|
7.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/7 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-29 ta’ Marzu 2022
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Lietuvos bankas
(BĊE/2022/15)
(2022/C 153/02)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Lietuvos bankas, Ernst & Young Baltic UAB, intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2021. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2022. |
|
(3) |
Lietuvos bankas għażel lil UAB ROSK Consulting bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2022 sa 2024, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat illi UAB ROSK Consulting jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Lietuvos bankas għas-snin finanzjarji 2022 sa 2024.
Magħmul fi Frankfurt am Main, 29 ta’ Marzu 2022.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE