<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑490/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0490</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:735">EU:C:2015:735</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20151029">29.10.2015</DATE> – KAWŻA C‑490/14</P><P>VERLAG ESTERBAUER</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20151029">29 ta’ Ottubru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni ġuridika tad-databases</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 96/9/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(2)</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Databases</KEYWORD><KEYWORD>Mapep topografiċi</KEYWORD><KEYWORD>Indipendenza tal-materjali li jikkostitwixxu database</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà li jiġu sseparati l-imsemmija materjali mingħajr ma jiġi affettwat il-valur tal-kontenut informattiv tagħhom</KEYWORD><KEYWORD>Teħid inkunsiderazzjoni tal-iskop ta’ mappa topografika għall-utent</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑490/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (qorti tal-ġustizzja federali, il-Ġermanja) permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140918">18 ta’ Settembru 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20141106">6 ta’ Novembru 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Freistaat Bayern</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Verlag Esterbauer GmbH,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Ewwel Awla, li qed taġixxi bħala President tat-Tieni Awla, K. Lenaerts (Relatur), President tal-Qorti tal-Ġustizzja, J. L. da Cruz Vilaça, C. Lycourgos u J.‑C. Bonichot, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20150902">2 ta’ Settembru 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Freistaat Bayern, minn U. Karpenstein u M. Kottmann, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Verlag Esterbauer GmbH, minn P. Hertin, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze kif ukoll minn J. Kemper u D. Kuon, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn J.‑C. Halleux kif ukoll minn L. van den Broeck u C. Pochet, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A. Gavela Llopis, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Segoin, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn G. Eberhard, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u L. da Conceição Esmeriz, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn J. Kraehling, bħala aġent, assistita minn N. Saunders, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn T. Scharf u J. Samnadda, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19960311">11 ta’ Marzu 1996</DATE>, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 459).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn il-Freistaat Bayern (land ta’ Bayern) u Verlag Esterbauer GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Verlag Esterbauer<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), pubblikatriċi Awstrijaka speċjalizzata f’kollezzjonijiet ta’ mapep ta’ eskursjoni, dwar talba għal mandat ta’ inibizzjoni bbażata fuq il-liġi Ġermaniża dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati (Gesetz über Urheberrecht und verwandte Schutzrechte, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>UrhG<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 9, 10, 12, 14 u 17 tad-Direttiva 96/9 jipprevedu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(9)</NO.P><TXT>Billi databases huma għodda siewja fl-iżvilupp tas-suq ta’ l-informazzjoni fil-Komunità; billi din l-għodda għandha użu wkoll f’ħafna oqsma oħra;</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Billi t-tkabbir esponenzjali fil-Komunità u mad-dinja kollha, fl-ammont ta’ informazzjoni magħmula u pproċessata kull sena fl-oqsma kollha tal-kummerċ u ta’ l-industrija jitlob li jkun hemm investiment fl-Istati Membri kollha fis-sistemi avanzati li jipproċessaw l-informazzjoni;</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Billi investiment bħal dan għal-ħażna ta’ informazzjoni moderna u sistemi ta’ proċessar ma jseħħ[x] fil-Komunità kemm-il darba ma jkunx hemm sistema ta’ protezzjoni legali stabbli u uniformi għall-protezzjoni tad-drittijiet ta’ dawk li jagħmlu databases;</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>Billi l-protezzjoni taħt din id-Direttiva għandha tkun estiża biex tkopri databases mhux elettroniċi;</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT>Billi l-kelma <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>database<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> għandha tinftiehem li tinkludi kollezzjonijiet letterarji, artistiċi, mużikali jew kollezzjonijiet oħra ta’ xogħlijiet jew kollezzjonijiet ta’ materjal ieħor bħal testi, ħoss, immaġni, numri, fatti, u data; billi din għandha tinkludi kollezzjonijiet ta’ xogħlijiet indipendenti, data jew materjal ieħor li jkunu rranġati b’mod sistematiku jew metodoloġiku u jkunu aċċessibbli individwalment; [...]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 96/9, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Il-Qasam ta’ Applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva hija dwar il-protezzjoni legali ta’ databases ta’ kull xorta.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finiijiet ta’ din id-Direttiva, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>database<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser kollezzjoni ta’ xogħlijiet […], data jew materjali [indipendenti] oħra irranġati b’mod sistematiku jew metodiku u aċċessibbli individwalment b’mezzi elettroniċi jew b’mezzi oħra.</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 87a tal-UrhG, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jittrasponi fid-dritt Ġermaniż, fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 tiegħu, l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/9.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-land ta’ Bavarja jippubblika, permezz tal-uffiċċju reġjonali tal-istħarriġ u tal-informazzjoni ġeografika (Landesamt für Vermessung und Geoinformation), mapep topografiċi fuq skala ta’ 1:50 000 għal-land ta’ Bavarja kollu. Verlag Esterbauer hija pubblikatriċi Awstrijaka li tippubblika fost oħrajn atlasijiet, kotba ta’ rotot u mapep ġeografiċi għaċ-ċiklisti, għall-mountain bikers u għal dawk li jipprattikaw l-inline skating.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-land ta’ Bavarja jqis li Verlag Esterbauer użat illegalment il-mapep topografiċi tagħha u approprjat id-data li fuqha huma bbażati sabiex tipproduċi l-mapep tagħha stess. Għalhekk, huwa ressaq kawża quddiem il-Landgericht München (qorti reġjonali ta’ Munich) għall-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni fil-konfront ta’ dawn il-prattiki u għall-kundanna ta’ Verlag Esterbauer għad-danni. Din il-qorti tal-ewwel istanza laqgħat it-talbiet kollha tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Verlag Esterbauer appellat quddiem l-Oberlandesgericht München (qorti reġjonali superjuri ta’ Munich), li annullat parzjalment is-sentenza tal-Landgericht München. L-Oberlandesgericht awtorizzat ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> quddiem il-Bundesgerichtshof (qorti tal-ġustizzja federali) biss sa fejn hija ċaħdet it-talbiet tal-land ta’ Bavarja bbażati fuq il-protezzjoni tad-databases skont l-Artikolu 87a <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-UrhG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Bundesgerichtshof (qorti tal-ġustizzja federali) għandha dubji, f’dan il-kuntest, dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/9 u dwar l-inklużjoni eventwali tal-mapep topografiċi stabbiliti mil-land ta’ Bavarja fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>database<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva. B’mod iktar preċiż, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-data li tindika il-koordinati ta’ punti speċifiċi tas-superfiċji terrestri li jistgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>materjali indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Huwa f’dawn il-kundizzjonijiet li l-Bundesgerichtshof (qorti tal-ġustizzja federali) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Fl-ambitu tat-tweġiba għall-kwistjoni ta’ jekk teżistix kollezzjoni ta’ materjali indipendenti fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/9/KE, peress li l-materjali jistgħu jiġu sseparati minn xulxin mingħajr ma jiġi affettwat il-valur informattiv tagħhom, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni kull valur informattiv prevedibbli jew biss il-valur li għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-iskop tal-kollezzjoni u billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-aġir tal-utent li jirriżulta b’mod ġenerali?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/9 għandux jiġi interpretat fis-sens li d-data ġeografika estratta minn mappa topografika għall-finijiet tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ mappa oħra żżomm, wara l-estrazzjoni tagħha, valur informattiv suffiċjenti sabiex tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>materjal indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>database<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar qabelxejn li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li huwa konformi mal-għan imfittex mil-leġiżlatur tal-Unjoni li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>database<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens tad-Direttiva 96/9, jingħata portata wiesgħa, mingħajr kunsiderazzjonijiet ta’ natura formali, teknika jew materjali (ara s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Fixtures Marketing</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑444/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:697">EU:C:2004:697</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ryanair</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑30/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:10">EU:C:2015:10</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 1(1) tal-imsemmija direttiva jipprovdi li din tikkonċerna l-protezzjoni legali ta’ databases <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>ta’ kull xorta<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-premessa 17 tad-Direttiva 96/9 tippreċiża f’dan ir-rigward li l-kunċett ta’ database għandu jinftiehem b’mod li japplika għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>kollezzjonijiet letterarji, artistiċi, mużikali jew kollezzjonijiet oħra ta’ xogħlijiet jew kollezzjonijiet ta’ materjal ieħor bħal testi, ħoss, immaġni, numri, fatti, u data<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Fixtures Marketing</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑444/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:697">EU:C:2004:697</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, mill-premessa 14 tal-imsemmija direttiva jirriżulta li l-protezzjoni mogħtija minnha tkopri kemm id-databases elettroniċi kif ukoll dawk mhux elettroniċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>In-natura analoga tal-mapep topografiċi inkwistjoni fil-kawża prinċipali li kienet tirrikjedi li dawn jiġu skanjati sabiex jintużaw individwalment bl-għajnuna ta’ programm grafiku ma tipprekludihomx milli jingħataw il-klassifikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>database<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fis-sens tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li, f’dan