Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ April 2010 (Każ R 4/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Olive Line International, SL u O. International Srl.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta’ April 2010 (Każ R 4/2009-4) hija annullata sa fejn tikkonċerna, minn naħa, il-prodotti kollha koperti mill-applikazzjoni għal trade mark li jaqgħu fil-klassi 3, jiġifieri, il-“preparazzjonijiet għall-ibbliċjar u sustanzi oħra għall-ħasil tal-ħwejjeġ; prodotti għat-tindif, għall-illustrar, għat-tneħħija ta’ xaħmijiet u prodotti li joborxu; sapun; fwejjaħ; żjut essenzjali; prodotti kożmetiċi; lozjonijiet għax-xagħar; dentifriċi”, u, min-naħa l-oħra, is-“servizzi iġjeniċi u għall-kura tal-estetika għall-bnedmin u l-annimali”, koperti mill-applikazzjoni għal trade mark u li jaqgħu fil-klassi 44.

2) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) L-UASI u Umbria Olii International Srl huma kkundannati jbatu tliet kwarti mill-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull wieħed minnhom, tliet partijiet minn tmienja tal-ispejjeż ta’ Olive Line International, SL.

4) Olive Line International, SL hija kkundannata tbati, minbarra kwart mill-ispejjeż tagħha, kwart mill-ispejjeż tal-UASI u ta’ Umbria Olii International Srl.