li, bħalma qiegħed iseħħ hawnhekk, jistabbilixxi ruħu ma’ bdiewa oħra;</P></ITEM><ITEM><P>dawk meħtieġa minn bidwi żagħżugħ li jistabbilixxi ruħu waħdu.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Delega Nru 807/2014, iż-żewġ kundizzjonijiet għandhom ikunu <HT TYPE="ITALIC">ekwivalenti</HT>. Għandu għaldaqstant jiġi analizzat jekk is-sistema adottata mir-Reġjun ta’ Wallonie tissodisfax dan ir-rekwiżit ta’ ekwivalenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Bħalma diġà ngħad, il-limitu massimu kkunsidrat mid-dispożizzjoni legali nazzjonali sabiex wieħed jaċċessa l-appoġġ huwa ta’ miljun euro ta’ PGS għall-azjenda agrikola li fiha jistabbilixxi ruħu bidwi żagħżugħ (suġġett għal dak li ser inżid immedjatament).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Dan il-kriterju oġġettiv, li jikkunsidra biss il-produzzjoni tal-azjenda agrikola, jinjora l-persuna u n-numru tal-kapijiet tal-azjenda agrikola li għaliha huwa mitlub l-appoġġ. Konsegwentement, ma jeskludix li l-benefiċjarji tal-appoġġ ikunu diversi kapijiet, b’forma legali waħda jew oħra, għalkemm il-kriterju ta’ riferiment għall-istabbiliment tal-limitu dejjem ser ikun il-PGS tal-azjenda agrikola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>B’hekk, il-bidwi żagħżugħ li ma jistabbilixxix ruħu bħala kap uniku ta’ azjenda agrikola (kif inhu l-każ ta’ C.J.) huwa meħtieġ li jissodisfa l-istess kundizzjoni bħal dik tal-bidwi żagħżugħ li jistabbilixxi ruħu waħdu: fiż-żewġ każijiet, il-limitu massimu għall-aċċess għall-appoġġ għandu jkun il-PGS tal-azjenda agrikola li fiha jistabbilixxu ruħhom it-tnejn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Il-kundizzjonijiet meħtieġa minn C.J., għaldaqstant, ma għadhomx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> għal dawk meħtieġa minn bidwi żagħżugħ li jistabbilixxi ruħu waħdu, iżda huma l-istess.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Il-pożizzjoni sostnuta minn C.J. hija bbażata fuq il-fatt li l-ekwivalenza mistennija mil-leġiżlatur tal-Unjoni tobbliga l-esklużjoni tal-kriterju unitarju tal-azjenda agrikola u s-sostituzzjoni tiegħu, meta bidwi żagħżugħ jistabbilixxi ruħu ma’ oħrajn, b’dak tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-azjenda agrikola kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>It-teħid ta’ dan l-approċċ jimplika s-sostituzzjoni tal-kriterju tal-azjenda agrikola b’dak tal-benefiċjarju. Irrispettivament minn x’kienet il-PGS tal-azjenda agrikola li stabbilixxa ruħu fih C.J., dan tal-aħħar ikollu d-dritt għall-appoġġ jekk is-sehem tiegħu stess ta’ proprjetà f’din l-azjenda agrikola ma jaqbiżx il-PGS stabbilita mid-dispożizzjoni legali nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Tali approċċ — li huwa miċħud mir-Reġjun ta’ Wallonie u mill-Kummissjoni — la jikkonforma mar-regola nazzjonali u lanqas mal-għan tar-Regolament Nru 1305/2013 li indirizzajt f’punti preċedenti ta’ dawn il-konklużjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Madankollu huwa minnu li l-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-Reġjun ta’ Wallonie tagħmel eċċezzjoni fil-każ li bidwi żagħżugħ jistabbilixxi ruħu ma’ bidwi żagħżugħ ieħor jew iktar. F’dan il-każ, il-limitu massimu ma għandux ikun ta’ miljun euro iżda ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1500000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Din hija eċċezzjoni relattiva, peress li l-limitu massimu ma jiżdiedx skont kemm‑il darba