<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-388/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0388</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:913">EU:C:2021:913</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20211111">11.11.2021</DATE> – Kawża C‑388/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Dr. August Oetker Nahrungsmittel</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20211111">11 ta’ Novembru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1169/2011</KEYWORD><KEYWORD>Informazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel lill-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Punt l tal-Artikolu 9(1)</KEYWORD><KEYWORD>Dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(3)</KEYWORD><KEYWORD>Kalkolu tal-valur enerġetiku u tal-ammonti ta’ nutrijenti</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà li din l-informazzjoni tingħata għall-prodott tal-ikel ladarba jkun ippreparat</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(2)</KEYWORD><KEYWORD>Espressjoni abbażi ta’ kull porzjon jew kull unità ta’ konsum</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑388/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20200723">23 ta’ Lulju 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20200814">14 ta’ Awwissu 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband eV</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">D</HT>r. <HT TYPE="BOLD">August Oetker Nahrungsmittel KG</HT>,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn J. Passer (Relatur), President tas-Seba’ Awla, li qiegħed jaġixxi bħala President tat-Tmien Awla, F. Biltgen u N. Wahl, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: A. Rantos,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband eV, minn P. Wassermann, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG, minn C. Konnertz-Häußler, Rechtsanwältin,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Hödlmayr u B. Rous Demiri, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20210902">2 ta’ Settembru 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(3) kif ukoll tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE> dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="304" PAGE.FIRST="18" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 304, p. 18</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="331" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 331, p. 40</REF.DOC.OJ>, u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="266" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 266, p. 7</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband eV (l-Unjoni Federali taċ-Ċentri u tal-Assoċjazzjonijiet tal-Konsumaturi, il-Ġermanja) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>BVV<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>D<HT TYPE="SUP">r</HT>. Oetker<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar talba intiża sabiex din il-kumpannija tiġi ordnata tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 1169/2011 l-ittikkettjar dwar in-nutrizzjoni li jinsab fuq in-naħa ta’ quddiem ta’ pakkett ta’ muesli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 35, 37 u 41 tar-Regolament Nru 1169/2011 jgħidu li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(35)</NO.P><TXT>Biex jiġi ffaċilitat it-tqabbil ta’ prodotti f’daqsijiet ta’ pakkett differenti, ikun xieraq li jinżamm ir-rekwiżit li d-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandha tirreferi għal ammonti ta’ 100 g jew 100 ml u, jekk ikun xieraq, li jiġu permessi dikjarazzjonijiet addizzjonali skont il-porzjon. Għalhekk, metal l-ikel ikun ippakkjat bil-lest u jiġu identifikati porzjonijiet jew unitajiet ta’ konsum individwali, għandha tkun permessa dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għal kull porzjon jew għal kull unità ta’ konsum, minbarra l-espressjoni għal kull 100 g jew 100 ml. Barra minn hekk, biex jingħataw indikazzjonijiet li jistgħu jitqabblu rigward il-porzjonijiet jew l-unitajiet ta’ konsum, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta regoli dwar l-espressjoni tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għal kull porzjon jew għal kull unità ta’ konsum għal kategoriji speċifiċi ta’ ikel.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(37)</NO.P><TXT>Ladarba wieħed mill-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huwa li jipprovdi bażi għall-konsumatur finali biex jagħmel għażliet informati, huwa importanti li f’dan ir-rigward jiġi żgurat li l-konsumatur finali jifhem faċilment l-informazzjoni pprovduta fuq it-tikkettar. […]</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(41)</NO.P><TXT>Sabiex tattira lill-konsumatur medju u sabiex isservi l-għan informattiv li għalih iddaħħlet, u minħabba l-livell ta’ għarfien attwali dwar is-suġġett tan-nutrizzjoni, l-informazzjoni pprovduta għandha tkun sempliċi u faċilment komprensibbli. Informazzjoni dwar in-nutrizzjoni parzjalment fil-linja viżiva ewlenija, komunement magħrufa bħala l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>quddiem tal-pakkett<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> u parzjalment fuq naħa oħra tal-pakkett, pereżempju fuq il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>wara tal-pakkett<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>, tista’ toħloq konfużjoni għall-konsumaturi. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandha tkun fl-istess linji viżivi. Barra minn hekk, fuq bażi volontarja, l-elementi l-iktar importanti tal-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni jistgħu jkunu ripetuti fil-linja viżiva ewlenija, sabiex il-konsumaturi jiġu megħjuna jaraw faċilment l-informazzjoni essenzjali dwar in-nutrizzjoni meta jixtru l-ikel. Għażla libera dwar l-informazzjoni li tista’ tkun ripetuta tista’ tikkonfondi lill-konsumaturi. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi ċċarat liema informazzjoni tista’ tkun ripetuta.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Lista ta’ dettalji obbligatorji<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Konformement mal-Artikoli 10 sa 35 u skont l-eċċezzjonijiet li hemm f’dan il-Kapitolu, hija obbligatorja l-indikazzjoni tad-dettalji li ġejjin:</P><P>[…]</P><P>l) dikjarazzjoni ta’ nutrizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 30 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Kontenut<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="030.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandha tinkludi dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-valur enerġetiku; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-ammonti ta’ xaħam, saturati, karboidrati, zokkor, proteini u melħ.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="030.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn it-tikkettar ta’ ikel ippakkjat bil-lest jipprevedi d-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-informazzjoni li ġejja tista’ tiġi ripetuta fiha:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-valur enerġetiku; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-valur enerġetiku flimkien mal-ammonti ta’ xaħam, saturati, zokkor u melħ.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="030.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mill-Artikolu 36(1), fejn it-tikkettar tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 16(4) jipprevedi dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, il-kontenut ta’ dik id-dikjarazzjoni jista’ jkun limitat biss għall-valur enerġetiku.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="030.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44 u b’deroga mill-Artikolu 36(1), fejn it-tikkettar tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 44(1) jipprovdi dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, il-kontenut ta’ dik id-dikjarazzjoni jista’ jkun limitat biss għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-valur enerġetiku; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-valur enerġetiku flimkien mal-ammonti ta’ xaħam, saturati, zokkor u melħ.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 31 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Kalkolu<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 3 tiegħu, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Il-valur enerġetiku u l-ammonti ta’ nutrijenti msemmijin fl-Artikolu 30(1) sa (5) għandhom ikunu dawk tal-ikel kif jinbiegħ.</ALINEA><ALINEA>Fejn adegwat, l-informazzjoni tista’ tkun marbuta mal-ikel wara l-preparazzjoni, dejjem jekk jingħataw istruzzjonijiet dettaljati biżżejjed dwar il-preparazzjoni u l-informazzjoni tkun marbuta mal-ikel kif jiġi mħejji għall-konsum.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 32 tar-Regolament Nru 1169/2011, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Espressjoni għal kull 100 g jew għal kull 100 ml<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jistabbilixxi, fil-paragrafu 2 tiegħu, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Il-valur enerġetiku u l-ammont ta’ nutrijenti msemmija fl-Artikolu 30(1) sa (5) għandhom ikunu espressi għal kull 100 g jew għal kull 100 ml.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 33 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Espressjoni abbażi ta’ kull porzjon jew kull unità ta’ konsum<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprevedi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="033.