il-kuntest ta’ interpretazzjoni wiesgħa, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>database<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tad-Direttiva 96/9 huwa ddefinit b’mod iktar speċifiku skont il-funzjoni tiegħu (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Fixtures Marketing</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑444/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:697">EU:C:2004:697</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Hekk kif jirriżulta mill-premessi 9, 10 u 12 tal-imsemmija direttiva, il-protezzjoni ġuridika stabbilita minnha hija intiża sabiex tippromwovi l-istabbiliment ta’ sistemi ta’ ħażna u ta’ pproċessar ta’ data sabiex jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq tal-informazzjoni f’kuntest ikkaratterizzat minn tkabbir esponenzjali fl-ammont ta’ data maħluqa u pproċessata kull sena fl-oqsma kollha ta’ attività (ara s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Fixtures Marketing</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑46/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:694">EU:C:2004:694</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>The British Horseracing Board <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑203/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:695">EU:C:2004:695</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Fixtures Marketing</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑338/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:696">EU:C:2004:696</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Fixtures Marketing,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑444/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:697">EU:C:2004:697</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Għalhekk, il-klassifikazzjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>database<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/9 hija suġġetta għall-eżistenza ta’ kollezzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>materjali indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jiġifieri materjali li jistgħu jiġu sseparati minn xulxin mingħajr ma jiġi affetwat il-kontenut informattiv, letterarju, artistiku, mużikali jew kontenut ieħor tagħhom (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Fixtures Marketing</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑444/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:697">EU:C:2004:697</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Verlag Esterbauer u l-Kummissjoni Ewropea josservaw li, għal dak li jirrigwarda l-mapep topografiċi analogi, il-materjal separabbli li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni huwa kompost minn żewġ elementi ta’ data li jikkorrispondu, minn naħa, għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>punt ta’ koordinati ġeografiċi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jiġifieri l-kodiċi numeriku li jikkorrispondi għal punt speċifiku ta’ koordinati tat-two-dimensional grid network u, min-naħa l-oħra, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>firma<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jiġifieri l-kodiċi numeriku użat mill-produttur tal-mappa sabiex jiddisinja element uniku, pereżempju knisja. Huma josservaw li l-valur informattiv ta’ din id-data jonqos kważi għal żero wara l-estrazzjoni tagħha mill-mappa topografika sa fejn, għal dak li jirrigwarda l-eżempju msemmi, il-firma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>knisja<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> indikata f’ċertu punt ta’ koordinati ġeografiċi, fl-assenza ta’ informazzjoni iktar speċifika dwar fejn tinsab il-knisja, ma turix jekk il-knisja tinsabx f’belt jew f’villaġġ speċifiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li mapep topografiċi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, iservu bħala prodotti bażiċi li jintużaw għall-produzzjoni ta’ subprodotti permezz tal-estrazzjoni selettiva ta’ materjal minn dawn il-mapep. Fil-kawża prinċipali, Verlag Esterbauer użat proċess ta’ skanjar sabiex twettaq estrazzjoni ta’ data ġeografika dwar ir-rotot adatti għaċ-ċiklisti, għall-mountain bikers jew għal dawk li jipprattikaw l-inline skating mill-mapep topografiċi tal-land ta’ Bavarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Issa, mill-ġurisprudenza jirriżulta, minn naħa, li mhux biss data individwali, iżda wkoll għaqda ta’ elementi ta’ data, jistgħu jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>materjal indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/9 (ara s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Fixtures Marketing</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑444/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:697">EU:C:2004:697</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Football Dataco <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑604/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:115">EU:C:2012:115</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/9 ma jipprekludix li ż-żewġ elementi ta’ data msemmija fil-punt 18 ta’ din is-sentenza jew għaqda ikbar ta’ elementi ta’ data, bħad-data ġeografika dwar ir-rotot adatti għaċ-ċiklisti, għall-mountain bikers jew għal dawk li jipprattikaw l-inline skating, jistgħu jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>materjal indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bil-kundizzjoni madankollu li l-estrazzjoni tal-imsemmija data mill-mappa topografika ma taffettwax il-valur tal-kontenut informattiv tagħhom fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 17 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-valur tal-kontenut informattiv ta’ materjal minn kollezzjoni ma jiġix affettwat fis-sens tal-imsemmija