27.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8607 — Warburg Pincus/Tata Motors/Tata Technologies)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 320/09)

1.

Fl-20 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Warburg Pincus LLC (l-Istati Uniti),

—

Tata Motors Limited (l-Indja),

—

Tata Technologies Limited (l-Indja), ikkontrollata minn Tata Motors Limited.

Warburg Pincus u Tata Motors Limited, jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Tata Technologies Ltd.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Warburg Pincus LLC: ditta globali ta’ ekwità privata (permezz tal-kumpaniji fil-portafoll tagħha) hija attiva f’varjetà ta’ setturi, fosthom l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, is-saħħa u l-konsumatur, is-servizzi industrijali u kummerċjali, u t-teknoloġija, il-midja u t-telekomunikazzjoni;

—   Għal Tata Motors Limited: kumpanija tal-karozzi b’operazzjonijiet mad-dinja kollha;

—   għal Tata Technologies Limited: il-forniment tas-servizzi esternalizzati tal-inġinerija u tal-iżvilupp tal-prodott, u tal-IT għall-industrija tal-manifattura globali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja dejjem għandha tiġi speċifikata:

M.8607 — Warburg Pincus/Tata Motors/Tata Technologies

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Jekk jogħġbok uża d-dettalji ta’ kuntatt hawn taħt:

Posta elettronika:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.