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-każijiet li ġejjin, il-valur enerġetiku u l-ammont ta’ nutrijenti msemmija fl-Artikolu 30(1) sa (5) jistgħu jkunu espressi għal kull porzjon u/jew għal kull unità ta’ konsum, faċilment rikonoxxibbli mill-konsumaturi, sakemm il-porzjon jew l-unità tkun kwantifikata fit-tikketta u li l-għadd ta’ porzjonijiet jew unitajiet li jinsabu fil-pakkett ikun imsemmi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>barra mill-forma ta’ espressjoni għal kull 100 g jew għal kull 100 ml msemmija fl-Artikolu 32(2);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>barra mill-forma ta’ espressjoni għal kull 100 g jew għal kull 100 ml msemmija fl-Artikolu 32(3) rigward l-ammonti ta’ vitamini u minerali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>barra mill-forma ta’ espressjoni għal kull 100 g jew għal kull 100 ml msemmija fl-Artikolu 32(4).</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="033.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mill-Artikolu 32(2), fil-każijiet imsemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 30(3) l-ammont ta’ nutrijenti u/jew il-perċentwal tal-konsum referenzjali stabbilit fil-Parti B tal-Anness XIII jistgħu jkunu espressi abbażi ta’ unità għal kull porzjoni jew għal kull unità tal-konsum biss.</ALINEA><ALINEA>Meta l-ammonti tan-nutrijenti jkunu espressi fuq il-bażi ta’ kull porzjon jew ta’ kull unità ta’ konsum biss skont l-ewwel subparagrafu, il-valur enerġetiku għandu jiġi espress għal kull 100 g jew għal kull 100 ml u fuq il-bażi ta’ kull porzjon jew ta’ kull unità tal-konsum.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>D<HT TYPE="SUP">r</HT>. Oetker hija impriża Ġermaniża fis-settur tal-ikel li tipproduċi u tikkummerċjalizza muesli bl-isem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>D<HT TYPE="SUP">r</HT>. Oetker Vitalis Knuspermüsli Schoko+Keks<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> (muesli krokkanti biċ-ċikkulata u gallettini). Il-pakkett ta’ dan il-prodott huwa magħmul minn kaxxa tal-kartun fil-forma ta’ kubu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Dan il-pakkett fih id-dikjarazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>fuq il-ġenb tal-pakkett (in-naħa d-dejqa tal-kaxxa), taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Informazzjoni dwar in-nutrizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, hemm l-indikazzjonijiet dwar il-valur enerġetiku u l-ammonti ta’ xaħam, saturati, karboidrati, zokkor, proteini u melħ, li huma rrapportati, minn naħa waħda, għal kull 100 g tal-prodott kif jinbiegħ u, min-naħa l-oħra, għal kull porzjon ta’ 40 g ta’ muesli ppreparat b’60 ml ħalib li fih 1.5 % ta’ xaħam;</P></ITEM><ITEM><P>Fuq il-faċċata tal-pakkett (il-linji viżivi prinċipali tal-kaxxa) huma rrepetuti l-indikazzjonijiet dwar il-valur enerġetiku u dwar l-ammonti ta’ xaħam, saturati, karboidrati, zokkor u melħ, li huma relatati biss mal-porzjon tal-prodott meta jiġi ppreparat.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-BVV intimat lil D<HT TYPE="SUP">r</HT>. Oetker sabiex tikkonforma ruħha, għal dak li jirrigwarda r-reklamar tal-prodott imsemmi fil-punti 9 u 10 ta’ din is-sentenza, mar-regoli dwar id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni previsti mir-Regolament Nru 1169/2011. Fil-fatt, skont il-BVV, D<HT TYPE="SUP">r</HT>. Oetker kisret l-Artikolu 33 ta’ dan ir-regolament, moqri flimkien mal-Artikoli 30 u 32 tiegħu, għar-raġuni li, fuq il-faċċata tal-pakkett ta’ dan il-prodott, il-valur enerġetiku ġie indikat mhux skont il-porzjon tal-prodott kif jinbiegħ, iżda biss skont il-porzjon tal-prodott meta jiġi ppreparat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Peress li din l-intimazzjoni baqgħet mingħajr effett, il-BVV ippreżentat rikors quddiem il-Landgericht Bielefeld (il-Qorti Reġjonali ta’ Bielefeld, il-Ġermanja) li laqgħet dan ir-rikors permezz ta’ sentenza tat‑<DATE ISO="20180808">8 ta’ Awwissu 2018</DATE>. Wara li D<HT TYPE="SUP">r</HT>. Oetker ippreżentat appell, l-Oberlandesgericht Hamm (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Hamm, il-Ġermanja), permezz ta’ sentenza tat‑<DATE ISO="20190613">13 ta’ Ġunju 2019</DATE>, annullat din is-sentenza u ċaħdet l-appell tal-BVV.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-BVV ippreżentat appell għal reviżjoni quddiem il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), il-qorti tar-rinviju, mis-sentenza tal-Oberlandesgericht Hamm (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Hamm).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-kwistjoni tal-imsemmi appell tiddependi b’mod partikolari fuq jekk l-Artikolu 31(3) u l-Artikolu 33(2) tar-Regolament Nru 1169/2011 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fuq il-faċċata tal-pakkett tissemma, għal finijiet promozzjonali, informazzjoni dwar in-nutrizzjoni għal kull porzjon tal-prodott tal-ikel meta jiġi ppreparat, mingħajr ma jiġi indikat il-valur enerġetiku għal kull 100 g ta’ dan il-prodott tal-ikel kif jinbiegħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1)</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 […] għandu jiġi interpretat fis-sens li din id dispożizzjoni tapplika biss għall-ikel li għalih hija meħtieġa preparazzjoni u li għalih il-mod ta’ preparazzjoni huwa determinat minn qabel?