jistabbilixxu ruħhom bdiewa żgħażagħ fl-istess azjenda agrikola; kemm jekk ikunu tnejn jew ħamsa, l-estensjoni hija limitata għal EUR <FT TYPE="NUMBER">500000</FT> (jiġifieri, ma hijiex immultiplikata skont kemm ikun hemm benefiċjarji). Għal darba oħra, il-kriterju tal-azjenda agrikola huwa l-bażi tal-iskema, anki jekk jiġi aġġustat fid-dawl tal-pluralità tal-benefiċjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Mill-informazzjoni li tinsab fid-digrieti jidher li l-PGS tal-azjenda agrikola (li terz tagħha huwa tar-rikorrent) taqbeż ferm il-EUR <FT TYPE="NUMBER">1500000</FT>. Għaldaqstant, ma jkunx neċessarju li ssir investigazzjoni fuq l-applikazzjoni tiegħu f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet imsemmija sa issa jwasslu sabiex niffinalizza dawn il-konklużjonijiet hawnhekk, peress li ċ-ċaħda tal-appoġġ inkwistjoni tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dritt nazzjonali li, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, għażel b’mod leġittimu l-kriterju oġġettiv tal-PGS tal-azjenda agrikola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, il-Kummissjoni ħadet id-dibattitu f’livell iktar astratt, fejn issostni l-eżitu diskriminatorju eventwali li bih id-dritt nazzjonali jista’ jwassal f’diversi ipoteżijiet, li l-ebda waħda minnhom, madankollu, ma hija konformi maċ-ċirkustanzi tat-tilwima inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>Madankollu, l-istess Kummissjoni, fis-seduta kkorroborat dak li diġà hija ddikjarat bil-miktub: li l-kriterju oġġettiv aċċettat mill-Artikolu 25 tad-DGV (u l-iżvilupp tiegħu fl-OMI) huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u wassal direttament, fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, għas-soluzzjoni sostnuta mir-Reġjun ta’ Wallonie.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Ir-riflessjonijiet sussegwenti għaldaqstant ikollhom natura sempliċement sussidjarja, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tadotta l-perspettiva li, minkejja l-fatt li l-istess Kummissjoni taqbel dwar is-soluzzjoni ċara tat-tilwima, għandha ssir diskussjoni (ninsisti, ta’ natura ferm iktar teoretika) dwar il-kwistjoni mqajma fit-tieni parti tal-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>Din id-diskussjoni tikkonċerna jekk hemmx ugwaljanza fit-trattament differenti mogħti (1) lill-bidwi żagħżugħ li jistabbilixxi ruħu ma’ bdiewa mhux żgħażagħ, meta mqabbel ma’ dak mogħti (2) lill-bidwi żagħżugħ li jistabbilixxi ruħu ma’ bdiewa żgħażagħ. Is-soluzzjoni tagħha teħtieġ id-determinazzjoni ta’ jekk is-sitwazzjonijiet ta’ wieħed u ta’ ieħor humiex ekwivalenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, ma humiex ekwivalenti, b’mod li d-dritt nazzjonali jista’ jittrattahom b’mod differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110.</NO.P><TXT>Il-bidwi żagħżugħ li jistabbilixxi ruħu ma’ bdiewa oħra mhux żgħażagħ (li, bħalma jseħħ hawnhekk, diġà jiġġestixxu azjenda agrikola) ikollu sensiela ta’ vantaġġi li ma jgawdix minnhom il-bidwi żagħżugħ li jistabbilixxi ruħu ma’ bidwi żagħżugħ ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111.</NO.P><TXT>Il-vantaġġ li jispikka l-iktar huwa dak tal-assistenza li jistgħu jiksbu mingħand il-bdiewa mhux żgħażagħ, l-għarfien tas-suq tagħhom u l-preżenza tagħhom fiċ-ċrieki kummerċjali. Min-naħa l-oħra, il-bidwi żagħżugħ li jistabbilixxi ruħu, għall-ewwel darba, ma’ ieħor fl-istess kundizzjoni ma għandux, fil-prinċipju, dan l-appoġġ bħala punt tat-tluq, li jiġġustifika l-eċċezzjoni favurih (b’mod limitat) mill-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tal-appoġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112.