ġurisprudenza jekk, wara l-estrazzjoni ta’ dan il-materjal mill-kollezzjoni kkonċernata, dan il-materjal ikollu valur informattiv awtonomu (ara s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Fixtures Marketing</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑444/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:697">EU:C:2004:697</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Football Dataco <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑604/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:115">EU:C:2012:115</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat f’dan ir-rigward li l-ħolqien ta’ database, li d-Direttiva 96/9, hekk kif jirriżulta mill-punt 16 ta’ din is-sentenza, hija intiża li tippromwovi permezz tal-protezzjoni ġuridika stabbilita minnha, jista’ jagħti valur miżjud lill-materjali li jikkostitwixxu din id-database billi dawn jitqiegħdu b’mod sistematiku u metodiku u billi jkunu aċċessibbli individwalment. Għalkemm il-valur ta’ materjal minn kollezzjoni jiżdied billi jitqiegħed f’dik il-kollezzjoni b’mod partikolari, l-estrazzjoni tiegħu minn dik il-kollezzjoni tista’ tirriżulta fi tnaqqis korrispondenti fil-valur iżda ma taffettwax il-klassifikazzjoni tiegħu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>materjal indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/9, bil-kundizzjoni li dan il-materjal iżomm valur informattiv awtonomu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li tnaqqis fil-valur informattiv ta’ materjal li huwa marbut mal-estrazzjoni tiegħu mill-kollezzjoni li fiha jinsab ma jeskludix neċessarjament li dan il-materjal jkun jista’ jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>materjali indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/9, bil-kundizzjoni li dan il-materjal iżomm valur informattiv awtonomu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda d-domanda tal-qorti tar-rinviju dwar l-evalwazzjoni tal-valur awtonomu tal-materjali li jikkostitwixxu mapep topografiċi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u b’mod partikolari d-domanda dwar jekk dan il-valur għandux jiġi evalwat fid-dawl tal-iskop ta’ tali mapep jew fid-dawl tal-użu li jsir minnhom minn utent tipiku, għandu jitfakkar li l-mapep topografiċi jippermettu<?PAGE NO="6"?> diversi użi bħall-ippjanar ta’ vjaġġ bejn żewġ punti, il-preparazzjoni ta’ eskursjoni bir-rota, it-tfittxija ta’ isem jew tal-post fejn tinsab triq, belt, xmara, lag jew muntanja, il-wisgħa ta’ kanali tal-ilma jew l-għoli ta’ riżalt fil-pajsaġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Minbarra d-diffikultà involuta fid-determinazzjoni ta’ skop prinċipali jew ta’ utent tipiku ta’ kollezzjoni, bħal mappa topografika, l-applikazzjoni ta’ tali kriterju għall-evalwazzjoni tal-valur informattiv awtonomu tal-materjali li jikkostitwixxu kollezzjoni tmur kontra l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jagħti portata wiesgħa lill-kunċett ta’ database.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u b’mod partikolari mis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Fixtures Marketing</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑444/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:697">EU:C:2004:697</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li l-valur informattiv awtonomu ta’ materjal li jiġi estratt minn kollezzjoni għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-valur tal-informazzjoni mhux għal utent tipiku tal-kollezzjoni ikkonċernata, iżda għal kull terz interessat mill-materjal estratt. F’dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-fatt, li d-data dwar logħba tal-futbol, li kienet ġiet estratta minn kumpannija li torganizza logħob tal-ażżard minn kollezzjoni, li kienet inħolqot mill-organizzaturi ta’ kampjonat tal-futbol u li kien fiha informazzjoni dwar il-logħbiet kollha fil-kuntest ta’ dak il-kampjonat, kellha valur awtonomu fis-sens li kienet tipprovdi lit-terzi interessati, jiġifieri l-klijenti tal-kumpannija li torganizza logħob tal-ażżard, l-informazzjoni rilevanti (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Fixtures Marketing</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑444/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:697">EU:C:2004:697</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, data minn kollezzjoni li tintuża għal qligħ finanzjarju u b’mod awtonomu, bħad-data estratta minn Verlag Esterbauer mill-mapep topografiċi tal-land ta’ Bavarja, tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>materjal indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>database<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/9 peress li, wara l-estrazzjoni tagħha, l-imsemmija data tipprovdi informazzjoni rilevanti lill-klijenti tal-kumpannija li tuża dik id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/9 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-data ġeografika estratta minn terz minn mappa topografika għall-finijiet tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ mappa oħra żżomm, wara l-estrazzjoni tagħha, valur informattiv suffiċjenti sabiex tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>materjal indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>database<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19960311">11 ta’ Marzu 1996</DATE>, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-data ġeografika estratta minn terz minn mappa topografika għall-finijiet tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ mappa oħra żżomm, wara l-estrazzjoni tagħha, valur informattiv suffiċjenti sabiex tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>materjal indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>database<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>