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li għall-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv: il kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>kull 100 g<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> li jinsab fit-tieni subparagrafu tal Artikolu 33(2) tar-Regolament Nru 1169/2011 għandu jinftiehem bħala li jirreferi biss għal 100 g tal-prodott kif jinbiegħ jew li jirreferi wkoll – tal-inqas b’mod addizzjonali – għal 100 g tal-ikel wara l-preparazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(3) tar-Regolament Nru 1169/2011 għandux jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika biss għall-prodotti tal-ikel li, sabiex jiġu kkonsmati, jeħtieġu preparazzjoni u li għalihom il-mod ta’ preparazzjoni huwa ddeterminat minn qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali jista’ jiġi ppreparat b’modi differenti, jiġifieri b’mod partikolari biż-żieda ta’ ħalib, ta’ jogurt, ta’ ġobon abjad, ta’ meraq tal-frott, ta’ frott, ta’ ġamm jew ta’ għasel. Huwa jista’ jiġi kkonsmat ukoll mingħajr ebda preparazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tiddeċiedi jekk, meta jkun hemm diversi modi ta’ preparazzjoni ta’ prodott tal-ikel, id-dikjarazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni li huma repetuti fuq bażi volontarja fuq in-naħa ta’ quddiem tal-pakkett jistgħux jirrelataw biss ma’ wieħed minn dawn il-modi ta’ preparazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(3) tar-Regolament Nru 1169/2011, huwa possibbli, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>[f]ejn adegwat<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, li tiġi pprovduta informazzjoni dwar in-nutrizzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>marbuta mal-ikel wara l-preparazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, minflok ma din tiġi pprovduta għall-prodott tal-ikel <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>kif jinbiegħ<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>dejjem jekk jingħataw istruzzjonijiet dettaljati biżżejjed dwar il-preparazzjoni u l-informazzjoni tkun marbuta mal-ikel kif jiġi mħejji għall-konsum<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, li ma tinkludi ebda riferiment espliċitu għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati s-sens u l-portata tagħha, għandha titfittex billi jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>AFMB <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑610/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:565">EU:C:2020:565</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punti 45, 49 u 50 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-interpretazzjonijiet letterali u kuntestwali ma humiex deċiżivi fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(3) tar-Regolament Nru 1169/2011 jirrigwardax biss il-prodotti tal-ikel li għalihom huwa ddeterminat minn qabel mod wieħed ta’ preparazzjoni jew ukoll il-prodotti tal-ikel li jistgħu jiġu ppreparati b’modi differenti, b’mod partikolari permezz ta’ ingredjenti varji li jiżdiedu ma’ dawn il-prodotti tal-ikel. Fil-fatt, minbarra l-fatt li l-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ma tipprovdix elementi li jippermettu li tingħata risposta ċara u inekwivoka għal din id-domanda, ir-Regolament Nru 1169/2011 ma jinkludi ebda dispożizzjoni dwar il-kalkolu u l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni li għandhom jidhru fuq in-naħa ta’ quddiem ta’ pakkett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa biss fid-dawl tal-interpretazzjoni teleoloġika li jistgħu jinstabu elementi ta’ risposta għal dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, is-sens li għandu jingħata lill-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>fejn adegwat<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, li tinsab fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(3) tar-Regolament Nru 1169/2011.