</NO.P><TXT>Ninsisti wkoll f’dan ir-rigward li l-appoġġ previst fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament Nru 1305/2013 huwa intiż għall-ħolqien ta’ impriżi. Skont dak li huwa ddikjarat fil-premessa 17 ta’ dan ir-regolament, huwa għandu jkopri l-perijodu inizjali tal-ħajja tal-impriża u ma għandux jinbidel f’appoġġ għall-operat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113.</NO.P><TXT>Finalment, huwa intiż sabiex jgħin lill-bidwi żagħżugħ u, jekk id-dritt nazzjonali jipprevedi hekk, jgħinu iktar meta jistabbilixxi ruħu ma’ bidwi żagħżugħ ieħor. Din l-assistenza supplimentari tippermetti li tiġi distinta s-sitwazzjoni tiegħu minn dik tal-bidwi żagħżugħ li jistabbilixxi ruħu ma’ bdiewa mhux żgħażagħ, peress li dawn tal-aħħar jgħinu sabiex jiffaċilitaw is-sitwazzjoni tiegħu tal-bidu bl-esperjenza tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>F’ċirkustanzi bħal dawk ta’ C.J., il-bidwi żagħżugħ għandu l-vantaġġ li s-sehem tiegħu fl-azjenda agrikola kollha jidħol f’entità li l-prestazzjoni tagħha ma tistax tieqaf milli tibbenefika minn xi parti minnu.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114.</NO.P><TXT>L-istabbiliment ma’ bdiewa mhux żgħażagħ, għall-bidwi żagħżugħ jagħti, intenni, sensiela ta’ vantaġġi li ma jgawdix minnhom dak li jistabbilixxi ruħu ma’ bdiewa żgħażagħ oħra. Sa dan l-istess punt, is-sehem ta’ proprjetà li għandu bidwi żagħżugħ f’azjenda agrikola li fiha jwettqu l-attività tagħhom bdiewa oħra mhux żgħażagħ jipparteċipa fis-sinerġija maħluqa mill-partijiet kollha li jikkostitwixxu l-azjenda agrikola sħiħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115.</NO.P><TXT>Dan is-sehem tal-proprjetà li jappartjeni, <HT TYPE="ITALIC">pro indiviso</HT>, lil bidwi żagħżugħ, finalment ma huwiex kompletament awtonomu. Għaldaqstant, ma jkunx irraġonevoli u lanqas imur kontra l-prinċipju ta’ ugwaljanza li jiġi eskluż sabiex jiġi stabbilit il-limitu massimu li taħtu jingħata l-appoġġ inkwistjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="18"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi lit-Tribunal de première instance de Namur (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Namur, il-Belġju) b’dan il-mod:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>L-Artikoli 2, 5 u 19 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE> dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, b’rabta mal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 tal‑<DATE ISO="20140311">11 ta’ Marzu 2014</DATE> li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:</P><P>Ma jopponux il-fatt li l-Istati Membri jużaw il-fattur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>produzzjoni grossa standard<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> ta’ azjenda agrikola sabiex jiddeterminaw il-limitu massimu li jippermetti l-aċċess għall-appoġġ intiż għall-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ.</P><P>Ma jopponux il-fatt li, sabiex jiġi ddeterminat il-limitu massimu msemmi, id-dritt nazzjonali jieħu inkunsiderazzjoni l-azjenda agrikola sħiħa u mhux il-parti tal-proprjetà tagħha li tikkorrispondi għall-bidwi żagħżugħ jew l-unitajiet ta’ xogħol<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>