|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1156 |
20.2.2026 |
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) inkluż fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet koperti bil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bl-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
(C/2026/1156)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC), li jidher fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/421 (1) u fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/420 (2).
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li jinkludi dan il-grupp fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet koperti mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (3) dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (4) dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bl-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu.
Ir-Regolament (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati u li l-ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn ma jistgħu jsiru disponibbli għalihom, kemm direttament jew indirettament.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-grupp ikkonċernat għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif inkluż fil-lista fl-Anness tar-Regolament, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi, skont l-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament.
Il-grupp ikkonċernat jista' jippreżenta talba fl-indirizz li ġej biex jikseb id-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet għall-inklużjoni tiegħu fil-lista msemmija hawn fuq:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Attn: COMET designations) |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Il-grupp ikkonċernat jista' fi kwalunkwe ħin iressaq talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġi inkluż fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-grupp ikkonċernat għar-rieżami regolari mill-Kunsill tal-lista skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.
Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati fir-rieżami li jmiss, it-talba msemmija hawn fuq biex tinkiseb id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għandha tiġi ppreżentata sas-6 ta' Marzu 2026 .
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-grupp u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontesta d-deżinjazzjoni tiegħu quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L, 2026/421, 19.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/421/oj.
(2) ĠU L, 2026/420, 19.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/420/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1156/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)