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-għan segwit mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(3) tar-Regolament Nru 1169/2011, dan għandu jiġi evalwat fid-dawl kemm tal-għan ta’ din id-dispożizzjoni kif ukoll tal-għanijiet tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni, li jinkludu, kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà osservat, dak li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi fil-qasam tal-informazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel, fl-osservanza tad-differenzi fil-perċezzjoni tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201001">1 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Groupe Lactalis</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑485/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:763">EU:C:2020:763</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 52 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-premessi 35 u 41 tar-Regolament Nru 1169/2011 jirriżulta li l-Artikolu 31 ta’ dan ir-regolament għandu l-għan li jiffaċilita l-paragun tal-prodotti tal-ikel u li jinforma lill-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont il-premessa 35, id-dispożizzjonijiet dwar id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għal kull 100 g jew 100 ml għandhom l-għan li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>jiġi ffaċilitat it-tqabbil ta’ prodotti f’daqsijiet ta’ pakkett differenti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. Din il-premessa tippreċiża wkoll li d-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>dikjarazzjonijiet addizzjonali skont il-porzjon<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> huma awtorizzati, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>minbarra [d-dikjarazzjoni espressa] […] għal kull 100 g jew 100 ml<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>jekk ikun xieraq<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>[meta] l-ikel ikun ippakkjat bil-lest u jiġu identifikati porzjonijiet jew unitajiet ta’ konsum individwali<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-premessa 41, din tipprevedi li l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni pprovduta għandha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>tkun sempliċi u faċilment komprensibbli […] [s]abiex tattira lill-konsumatur medju u sabiex isservi l-għan informattiv li għalih iddaħħlet<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Minn din il-premessa jirriżulta wkoll li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>fuq bażi volontarja, l-elementi l-iktar importanti tal-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni jistgħu jkunu ripetuti fil-linja viżiva ewlenija, sabiex il konsumaturi jiġu megħjuna jaraw faċilment l-informazzjoni essenzjali dwar in-nutrizzjoni meta jixtru l-ikel<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Minn dawn l-elementi jirriżulta li, fil-każ fejn, bħal f’dan il-każ, prodott tal-ikel jista’ jiġi ppreparat b’modi differenti, l-informazzjoni dwar il-valur enerġetiku u l-ammonti ta’ nutrijenti tal-prodott tal-ikel ladarba dan jiġi ppreparat skont is-suġġeriment tal-produttur ma tippermettix il-paragun ma’ prodotti korrispondenti ta’ produtturi oħra, peress li l-kalkolu tal-valur tal-enerġija u l-ammonti ta’ nutrijenti ta’ prodott li jistgħu jiġu ppreparati b’modi differenti huwa, bħala definizzjoni, inċert fis-sens li neċessarjament ivarja skont il-mod ta’ preparazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>In-nuqqas ta’ komparabbiltà lanqas ma jista’ jiġi kkumpensat mill-fatt li l-valuri ta’ porzjoni huma indikati xi mkien ieħor fuq il-pakkett, bil-valuri għal kull 100 g tal-prodott kif jinbiegħ. Kif osservat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150604">4 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑195/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:361">EU:C:2015:361</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-fatt li l-lista tal-ingredjenti tidher fuq il-pakkett tal-prodott ikkonċernat ma jippermettix li jiġi eskluż, waħdu, li l-ittikkettjar ta’ dan il-prodott u l-modalitajiet li bihom dan jitwettaq jistgħu jkunu ta’ natura li jqarrqu bix-xerrej. B’analoġija, l-informazzjoni iżolata li tinsab fuq in-naħa ta’ quddiem tal-pakkett ma tippermettix il-paragun tal-prodotti u d-dikjarazzjonijiet addizzjonali li jidhru xi mkien ieħor fuq il-pakkett ma’ kwantitajiet ta’ riferiment differenti jistgħu sempliċement jiżgwidaw iktar lill-konsumatur fir-rigward tal-komparabbiltà ma’ prodotti oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mill-premessa 37 tar-Regolament Nru 1169/2011, li tgħid li huwa importanti li l-konsumatur finali jifhem faċilment l-informazzjoni li tidher fuq it-tikketta b’mod li tipprovdilu bażi sabiex jagħmel għażliet informati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-prodotti tal-ikel li jistgħu jiġu ppreparati b’modi differenti għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament Nru 1169/2011.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(3) tar-Regolament Nru 1169/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika biss għall-prodotti tal-ikel li għalihom hija meħtieġa preparazzjoni u li għalihom il-mod ta’ preparazzjoni huwa ddeterminat minn qabel.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE> dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika biss għall-prodotti tal-ikel li għalihom hija meħtieġa preparazzjoni u li għalihom il-mod ta’ preparazzjoni huwa ddeterminat minn qabel.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>